Legislature:
Category:
Reset
Active:

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8545, 8758 u 9158 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not fully accepted: unfair treatment during a scholarship interview” datat 24 ta’ Jannar 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet (jew parti minnhom) ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet ma ġewx injorati, anzi ġew attwati ħlief għar-rakkomandazzjoni biex jiġu rrekordjati l-intervisti.

Rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8546, 8759 u 9159 u ċjoè: B’referenza għar-rapport mill-Uffiċċju tal-Ombudsman “Recommendations not implemented: Primary school teacher on a career break not allowed to work temporarily in the private sector” datat 9 ta’ Mejju 2022, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm progress u x’inhi r-raġuni għalfejn dawn ir-rakkomandazzjonijiet ġew injorati?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rakkomandazzjonijiet ma ġewx injorati iżda ma ġewx aċċettati. Skont il-PSMC taqsima 6.2.3.1, mhux permess li ħaddiema fuq career break jitħallew jaħdmu mal-privat.

Eżamijiet tal-Benchmark

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-eżamijiet tal-Benchmark hux se jkunu qed jitneħħew mis-sistema edukattiva mis-sena skolastika li jmiss?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà ġie mgħarraf li l-eżamijiet tal-benchmark mhux ser jibqgħu jsiru. Dan kollu qed isir skont in-National Curriculum Framework.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – ftehim dwar vannijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8525 u jgħid jekk hux minnu li l-vannijiet (8+1 seater) li għandhom ftehim mal-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni sa tmiem is-sena skolastika 2024/2025 (permezz ta' kuntratt iffirmat fl-2019 u mbagħad imġedded b'addendum) fejn qed jintalbu jwaqqfu l-operat tagħhom fi tmiem din is-sena skolastika 2022/2023? Jista’ jgħid jekk il-Gvern hux qed imur kontra l-ftehim li kien daħal għalih sas-sena 2025?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mhu ser jitwaqqaf l-ebda kuntratt.

Skejjel tal-Istat – kiri ta’ swali lil għaqdiet volontarji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8031 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7593, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid x'inhi r-rata tal-VAT użata u x'tip ta' rċevuta qed tingħata f'każijiet ta’ ħlas għall-kiri tas-swali tal-iskejjel lil għaqdiet volontarji u li ma joperawx għall-qliegħ? Jista’ jgħid ukoll x'inhi r-rata li qed tiġi ċċarġjata minn kull Kunsill Skolastiku għall-użu tas-swali tal-iskejjel rispettivi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Għajnsielem – Ċentru San Apollona – Fakultà tad-Dentistrija – klinika — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa sabiex ssir il-klinika dentali tal-Fakulta tad-Dentisrija ġewwa ċ-Ċentru San Apollona f’Għajnsielem? Jista’ jgħid kemm ra pazjenti dan iċ-Ċentru minn meta tlesta sal-ġurnata li tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Skola ALP — tfal li attendew għall-interview u ġew aċċettati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew għall-interview biex jidħlu fl-iskola ALP u ġew aċċettati fl-aħħar tliet snin skolastiċi, jiġifieri fis-snin skolastiċi 2022-2023, 2021-2022 u 2020-2021?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Skola ALP — tfal li attendew għall-interview u ma ġewx aċċettati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li attendew għall-interview biex jidħlu fl-iskola ALP u ma ġewx aċċettati fl-aħħar tliet snin skolastiċi, jiġifieri fis-sena skolastika 2022-2023, 2021-2022 u 2020-2021?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjat - Donazzjonijiet lil Fondazzjoni

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid, sena b'sena, mis-sena 2014 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien il-valur finanzjarju ta’ donazzjonijiet li l-entitajiet (fosthom awtoritajiet) li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta-Segretarju Parlamentari, taw lill-Fondazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Jista' jispeċifika meta donazzjoni kienet waħda finanzjarja u meta kienet għoti ta' servizz b'xejn jew makkinarju eċċ. u l-valur ta' tali għotja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9204.

ĠEM16+ – studenti li bbenefikaw mill-iskema ta’ internet b’xejn

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8387, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-ĠEM16+ li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 u minn liema perjodu sa liema perjodu bbenefikaw minnha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

ITS – studenti li bbenefikaw mill-iskema ta’ internet b’xejn

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8388, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-ITS li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 u minn liema perjodu sa liema perjodu bbenefikaw minnha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

MCAST – studenti li bbenefikaw mill-iskema ta’ internet b’xejn

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8389, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-MCAST li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 u minn liema perjodu sa liema perjodu bbenefikaw minnha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Università – studenti li bbenefikaw mill-iskema ta’ internet b’xejn

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8390, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti tal-Università li bbenefikaw mill-iskema ta' internet b'xejn għall-istudenti tal-iskejjel Post-Sekondarji fil-forma ta' voucher b'total ta' €300 u minn liema perjodu sa liema perjodu bbenefikaw minnha?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ħal Lija – Skola Primarja – applikazzjoni għal LPG Storage Facility

Question

B’referenza għall-applikazzjoni għall-iżvilupp bin-numru PA/00973/23, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru kienx infurmat b'dan il-permess li fih qed issir applikazzjoni għal LPG Storage Facility quddiem l-Iskola Primarja ta’ Ħal Lija, u jekk iva meta kien innotifikat u x'azzjoni ttieħdet fir-rigward?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – entitajiet li joperaw minn binjiet bil-kera

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8906 u jgħid liema huma l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li joperaw minn binjiet li huma mikrija? Jista’ jgħid ukoll liema binjiet huma, meta bdew jinkrew, kemm hi l-kirja kull sena u meta tagħlaq tali kirja?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.