Legislature:
Category:
Reset
Active:

informazzjoni dwar cruise liners li daħlu f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu cruise liners f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn, jgħid meta kien, l-isem tal-vapur u kemm kien iġorr passiġġieri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ cruise liners li daħlu f'Għawdex f'dawn l-aħħar sentejn kien ta’ 11. L-informazzjoni mitluba hija din: Data Isem tal-Vapur Numru ta’ Passiġġieri 29-06-2009 Club Med 2 294 30-06-2009 Royal Clipper 118 15-07-2009 Royal Clipper 165 28-10-2009 Rotterdam 1,257 05-11-2009 Prinsendam 741 05-04-2010 Spirit of Adventure 229 28-06-2010 Club Med 2 215 19-07-2010 Panorama 43 09-08-2010 Noordam 2,136 18-08-2010 Le Ponant 57 29-09-2010 Club Med 2 282

Xlendi — cruise liners u dgħajjes li rabtu mal-baga

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm rabtu cruise liners/dgħajjes mal-baga tax-Xlendi f'dawn l-aħħar sentejn, jgħid meta kien, l-isem tal-vapur u kemm kien iġorr passiggieri?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ebda cruise liner ma rabat mal-baga tax-Xlendi minn kemm ilha fil-post iktar kmieni din is-sena.

Spezzjonijiet ta' toroq f'Malta u f'Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17728 u jippubblika meta u fejn saru spezzjonijiet ta' toroq f'Malta u f'Għawdex matul is-sena 2009 mill-awtoritajiet konċernati u responsabbli minn dan il-fattur, biex jara li dawn it-toroq huma safe għas-sewwieqa?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' toroq li ġew spezzjonati skond dawn il-kriterji matul is-sena 2009.

Rabat, Mġarr, Dingli, Mtarfa u Żebbug — toroq fi stat ħażin

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17729 u jgħid kemm hemm toroq li għandhom l-istat tagħhom ta' ħsara 'il fuq minn 50%, 60%, 70%, 80% fil-lokalitajiet ta' Rabat, Mġarr, Dingli, Mtarfa u Żebbug Malta? Jista' jgħid liema awtorità hija responsabbli biex tagħti wiċċ ġdid lil dawn it-toroq u liema huma dawk it-toroq li għandhom jingħataw wiċċ ġdid?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li toroq li kienu diġà saru huma responsabbiltà tal-kunsilli lokali rispettivi u għalhekk wiċċ ġdid jew xogħol ta' manutenzjoni għandu jsir mill-kunsilli lokali.

Bajjiet u l-portijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17733 u ċioe: Wara l-iżviluppi li kien hemm fejn ġie mħabbar li l-gvern se jadotta politika biex jorganizza l-bajjiet u l-portijiet tagħna b'tali mod li kull moll u biċċa tal-baħar tkun reġistrata u torbot ma' moll reġistrat u bil-permessi kollha neċessarji u minħabba li skont il-Ministru jidher li hemm il-ħsieb li dan ix-xogħol isir kollu mill-privat, jista' l-Ministru jgħid jekk sarux studji biex jigu kkalkulati l-ispejjeż li se jiżdidulhom id-delettanti u kemm se jkunu dawn l-ispejjeż, jigifieri kemm se jiġi jiswa l-użu tal-irmiġġ għall-qxur tal-baħar? Jista' jgħid jekk dawn il-prezzijiet humiex se jkunu fissi jew jekk kull daħla/port immexxija mill-privat tagħmel il-prezzijiet hi skont kif jidhrilha?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li, fir-rigward ta’ organised mooring areas u temporary marinas immexxija mill-privat, kienu ġew identifikati żoni marittimi minn Transport Malta li l-privat ikun responsabbli li jorganizza u jmexxi skont kriterji stabbiliti mill-istess awtorità. Il-prezzijiet ta’ rmiġġi f’dawn iż-żoni m’humiex fissi iżda jiġu negozjati (permezz ta’ proċess ta’ request for proposals) bħala parti minn kuntratt bejn l-operatur u Transport Malta għal kull żona speċifika. Ta’ min wieħed jinnota li bħalissa Transport Malta qed tagħmel studju sabiex jiġu riveduti r-regolamenti dwar l-irmiġġi sabiex, fost oħrajn, jiġu regolati liċenzji għall-irmiġġi, l-allokazzjoni tagħhom kif ukoll it-tariffi. Dan l-istudju qed isir għal żoni mmexxija mill-awtorità u mistenni jiġi konkluż sal-aħħar t’Ottubru.

moviment ħieles ta’ persuni fl-Unjoni Ewropea — koppji gay u leżbjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif Malta qiegħda timplementa d-Direttiva 2004/38/KE dwar il-moviment ħieles ta’ persuni fl-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ koppji gay u leżbjani fil-każijiet li ġejjin: (a) il-koppja tkun miżżewġa; (b) il-koppja tkun reġistrata ċivilment (registered partnership); u (c) il-koppja tkun tikkoabita imma ma tkunx miżżewga jew reġistrata ċivilment? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll kemm-il talba kienet sommessa għall-moviment ta’ dawn il-koppji lejn Malta matul l-2009 u 2010 u jindika kemm-il talba minnhom kienet milqugħa/miċħuda?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Malta ma timponix limitazzjonijiet fuq il-moviment ħieles tal-persuni membri tal-Unjoni Ewropea skont l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, biss ma tirrikonoxxix żwiġijiet bejn persuni ta' l-istess sess.

Grand Harbour Regeneration Corporation — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' direct orders mogħtija mill-Grand Harbour Regeneration Corporation mit-twaqqif tagħha sal-lum, billi f'kull każ jgħid lil min ingħatat id-direct order, f'kull każ inkisibx il-permess tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fejn meħtieġ, kemm kien il-valur ta' kull direct order, għal liema servizz jew xogħol kienet meħtieġa kull direct order? X'ġustifikazzjoni kien hemm biex ingħatat direct order u f'kull każ jgħid minn meta ngħatat id-direct order sal-lum xi tħallas fuq direct order u jekk kienx hemm il-ħtieġa ta' approvazzjoni supplimentari peress li nqabeż il-valur tas-servizz jew tax-xogħol approvat oriġinarjament? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' sejħiet għall-offerti li l-istess Korporazzjoni ppubblikat fl-istess żmien referut kemm minnha direttament jew permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti? F'kull każ jista' jgħid x'kien il-valur ta' kull offerta, lil min ġew assenjati l-istess offerti, xi tħallas mill-assenjament tagħhom sal-lum mill-istess korporazzjoni? Jista' jgħid kienx hemm ħtieġa li tingħata approvazzjoni għal extras and variations f'kull każ, kienx hemm xi appelli għar-rakkmandazzjonijiet magħmula biex jiġu assenjati u f'kull każ jgħid minn min kien magħmul il-bord ta' aġġudikazzjoni ta' kull offerta ppubblikata?

Response (GATT, AUSTIN)

In vista tal-ammont kbir ta' dettal mitlub, risposta tingħata f'seduta oħra.

Fabbriki ġodda — xogħlijiet infrastrutturali - somma allokata

Question

Jista' l-Ministru jghid kemm kienet is-somma allokata għal xogħlijiet infrastrutturali għal bini ta' fabbriki ġodda jew fuq fabbriki eżistenti separatament? Kemm intnefqu fuq bini ta' fabbriki godda u dawk ezistenti sallum separatament?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

titjib tat-Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa bejn il-Marsa u Ħal Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li t-Triq il-Kunsill ta' l-Ewropa bejn il-Marsa u Ħal Luqa tjebitx jew le? Jekk iva, b'liema mod?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20110.

investiment fuq manutenzjoni u l-bini mill-ġdid ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm investa l-Gvern Malti din is-sena fuq il-manutenzjoni u l-bini mill-ġdid ta' toroq? Liema huma t-toroq u f'liema lokalitajiet jinsabu?

Response (GATT, AUSTIN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista dettaljata li minnha jirriżulta illi sal-aħħar ta' Ottubru l-Gvern nefaq ftit aktar minn €9 miljun fuq il-bini u manutenzjoni tat-toroq li ma jaqgħux taħt il-fondi strutturali Ewropej.

Rifroma fit-trasport pubbliku — rotot ġodda

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 19982, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk lil hemm mill-"ktieb dettaljat li kien ġie ppubblikat", wara l-pubblikazzjoni ta' dan il-ktieb, kienx hemm talbiet minn kunsilli lokali li jmorru lil hemm minn dan "il-ktieb pubblikat"? Jekk iva, liema kienu dawn it-talbiet u mil-liema kunsilli saru? Fiex waslu d-diskussjonijiet dwar dawn it-talbiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġew ippubblikati r-rotot il-ġodda kien hemm numru ta’ kunsilli lokali li ressqu t-talbiet tagħhom għal xi modifiki fir-rotot minn kif kienu oriġinarjament proposti. It-talbiet li saru, fost oħrajn, kienu talbiet sabiex jiġu miżjuda lokalitajiet li ma kenux fil-proposta oriġinali, kif ukoll sabiex villaġġi fil-viċinanza ta’ xulxin jiġu moqdija b’servizz dirett bejniethom. B’kollox kien hemm 24 talba għal tibdil, li saru minn 20 kunsill lokali. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li it-talbiet kienu kif ġejjin: Proposti minn: Talba: Kunsill Lokali Balzan Estensjoni tas-servizz Bella Vista Residents, M’Scala Estensjoni tas-servizz bejn Lokalitajiet Kunsill Lokali Dingli Rotot ġodda Kunsill Lokali Għargħur Reviżjoni ta' rotta/rotot Kunsill Lokali Mġarr Estensjoni ta' servizz Kunsill Lokali Mqabba Reviżjoni ta' rotta/rotot Kunsill Lokali Munxar Estensjoni ta' servizz Kunsill Lokali Naxxar Estensjoni ta' rotta/rotot Estensjoni ta' rotot bejn lokalitajiet Kunsill Lokali Pembroke Reviżjoni ta' rotta/rotot Kunsill Lokali Qrendi Reviżjoni ta' rotta/rotot Estensjoni ta' servizz bejn lokalitajiet Kunsill Lokali Rabat Reviżjoni ta' rotta/rotot Estensjoni ta' servizz bejn lokalitajiet Kunsill Lokali Mellieħa Reviżjoni ta' rotta/rottot Estensjoni ta' servizz bejn lokalitajiet Kunsill Lokali Sliema Reviżjoni ta' rotta/rottot Kunsill Lokali San Pawl il-Bahar Estensjoni ta' servizz Kunsill Lokali Santa Luċija Reviżjoni ta' rotta/rotot Kunsill Lokali Swieqi Estensjoni ta' servizz Kunsill Lokali Tarxien Estensjoni ta' servizz Kunsill Lokali Żebbuġ Reviżjoni ta' rotta/rotot Kunsill Lokali Żejtun Estensjoni ta' servizz Kunsill Lokali Żurrieq Reviżjoni ta' rotta/rotot Jien infurmat ukoll illi r-reviżjonijiet tar-rotot hekk kif mitluba minn dawn il–kunsilli lokali qegħdin fi stadju avvanzat u mistenni li jiġu konklużi fil-ġimgħat li ġejjin.

Wied il-Għajn — ħitan tal-by-pass il-ġdida

Question

Jista' l-Ministru jgħid il-għala l-ħitan kollha li nbnew tant b’sengħa u sebbħu l-by-pass il-ġdida ta' Wied il-Għajn ma sarilhomx il-coping meħtieġ biex jipproteġihom mill-ħsara tal-elementi? Jekk hemm il-ħsieb li jsiru, meta se jseħħ dan u kemm se jiġu jiswew?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ħitan inbnew mingħajr coping kif mitlub mill-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar (MEPA) fil-permess ta' żvilupp.

Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura — persuni li jiffurmaw is-Supervisory Committee

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw is-Supervisory Committee tad-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-persuni li jiffurmaw is-Supervisory Committee tad-Direttorat tat-Toroq u l-Infrastruttura huma: Supervisory Chairman - Jonathan Vella Membru - Ray Busuttil Membru - Sammy Rapa

Belt — Triq San Ġwann - no parking fuq taraġ storiku

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Kunsilli Lokali tal-Belt jimplimenta miżuri ta' no parking fuq it-taraġ li hemm mal-ġenb ta' Triq San Ġwann bejn Triq id-Dejqa u Triq l-Ifran peress li l-ipparkjar ta' vetturi qiegħed jikkaġuna ħsara kbira lil dan it-taraġ storiku?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi dan il-Ministeru mhux responsabbli għall-kunsilli lokali u konsegwentament ma jistax jordna li l-Kunsill jieħu l-miżuri msemmija. B'danakollu, ninfurmah ukoll illi Transport Malta ordnat bollards biex jitwaħħlu tul dan it-taraġ u b'hekk ma jipparkjawx vetturi fuq dawn it-taraġ.

Kumpens lill-bdiewa/sidien ta' raba' — costings tal-istreet furniture

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’tip ta' kumpens se jsir ma' dawk il-bdiewa/sidien ta' raba' matul il-by-pass ġdida ta' Wied il-Għajn rigward ix-xatbiet tal-għelieqi tagħhom? Dawn kienu inklużi fil-costings tal-istreet furniture jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li rigward ix-xatbiet tal-għelieqi matul il-by-pass ġdida ta' Wied il-Għajn, il-bdiewa effettwati ftehmu mal-kuntrattur sabiex iħallilhom ix-xatbiet li kellhom u meta dawn inqalgħu ngħataw lill-bdiewa rispettivi. Rigward kumpens għal telf ta’ uċuh tar-raba’ sar assessjar mid-Dipartiment tal-Agrikoltura, madankollu Transport Malta qed tistenna kjarifiċi mingħand dan l-istess dipartiment.

Smart City — triq proġettata sal-Airport

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni f’liema partijiet tat-triq proġettata minn Smart City sal-airport se tkun one-lane kull carriage-way, two-lane kull carriage-way u four-lane kull carriage-way?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li bħalissa Transport Malta għandha applikazzjonijiet għand il-MEPA li jittrattaw l-ewwel fażi tal- link road li minn Smart City Malta ser twassal sal- junction ta’ ħdejn iz-zona industrijali ta’ Bulebel, ċioe l-parti Smart City sal-Mina ta’ Hompesch bejn il-Fgura u Ħaż-Żabbar. Dawn it-toroq huma proposti bħala dual lane - dual carriage way . Barra minn hekk, Transport Malta ippreżentat għand il-MEPA Masterplan li juri wkoll it-tieni fażi ta’ l-istess triq jiġifieri minn ħdejn il-mina ta’ Hompesch sal- junction ta’ Bulebel. It-toroq kollha inkużi f’dan il- Masterplan huma proposti bħala dual lane – dual carriageway . Minn tal-Barrani wieħed jista’ jasal l-ajruport min- network eżistenti, fejn fix-xhur li ġejjin ukoll se jkun qed isir xogħol ta’ kostruzzjoni u titjib tat-toroq

Studji dwar l-impatt u l-effett tal-ispleeping policeman

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 17125 u jgħid jekk jeżistux xi studji li l-gvern u l-awtoritajiet konċernati jużaw biex jaraw l-impatt u l-effett ta' meta titwaħħal sleeping policeman ġewwa triq partikolari? Jekk l-inkonvenjent li toħloq għar-residenti bl-istorbju li jiġi kkawżat kull meta jgħaddu l-vetturi minn fuqha jiġix meħud in konsiderazzjoni jew le?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li meta Transport Malta tapprova li ssir road hump, tali approvazzjoni ssir bi speċifikazzjonijiet preċiżi ta' kif għandha ssir u m'għandhiex tikkawża storbju meta karozza tgħaddi minn fuqha bl-ispeed xieraq.