Jista' l-Prim Ministru jgħid, issa li bdew id-diskussjonijiet dwar il-programm ta' finanzjament li jmiss mal-Unjoni Ewropea, jekk il-Gvern skattax dak li hemm fid-Dikjarazzjoni fuq Għawdex li hemm mat-trattat ta' adeżjoni ta' Malta fl-Unjoni u ċjoè jekk Malta talbitx li l-Kummissjoni tirraporta lill-Kunsill dwar is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali ta' Għawdex u b'mod speċjali dwar id-differenzi fil-livelli ta' żvilupp soċjali u ekonomiku bejn Għawdex u Malta? Jista' jgħid meta sar dan min-naħa tal-Gvern Malti u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-talba li saret min-naħa ta' Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nitlob lill-Onor Interpellant biex jagħmel l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni – ħatriet ta’ bord
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-ħatriet kemm taċ-Chairman kif ukoll tal-membri l-oħra tal-bord kenux fuq bażi full-time jew part-time mit-twaqqif tal-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni sad-data ta’ din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Anness jinsab it-tagħrif mitlub:
Mr. Joseph V. Tabone 01 January 2001 - 28 April 2008 Full-Time
Ing. Philip Micallef 29 April 2008 – 31 December 2012 Full-Time
Dr. Antonio Ghio 10 December 2012 – 14 March 2013 Part-Time
Dr. Edward Woods 01 May 2013 – 30 April 2016 Part-Time
Dr. Edward Woods 01 May 2016 – to date Full Time
Il-membri l-oħra tal-bord kollha ġew appuntati fuq bażi part-time.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Lista ta' xiri ta' servizzi
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizzi jew prodotti jinxtraw kollha mid-Direttorat responsabbli fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru bħalma hija normali fl-amministrazzjoni pubblika.
Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku
Question
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4813 u ċjoè: Peress li dan l-aħħar dehru xi rapporti f’sezzjonijiet tal-midja dwar impjiegi mal-gvern u entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku, inkluż il-każ tad-Deputat Parlamentari li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jista’ l-Prim Ministru jgħid:
1) min huma dawk id-deputati eletti fil-Parlament li sal-jum tat-tweġiba ta’ din il-mistoqsija huma impjegati fis-settur pubbliku u/jew li qed joffru servizzi ta’ konsulenza b’kuntratt lill-istess settur pubbliku, fit-tliet kategoriji msemmija (a) Dipartimenti tal-Gvern, (b) Korpi Pubbliċi jew Awtoritajiet u (ċ) kumpaniji kummerċjali fejn il-gvern għandu l-kontroll effettiv;
2) meta kienu ingaġġati dawn id-deputati fis-servizz pubbliku jew entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni;
3) x’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandhom dawn id-deputati kif ukoll id-dħul gross annwali tagħhom; u
4) x’inhi l-kariga u grad li jokkupaw illum?
B’referenza għall-iskemi ta’ kumpens li ngħataw fl-2017 mill-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-persuni involuti f’kull grupp: Pulizija, Electricity Board, Dirgħajn Il-Maltin, Pijunieri tax-Xatt u Sea Malta? Għal kull grupp jista’ l-Ministru jgħid ma’ min sar il-ftehim għall-kumpens ta’ kull grupp? Ma’ min ġie miftiehem kull ftehim li sar? Liema hi l-entità li aċċettat il-ftehim f’isem kull grupp? Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Gvern wasal għall-ammont ta’ flus li ser tingħata lil kull individwu f’kull grupp?
Tieġ ta’ individwu – preżenza ta’ persuni mis-Segretarjat
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għat-tieġ li attenda tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separament, kienx akkumpanjat jew fil-preżenza ta’ uffiċċjali li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu, u f’dan il-każ min kienu dawn il-persuni?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn siefer fil-kapaċità uffiċjali tiegħu minn Marzu tal-2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija u f’liema minn dawn l-okkażjonijiet ġie akkumpanjat miċ-Chief of Staff tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Għall-perjodu Marzu 2013 – Jannar 2017 nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-Mistoqsijiet Parlamentari 26,715, 26,832 u 29,670 tal-leġiżlatura li għaddiet.
Matul l-2017 il-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant akkumpanjani waqt safar uffiċjali, f’Settembru fi New York, f’Ottubru fl-Emirati Għarab Magħquda u f’Novembru fir-Renju Unit u f’Hong Kong.
Matul l-2018 sal-lum, ma kienx hemm okkazjonijiet fejn il-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha l-Onor. Interpellant akkumpanjani waqt safar uffiċjali.
Persuni li japplikaw għall-permess ta’ residenza biex jagħmlu xogħol volontarju – polza ta’ assikurazzjoni
Question
B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 5072 u 5073 jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dawk il-persuni li japplikaw għall-permess ta’ residenza sabiex jagħmlu xogħol volontarju jew xogħol missjunarju f’Malta, humiex qegħdin jiġu mitluba jagħmlu polza tal-assikurazzjoni tas-saħħa jew humiex qegħdin jiġu eżentati minn dan u jiġu koperti bl-Avviż Legali 201 tas-sena 2004?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt infurmat li ċittadin ta’ pajjiż terz li japplika għal permess ta’ residenza temporanju għandu bżonn jippreżenta polza tal-assikurazzjoni. Din tkopri l-applikant jekk kemm-il darba jkollu żżonn assistenza medika f’Malta. Applikanti li jkunu eżentati mill-ħlasijiet skont il-provedimenti tal-A.L. 201 tal-2004 ma jintalbux polza tal-assikurazzjoni minn Identity Malta.
Negozji, ħwienet jew outlets li huwa involut iċ-Chief of Staff
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 3965, jista’ l-Prim Ministru jgħid fejn hemm ippubblikat l-informazzjoni rikjesta f’dik il-Mistoqsija, ċjoè l-lista sħiħa ta’ negozji, ħwienet jew outlets kummerċjali oħra li ċ-Chief of Staff tiegħu huwa involut fihom hu jew il-konjugi tiegħu, kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Wieħed jassumi li l-Onor. Membru żgur qara r-rapporti fuq il-mezzi tax-xandir li tant ilu jikkwota.
Identity Malta — Ċittadinanza b’investiment – aġenziji akkreditati
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema huma l-aġenziji akkreditati minn Identity Malta biex ibigħu l-programm ta’ ċittadinanza b’investiment (IIP)? Jista’ jgħid kemm applikazzjonijiet issottomettew kull waħda minnhom?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
It-tagħrif mitlub qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
L-informazzjoni marbuta man-numru ta’ applikazzjonijiet li ssottomettew kull waħda minnhom ma tistax tingħata minħabba raġunijiet ta’ privatezza u protezzjoni tad-data.
Awtorità Malta dwar il-Komunikazzjoni – Bord tat-tmexxija — laqgħat
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid minn mindu twaqqfet l-Awtorità Maltija dwar il-Komunikazzjoni (MCA), kemm-il darba l-Bord tat-tmexxja fi ħdan l-istess MCA kellu laqgħat sena b’sena ? Kemm minn dawn il-laqgħat tal-Bord kienu dejjem preżenti il-membri kollha, u jekk tul il-laqgħat qattx ittieħed vot u jekk iva kemm-il darba u dwar xiex?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?
Konferenza tal-aħbarijiet dwar il-mitt jum tal-Gvern — armar għall-konferenza tal-aħbarijiet
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid min għamel l-armar għall-konferenza tal-aħbarijiet li saret dwar il-mitt jum tal-Gvern Laburista? Inħarġet tender jew saret permezz ta' quotations? Kemm-il quotation intalbet u lil min? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-quotations u r-risposti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħol sar kif indikat hawn taħt:
i. Sistema tas-Sound – BE Support Ltd
ii. Kiri ta’ dwal – Nexos Lighting Technolgy
Ninsab nfurmat li ma kienux ppreżentati quotations minħabba ristrezzjoni ta’żmien.
Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-reklami kollha li saru fuq is-sit soċjali Facebook mill-Aġenzija Identità Malta matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Prim Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - safar
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?
Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - safar
Question
Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?