Legislature:
Category:
Reset
Active:

Infjorata Mejju 2020 – kuntratturi magħżula

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14852 u peress li ngħadd li n-nefqa tammonta għal €50,000 (VAT eskluż) u fit-tabella provduta mhux inkluż l-ispejjeż kollha sabiex ittellgħet din l-attività bħal web cams set-up, transmissions, eċċ., jista’ l-Ministru jippreżenta t-tabella kollha bl-ispejjeż kollha involuti ta’ din l-attività? Peress li ntqal ukoll li din rawha 88,000 ruħ madwar id-dinja, jista’ l-Ministru jagħti r-readings uffiċjali li tikkonferma li din l-infjorata rawha 88,000 ruħ online u minn liema pajjiżi rawha?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Valletta Culture Agency illi fil-mistoqsijiet parlamentari preċedenti ġie mifhum illi t-tagħrif meħtieġ kien jirreleta speċifikament mal-fjuri. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba rigward l-ispejjeż kollha qiegħda fit-tabella ta’ hawn taħt:- Deskrizzjoni tas-servizz Valur € (Vat eskluż) Infiorata (fjuri) 50,000 Webcam 500.00 Risk Assessment 275.00 Pulizija 303.20 Tined 900.00 Dwal 740.00 Mobile Toilet 127.50 Uffiċċjali tas-Sigurtà 1,231.40

Valletta Culture Agency — rapport

Question

Peress li fi Frar 2020, il-kumpanija li isimha qed jingħata separatament ikkummissjonati mill-Valletta Culture Agency għamlu konferenza stampa fejn qalu li rapport indika li Valletta 2018 iġġenerat €678 miljun fl-ekonomija Maltija, u peress li r-rapport komplut ma jinstab imkien, jista’ l-Ministru jippreżenta dan ir-rapport? Jista’ wkoll jgħid kemm ġie jiswa dan ir-rapport u jekk ingħatax b’direct order lil din il-kumpanija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Valletta Culture Agency li r-rapport ġie jiswa €4,800 (VAT esklu¿) u ingħata b’Direct Order skont il-proċeduri stabbiliti. Dan ir-rapport jinstab online fuq is-sit elettroniku https://valletta2018.org/resources/

Festin tal-Lejliet l-Ewwel tas-Sena

Question

Peress li kull sena l-Valletta Cultural Agency torganizza festin għal mistiedna partikolari u peress li jidher li dan il-festin qed isir minn flus il-poplu, jista’ l-Ministru jgħid liema protokoll jintuża sabiex jintgħażlu l-mistiedna? Kemm ġew jiswew il-festini li saru fil-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ta’ Lejliet is-Sena l-ġdida 2019 u Lejliet is-Sena l-ġdida 2020?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Valletta Culture Agency li peress li din l-aġenzija ġiet imwaqqfa fl-2019, din kienet l-ewwel darba li l-aġenzija kienet involuta fl-attivitajiet ta’ lejliet l-ewwel tas-sena. Hekk kif spjegat ukoll fir-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 15610, din l-attività kienet waħda mill-attivitajiet magħ¿ula taħt sejħa regolata mill-iState Aid. Il-Valletta Cultural Agency ma organizzatx il-festin imsemmi hi. Il-festin kien parti mill-attivitajiet li tellgħet l-organizzazjoni magħ¿ula taħt is-sejħa.

Attività tal-Ewwel tas-Sena

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-data ta’ meta ħareġ it-tender sabiex jiġu organizzati l-attivitajiet ta’ lejliet l-ewwel tas-sena 2020 u jekk kienx hemm aktar minn kumpanija waħda li kienet intressata torganizza dan l-event annwali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Valletta Culture Agency illi din l-attività kienet waħda mill-attivitajiet magħżula taħt sejħa regolata mill-iState Aid. Is- sejħa kienet ġiet ippubblikata mill-Valletta Cultural Agency (VCA) matul l-2019 u tinsab online fuq il-sit elettroniku tal-VCA. Din is-sejħa kellha 2 oqsma differenti li taħthom setgħet tiġi sottmessa applikazzjoni. Kien hemm kumpanija waħda biss (dik magħżula) li issotomettiet applikazzjoni taħt is-sezzjoni relevanti. Ir-riżultat ta’ din is-sejħa jinsab online fuq is-sit elettroniku tal-VCA

Kunsilli Lokali — Aċċessibilità lill-persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew qed issir minn kull kunsill lokali f’dawn l-aħħar tliet snin sabiex jiggarantixxu aċċess għall-persuni b’diżabilità għal dawk il-binjiet u servizzi li jaqgħu taħt il-kunsilli lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali — Applikazzjonijiet għal speed cameras

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm hemm applikazzjonijiet mill-kunsilli lokali għall-introduzzjoni ta’ speed cameras fil-lokalitajiet tagħhom? Liema huma dawk il-kunsilli lokali li għamlu din it-talba u għal kemm speed cameras talbu biex jiġu installati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Kunsilli Lokali – użu mill-iskejjel tal-Istat għall-ġid tal-komunità

Question

Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-Kunsilli Lokali li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-Istat għall-ġid tal-komunità u jekk dan is-servizz huwiex qed jingħata mingħajr ħlas?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.

zuntier tal-Kolleġjata ta' San Ġorġ Martri Ħal Qormi — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi restawrat u possibilment mhux jinbidel minħabba l-lavur u l-valur li fih, iċ-ċint taz-zuntier tal-Kolleġjata ta' San Ġorġ Martri Ħal Qormi li hija knisja u sabiħa b'valur kbir storiku u kulturali appart li sit ta' fidi għal ħafna Qormin? Jista' jagħmel dan bil-ħaddiema tiegħu jew permezz ta' xi kuntrattur minn tiegħu? Jista' jgħid meta se jsir dan ix-xogħol?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali m’għandux pjanijiet biex isir ir-restawr tal-imsemmi ċint taz-zuntier tal-Kolleġjata ta' San Ġorġ Martri Ħal Qormi. Hemm, madankollu, pjanijiet li fi żmien qarib tiġi imnehdija Skema ta’ Restawr li permezz tagħħha il-Parroċċa tkun tista’ tagħmel talba għall-iffinanzjar ta’ dan ix-xogħol.

Ħal Tarxien – qagħda finanzjarja tal-kunsill lokali

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14520, jista’ l-Ministru jgħid x’passi qed jittieħdu sabiex id-defiċit reġistrat, jiġi kkontrollat tul din is-sena?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul din is-sena l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien ħa azzjoni sabiex jikkontrolla d-deficit tiegħu. Filfatt, il-Kunsill ra kif ġabar uħud mill-ammonti dovuti lilhu, ikkontrolla l-infieq u qed iħallas lura d-dejn li kellhu. Hu mistenni li sa tmiem Lulju tal-2020, d- deficit pendenti ta’ €135,646 (skont ir-Rapport Finanzjarju tal-ewwel kwart tas-sena) ikun imħallas.

Ħal Tarxien – Triq il-Kurunell Mas – Open Air Gym – fondi allokati

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14523 jista’ l-Ministru jgħid għala l-ammont tal-proġett biex isir Open Air Gym fi Triq il-Kurunell Mas ġie daqshekk “in eċċess” tal-baġit stabbilit u x’spjegazzjoni ngħatat għal dan?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li l-istima tal-proġett hekk kif stabbilit meta ħarġet is-sejħa għall-offerta kien jammonta għall-€354,000 (VAT inkluż). Wara sejħa għall-offerti, il-kuntratt li sar ma’ Catbros Ltd kien jammonta għall-€336,446.32 (jinkludi l-VAT). Il-fondi in eċċess referuti f’PQ 14523 u li qed jitħallsu mill-fondi tal-Kunsill Lokali jirreferu għad-differenza bejn il-grant mogħtija ta’ €250,000 u l-ammont ta’ €335,791.80 li hija l-ispiża totali tal-proġett.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — impjieg ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, m’għandhiex xi impjieg jew kuntratt ta’ xi forma mal-Ministeru tiegħi.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħlas lil persuna

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kull ħlas li qatt sar mill-baġit tal-Ministeru tiegħu lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-2013 sal-lum? Jista’ jagħti t-total għal kull sena bir-raġun għall-ħlas?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, qatt ma tħallset mill-baġit tal-Ministeru minn mindu twaqqaf .

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karozzi mixtrija/mikrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm karozzi mikrija jew mixtrija li jintużaw mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet li jaqgħu taħtu u f’liema sena ġew mixtrija jew mikrija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — tħawwil ta' siġar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħawlu siġar lokalità b’lokalità mid-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu minn Jannar 2020 s'issa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fil-perjodu kkonċernat, fil-Ministeru tiegħi tħawlu għoxrin siġra fl-inħawi ta’ Għar Dalam f’Bir¿ebbugia, erbatax-il siġra f’Ta’ Bistra ġewwa l-Mosta u ¿ewġ siġar fil-Katakombi ta’ San Pawl. Dawn tħawwlu minn Heritage Malta. Infurmat ukoll li fil-lokalità tagħhom, il-Kunsilli Lokali ħawwlu l-ammont ta’ siġar kif indikat hawn taħt: Kunsill Lokali Numru ta’ siġar imħawla minn Jannar 2020 Ha¿-¯ebbuġ 6 I¿-¯ejtun 1,500 Ħ’Attard 40 Ħal Balzan 40 Birkirkara 23

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Open Data - datasets

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ dawk id-datasets li kwalunkwe entità fil-Ministeru tiegħu poġġiet fl-inizjattiva ta’ ‘Open Data’?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Hemm diversi datasets li l-Amministrazzjoni Pubblika tipprovdi permezz ta’ diversi siti u portali tal-internet. Madankollu jekk wieħed jimxi fuq id-definizzjoni dejqa tat-terminu “Open Data” jiġifieri li d-datasets ikunu pprovduti bħala “machine-readable” u taħt liċenzja miftuħa (open licence) wieħed jista’ jgħid li s’issa għad m’għandniex dak in-numru li wieħed jistenna. F’dan il-kuntest biex Malta jkollha pjattaforma soda u numru adegwat ta’ datasets li jkunu jikkwalifikaw bħala “Open Data” tlesta abbozz ta’ avvi¿ legali biex ikun ippubblikat taħt il-Kap. 546 li qed ipoġġi obbligu fuq dawk l-entitajiet kollha li għandhom tali datasets li jirreġistrawhom fuq il-portal nazzjonali tad-data u wara li jiġu kklassifikati. Jekk ikunu jaqgħu taħt il-klassi bħala data mhux sensittiva dawn għandhom ikunu ppubblikati l-ewwel nett fuq il-portal nazzjonali u jekk ikun il-ka¿ fuq portal jew siti oħrajn.

Qala Għawdex – Triq il-Wileġ – sistema ta’ camera

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-LESA jew Transport Malta għamlitx camera biex tkun tista’ tikkontrolla min jikser is-sistema ta’ one way għat-trakkijiet fi Triq il-Wileġ fil-Qala? Jista’ jgħid meta twaħħlet din il-camera u minn meta twaħħlet, kemm-il trakk kiser dawn ir-regolamenti? Kemm-il ċitazzjoni nħarġet per konsegwenza u kemm minnhom tħallsu sal-lum? Kemm hu l-valur taċ-ċitazzjonijiet li nħarġu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi informazzjoni dwar l-installar ta’ cameras kif ukoll ċitazzjonijiet maħruġa jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ Transport Malta u l-Local Enforcement System Agency (LESA). Għaldaqstant, l-Onorevoli Interpellant ġentilment mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u l-Ministru għall-Affarijiet Interni, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi.

Kunsill Lokali ta’ Marsaskala – lukanda Ex-Jerma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’rakkomandazzjonijiet il-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala ressaq quddiem l-Awtoritajiet dwar x’għandu jsir fuq il-binja tal-lukanda ex-Jerma?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala li l-Kunsill, wara li saru diversi diskussjonijiet u laqgħat pubbliċi, jaqbel li l-binja preżenti titwaqqa’ u ssir lukanda ta’ mhux aktar minn 13 -il sular, suġġett għal approvazzjoni u permessi neċessarji tal-Awtorita’ tal-Ippjanar.

Policy dwar timed parking

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif jekk il-policy dwar timed parking ġietx konkluża? Jekk iva, jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' din il-policy? Jekk le, meta hu mistenni li tiġi konkluża din il-policy? Kemm u fejn hemm talbiet pendenti għall-introduzzjoni ta' timed parking zones?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minkejja li r-Regolamenti dwar Skemi ta’ Pparkjar Kontrollat (Residenzjali u Kummerċjali) – L.S. 363.80 jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru responsabbli mill-Gvern Lokali, l-awtorità regolatorja sabiex isir timed parking hi l-Awtorità tat-Trasport f’Malta. Għaldaqstant, l-Onorevoli Interpellant ġentilment mitlub jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ġnien Duminku Mintoff — manutenzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'passi qed jittieħdu sabiex Ġnien Duminku Mintoff jiġi miżmum sew billi jidher li jinsab mhux wisq ikkurat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal il-Ġdid li bħalissa għaddej xogħol ta’ manutenzjoni fi Ġnien Duminku Mintoff mill-Fondazzjoni għaż-Żoni Turistiċi fi ħdan il-Ministeru għat-Turiżmu.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – Green Wall

Question

Invista ta’ dak minnu dikjarat, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġi installat ‘l hekk imsejjaħ “Green Wall” mal-faċċata tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru għall-Affarijiet Interni, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi responsabbli mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.