Legislature:
Category:
Reset
Active:

Bdiewa — produzzjoni tal-ħalib - flus dovuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta l-bdiewa li jrabbu l-baqar għal produzzjoni tal-ħalib ser jirċievu l-flus dovuti lilhom bħala għajnuna taħt l-SMMPPA sabiex itaffu l-ispejjeż minnhom inkorsi meta huma għamlu xogħlijiet ta' upgading fl-irziezet tagħhom bejn is-sena 2007-2008?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li qed issir survey mid-Dipartiment tal-Agrikultura flimkien mad-Dipartiment tax-Xogħlijiet biex jiġu assessjati t-talbiet tar-raħħala. Kif jispiċċa dan l-eżerċizzju jkun jista’ jitkompla l-proċess biex dawn l-operaturi jitħallsu.

Miżuri jimmininizzaw il-konsum ta' l-enerġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-ministeru hux qed jittieħdu xi miżuri li jimminimizzaw il-konsum ta' l-enerġija? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid x'miżuri qed jittieħdu?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Fil-Ministeru u d-Dipartimenti tiegħi, ttieħdu, qed jittieħdu u se jittieħdu iżjed miżuri maħsuba biex inaqqsu l-konsum ta’ l-enerġija. Ninsabu fil-proċess ta’ trasferiment lejn il-Furjana u fost miżuri li ttieħdu s’issa nista’ nsemmi dawn: · It-tubi fl-uffiċini li ġew mibdula kollha u saru tat-tip T5 bl-elektronik ballast, filwaqt li tnaqqas wkoll in-numru ta’ units fejn kien hemm iżżejjed. · Is- circuits ġew splittjati biex ma jinxtegħelx kollox f’daqqa u jkun jista’ jintefa’ dawl li ma jkunx hemm bżonnu. · Dwal tal-kuriduri, turġien u picture lights saru kollha bl- economy lamps . · L- Airconditioners li kien hemm bżonn jinbidlu jew isiru ġodda saru kollha tat-tip bl- Invertor biex ikunu aktar ekonomiċi. · Ħġieġ tat-twieqi u bibien tal- boardrooms saru bid- double glazing biex ikun hemm inqas ħela. Miżuri li qed isiru bħalissa: · Qegħdin jinbidlu l- flushings tat- toilets li qed isiru bil- half flush biex jinħela inqas ilma. Miżuri li ser jittieħdu: · Dwal tat-toilets li ser isiru bis- sensors ħalli jixgħelu u jintfew awtomatikament kif tidħol u toħroġ il-persuna. · Viti tas- sinks tat- toilets li jsiru bil-molla biex jinfetħu u jingħalqu awtomatikament u ma jinħeliex ilma. · Ser jiġu nstallati photovoltaic panels fuq il-bejt tal-Ministeru

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kummisjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kummisjonijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-unika Kummissjoni fi ħdan il-ministeru tiegħi hi l-Kummissjoni dwar il-Bumunqar l-Aħmar. Din iltaqgħet f’Jannar u fi Frar ta’ din is-sena.

kontroll fuq it-tnaqqis ta l-istocks tal-ħut fil-Mediterran

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'sehem qed tagħti Malta, flimkien mal-pajjiżi l-oħra ta' l-Unjoni Ewropea biex kemm jista' jkun ikun hemm kontroll fuq it-tnaqqis ta l-istocks tal-ħut fil-Mediterran biex dawn ma jonqsux għal-livelli li jistgħu jkunu diżastrużi?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Dipartment tal-Agrikoltura — red palm weevil

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi sistema li d-Dipartiment tal-Agrikoltura jew il-ministeru responsabbli minnu, qegħdin jippromwovu bħala sistema effettiva kontra il-prevenzjoni jew trattament kontra il-firxa tar-red palm weevil?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Siġar tal-palm monitored — red palm weevil

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-siġar tal-palm f'postijiet pubbliċi hux qegħdin ikunu monitored kontra il-firxa tar-red palm weevil? Jekk qiegħed issir il-monitoring jista' jgħid min qed jagħmel dan, kemm instabu siġar infettati u x'qed isir sabiex siġar infettati jkunu salvati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat lis-siġar tal-palm f'postijiet pubbliċi huma monitorjati kemm mid-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti, kif ukoll minn entitajiet oħra li għandhom ir-responsabilità ta’ dawn il-postijiet pubbliċi. L-ispetturi tal-Plant Health, meta matul l-monitoraġġ u l-ispezzjonijiet jinnotaw li hemm xi palm li hu nfettat javża lil dik l-entità li hija responsabbli sabiex mill-ewwel, jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji, kemm jekk ikun hemm bżonn jiġu kkurati u kemm jekk ikunu jridu jititneħħew. S'issa instabu 194 palma f`2008, u 280 palma f`2009 li kienu nfettati u kellhom jinqerdu.

Importazzjoni ta' siġar tal-palm — red palm weevil

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu fl-importazzjoni ta' siġar minn barra sabiex ma tkompliex tinxtered il-firxa tar-red palm weevil?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-miżuri li qed jittieħdu kontra l-importazzjoni tal-palm huma rregolati mid-Direttiva 2007/365/EC. Importazzjoni ma tistax issir jekk mhux minn pajjiż jew zona fejn m’hemmx il-bumunqar.

Dipartiment tal-Agrikoltura — speċi ta' siġar tal-palm reġistrati

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm hu maħsub li hawn siġar tal-palm ta' speċi differenti f'Malta u f'Għawdex? Jista' jgħid kemm kien hawn siġar tal-palm ta' speċi differenti li kienu reġistrati? Jista' jgħid x'passi huma ppjanati li d-Dipartiment tal-Agrikoltura ser jieħu wara l-perijodu ta' reġistrazzjoni ta' dawn is-siġar tal-palm?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Floriana — Pjazza Emanuel S. Tonna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7691 u jara li jiġu replanted banda oħra s-siġar li qed jgħattu l-faċċata b'valur arkitettoniku tas-sala Robert Sammut, fi Pjazza Emanuel S Tonna, Floriana?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — investigazzjoni mill-Unjon Ewropea

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-Unjoni Ewropea qed tinvestiga il-Ministeru tiegħu dwar materji amministrattivi li allegatament jiksru l-liġijiet Ewropew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Policy fuq żbir

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7361 u 7123 u jgħid jekk il-Gvern għandux xi policy dwar iż-żbir tas-siġar kemm fir-rigward l-operat tiegħu nnifsu kif ukoll bħala gwida għall-kunsilli lokali ta' Malta u Għawdex, billi spiss jaslu rapporti u jkun hemm min anke kkritika u kkummenta fil-media indipendenti li ħafna drabi iż-żbir isir b'nuqqas t'għaqal?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor membru li l-policy li għandu l-Gvern tirrigwarda s-siġar protetti skond l-Avviż Legali Nru 12 tal-2001 fejn id-Dipartiment tal-Agrikultura jew persuni awtorizzati minnu huma nkarigati biex jiżbru dawn is-siġar għal raġunijiet ta’ maniġġar jew intervent kirurġiku. Bħalissa l-MELP ( Malta Embellishment Landscaping Project ) qed tiġi mfassla policy għas-siġar kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern u l-Kunsilli Lokali. Sadanittant, il-Ministeru isostni li kull xogħol ta’ żbir goff mill-Gvern Ċentrali jew il-Kunsilli Lokali għandu jkun approvat mill-Monitoring Unit tal-Malta Embellishment Landscaping Project.

Marsa — inċeneratur

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7683 u jikkonferma jekk l-inċeneratur tal-Marsa bħalissa hux bil-ħsara? Jekk fl-affermativ, kemm ilu bil-ħsara? X'isir bill-bhejjem mejta meta l-inċeneratur ikun bil-ħsara?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li l-WasteServ timxi b’politika ta’ trasparenza u l-informazzjoni li qed jitlob tinsab fi stqarrija maħruġa mill-Kumpanija fit-3 ta’ April 2009. Din jista’ jaraha fuq il-website tal-istess Kumpanija. Irid jingħad li l-WasteServ tinforma lill-pubbliku kull meta jkun se jsir xi xogħol ta’ manutenzjoni jew tiswija fl-inċineratur u/jew fil-faċilitajiet l-oħra operati minnha.

Skart riċiklat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena kemm kien l-ammont ta’skart riċiklat li nġabar darba fil-ġimgħa minn wara l-bibien tan-nies? Minn fejn inġabar l-aktar u l-anqas skart fl-istess żmien? Jista’ jgħid ukoll xi jsir mill-materjal riċiklat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ammont ta’ skart miġbur fl-ewwel tlett xhur ta’ din is-sena huwa ta’ madwar 1,593 tunnellata. Il-lokalità minn fejn inġabar l-aktar kienet dik ta’ Birkirkara b’100 tunnellata, filwaqt li nġabar l-anqas minn l-Isla, b’2.88 tunnellata. Il-materjal miġbur jintgħażel u jiġi magħmul f’balal sabiex jinbiegħ ħalli jerga’ jintuża’.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — kumitati

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-kumitati li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba hi skond kif ġej: Ta’ min jgħid li dawn il-kumitati m’għandhom l-ebda obbligu li jiltaqgħu kull xahar.

Żjara mis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda

Question

Billi ftit ilu l-Ministru kien qal li sa tmien l-ewwel kwart tas-sena kellu jiġi fostna s-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda biex ifakkar l-20 sena mill-inizjattiva tal-Gvern Malti fil-Ġnus Magħquda dwar it-tibdil fil-klima, jista' l-Ministru jgħid meta ser iseħħ din iż-żjara u x'tip ta' attivitajiet ħejja l-Gvern għall-okkażjoni?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Din il-mistoqsija ġiet issuperata mill-avvenimenti.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Soċjali — energy efficiency audits

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux energy efficiency audits fil-bini ta' uffiċini tad-dipartimenti/awtoritajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista' jpoġġi kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li saru energy efficiency audits fuq il-binja tal-Ministeru f’Barriera Wharf, fuq Projects House u fuq Block A il-Furjana li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min iżid li l-Gvern bħalissa qed jipprepara biex iniedi eżerċizzju li permezz tiegħu ser isiru energy audits fil-binjiet tad-dipartimenti u entitajiet fis-settur pubbliku bl-iskop li jiġu studjati x-xejriet fil-konsum tal-enerġija u jsiru rakkomandazzjonijiet dwar kif ikun jista’ jitnaqqas dan il-konsum. Fil-fatt, bħalissa hemm miftuħa sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand uffiċjali pubbliċi li għandhom il-kwalifiki neċessarji u li huma interessati jieħdu sehem f’dan l-eżerċizzju bħala energy auditors . Hu ippjanat li dawn l-audits jibdew hekk kif jiġi ffinaliżżat il-proċess tal-għażla.

tnaqqis mill-ammont ta' sussidju għat-tadam

Question

Peress li bdiewa qed jilmentaw li qed isir tnaqqis ta' 25% mill-ammont ta' sussidju għat-tadam, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed isir dan it-tnaqqis?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Benfiċċju ta' enerġija — informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm benefiċċjarji li qed jibbenefikaw mill-benefiċċju ta' l-enerġija din is-sena, kemm kien hemm fis-snin preċidenti minn meta ġie introdott dan il-benefiċċju, sena b'sena? Tista' tagħti d-dettalji tal-parametri u kriterji li kienu stabbiliti biex ikun hemm l-eliġibilità għal dan il-benefiċċju, sena b'sena minn meta ġie introdott? Kemm kien hemm benefiċċjarji li kienu jieħdu dan il-benefiċċju sas-sena li għaddiet u din is-sena m'għadhomx eligibli u x'kienu r-raġunijiet?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma il-bordijiet li jaqgħu taħt l-uffiċċju tiegħu li ltaqgħu matul Jannar, Frar u Marzu ta' din is-sena? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (PULLICINO, GEORGE)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Mott McDonald — rapporti dwar wind energy

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7341 u jgħid jekk il-konsulenti Mott McDonald kemm-il rapport dwar il-wind energy ippreżentaw lill-Gvern? Wieħed jew tnejn? Jekk jirriżulta li ġew mħejjija aktar minn rapport wieħed, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tieni rapport?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.