Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14317 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jara li l-ħaddiema tas-sanità jispezzjonaw il-post li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li minnu ħerġin ħafna ġrieden?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali minn Jannar 2009 qatt ma rċieva lmenti fuq problema ta’ ġrieden fit-triq indikata mill-Onorevoli Interpellant.
Madankollu, uffiċjali mill-istess Dipartiment għamlu spezzjoni nhar l-Erbgħa 3 ta’ Frar 2010 fl-indirizz indikat, fejn irriżulta li tali garaxx jintuża bħala maħżen għal affarijiet antiki.
Minħabba li l-garaxx kien mimli kompletament kif jixhed ir-ritratt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra (Doc A) sar ftehim mas-sid sabiex it-Tnejn 8 ta’ Frar 2010 isir żbarazzar tal-affarijiet sabiex jagħti aċċess lill-ispetturi tad-Dipartiment biex jispezzjonaw il-parti ta’ ġewwa tal-garaxx. Fil-parti ta’ barra ta’ dan il-garaxx ma kien hemm l-ebda evidenza ta’ attivita’ ta’ ġrieden.
Il-bitħa nterna tal-garaxx imsemmi ġiet spezzjonata minn fuq il-bejt ta’ terzi, u jidher li hemm ħaxix ħażin għoli u diversi oġġetti oħra tal-ħadid (sodod) imdendlin mal-ħajt tal-bitħa interna, kif jidher fir-ritratt li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra (Doc B). Uffiċċjal mis-Sezzjoni tar-
Rodent Control
ta’ l-istess Dipartiment, tefa’ diversi blokok ta’ valenu tal-ġrieden ġo din il-bitħa nterna minn tieqa tal-ġirien bil-kunsens ta’ sidien rispettivi, bħala prekawzjoni.
Uffiċjal fi ħdan id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali reġa’ għamel spezzjoni fil-garaxx indikat fit-8 ta’ Frar 2010 rigward l-ilmenti fuq problema ta’ ġrieden. Waqt l-ispezzjoni mill-istess uffiċjal irriżulta li fl-ebda parti mill-garaxx kif ukoll fil-bitħa tal-istess garaxx ma kien hemm infestazzjoni jew attivita’ ta’ ġrieden.
Madankollu it-triq in kwistjoni ser tibqa tiġi sorveljata minn uffiċjali mis-Sezzjoni tar-Rodent Control ta’ l-istess Dipartiment bħala prekawzjoni.
Sptar Mater Dei — ħlas ta' pagi, allowances u overtime għal tobba, konsulenti u speċjalisti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14587 u 14310 u jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għal tobba, konsulenti u speċjalisti fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009? Kemm minn dawn it-tobba, konsulenti u speċjalisti kienu ta' nazzjonalità barranija? Kemm ħallas il-gvern lil dawn għal akkomodazzoni u allowances oħra? Dawn kienu eżenti mill-ħlas tal-income tax?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Tobba
Pagi
Allowances
Overtime
€
5,816,237.28
€
5,961,547.62
€
0.00
Konsulenti
Pagi
Allowances
Overtime
€
3,559,841.24
€
3,726,479.27
€
0.00
Specjalisti
Pagi
Allowances
Overtime
€
984,497.69
€
1,530,455.66
€
0.00
Ninsab infurmat li l-ammont ta’ tobba/konsulenti/speċjalisti barranin huwa ta’ disgħa u erbgħin (49), li minnhom 48 kienu speċjalisti u waħda konsulenta. Ma kienx hemm tobba barranin.
Dawn tħallsu globalment l-ammont ta’ €159,250.00 bħala
allowances
għal akkomodazzjoni. Ma kienx hemm
allowances
oħra.
Dawn il-barranin huma eżenti mill-ħlas ta’ taxxa fuq id-dħul mill-paga.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14738, 14448 u 14175 u jgħid kemm hemm pazjenti magħrufa bħala każijiet soċjali fl-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid x'qiegħed isir biex dawn il-pazjenti jiġu rikoverati x'imkien ieħor biex b'hekk jkun hemm aktar sodod liberi għal min għandu bżonn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma hemm l-ebda pazjenti fl-isptar Mater Dei li huma klassiffikati bħala każijiet soċjali. Dawk il-pazjenti li m’għandhomx aktar bżonn ta’ kura akuta imma ma jistgħux imorru lura d-dar għal raġunijiet varji huma klassifikati bħala Intermediate Care Patients. Dawn jinkludu pazjenti li għandhom bżonn riabilitazzjoni, jew long term care, jew li għandhom mard terminali, eċċ.
Bħalissa fl-Isptar Mater Dei hemm 92 pazjent li huma klassifikati bħala
Intermediate Care Patients.
Dawk il-pazjenti li jiġu dikjarati bħala
Intermediate Care Patients
jiġu eventwalment trasferiti għal Zammit Clapp/Karen Grech jew fir-Residenza San Vincenz de Paule, jew fis-swali Jeanne Antide, jew fid-djar tal-anzjani skond is-sodod disponibbli f’dawn l-isptarijiet/residenzi u l-livell ta’ dipendenza tal-pazjenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14549 u jgħid għaliex il-mediċina Ropinirole li tintuża f'parkinson's disease ilha x-xhur tingħata biss għal perjodu ta' ġimgħatejn, b'inkonvenjeza kbira għall-familjari tal-pazjent li diġà jkunu taħt pressjoni fiċ-ċirkostanzi? Għaliex din il-mediċina ma tiġix provduta permezz tal-POYC?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li il-mediċina Ropinirole fil-fatt hija pprovduta minn dawk l-ispiżeriji li huma fl-Iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek. Il-mediċina tiġi pprovduta mill-POYC fi tlett dożi – 0.25mg, 1mg, 5mg. Matul dawn l-aħħar xagħrejn il-mediċina dejjem kienet in stock mill-POYC
Fir-rigward tal-Ispizerija tal-Isptar Mater Dei, id-doża ta’ 5mgs kienet
out of stock
minħabba li l-aġent kuntrattat mill- Gvern biex jissuplixxi din id-doża ta’ din il-medicina, naqas li jissuplixxi l-ordnijiet magħmula lilu fil-ħin. Għal din ir-raġuni bħalissa l-Gvern qed jixtri
stocks
minn sorsi alternativi, a spejjeż tal-kuntrattur.
Minħabba dan in-nuqqas kontrattwali tal-Aġent, u sakemm is-sitwazzjoni tirritorna għan-normal, il-pazjenti qed jingħataw
stock
għall-ħmistax-il ġurnata b’doża ta’ 1mg.
Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki huma meħtieġa biex bniedem jaħdem bħala helper/carer fid-djar tal-anzjani f'pajjiżna?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li biex persuna taħdem bħala helper/carer fid-djar tal-anzjani jkun hemm bżonn hekk: dawk li jagħmlu xogħol ta’ caring ikollhom bżonn Caring Certificate, filwaqt li dawk li jagħmlu xogħol ta’ tindif ma jkollhomx bżonn ta’ kwalifiki.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-ispettorat tas-saħħa pubblika biex tiġi indirizzata u solvuta l-problema mifruxa ta' żieda qawwija fil-ġrieden f'diversi partijiet tal-Gżira qrib it-Triq Reggie Miller, kemm bil-lejl u anki matul il-jum?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li matul l-aħħar sena kien ġie referut ilment wieħed biss lill-ispettorat tas-saħħa Pubblika tal-lokal indikat, f’Novembru 2009, rigward ġrieden fi Triq Reggie Miller u l-inħawi tal-madwar. Tali lment kien jinvolvi propjeta privata liema propjeta għadna ma nafux min hu s-sid.
Għaldaqstant ħaddiema mis-sezzjoni tal-Pest Control ta’ l-istess dipartiment fit-22 ta’ Jannar 2010, għamlu trattament għal kontra l-ġrieden fejn setgħu fl-inħawi tal-madwar ta’ din l-għalqa referuta hawn fuq. Tali area ser tibqa tiġi sorveljata u tiġi trattata għal kontra l-ġrieden meta jkun hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jara li l-individwu li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, li huwa boarded out, jingħata l-pilloli Omnic 0.4mg li għandu bżonnhom fuq ordni tal-professur u li jidħlu fis-Schedule 5?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li il-pilloli Omnic® (tamsulosin hydrochloride) m’humiex imniżżlin fuq il-Formularju tal-Gvern, għaldaqstant din il-mediċina ma tistax tingħata lill-pazjenti mingħajr ħlas. Biex mediċina ġdida tidħol fil-formularju tal-Gvern hemm proċess. Il-‘Market Authorisation Holder’ (MAH) jew konsulent jista’ jitlob li l-mediċina tkun inkluża fuq il-formularju tal-Gvern. Mal-wasla ta’ l-applikazzjoni għall-introduzzjoni ta’ mediċina ġdida jitħejja rapport ta’ valutazzjoni teknika mid-Directorate of Pharmaceutical Policy and Monitoring (DPPM). Ċerti kriterji jiġu ikkunsidrati fil-preparazzjoni tar-revizzjoni għall-inklużjoni tal-farmaċewtiċi ġodda fil-formularju. Dawn jinkludu: l-intitolament; l-benefiċċji tal-farmaċewtiċi, il-licensing status, tqabbil tal-farmaċewtiċi ma’ trattamenti alternattivi fuq il-GFL u rakkomandazzjonijiet mill-aġenziji internazzjonali li joffru gwida ta’ rimbors. Issir ukoll evalwazzjoni ekonomika. Din ir-revizzjoni teknika tiġi ppreżentata fil-GFLAC (Government Formulary List Advisory Committee) fi ħdan id-DPPM. Għalhekk huwa il-GFLAC fi ħdan id-DPPM li jirrakkomanda jekk mediċina tiġi introdotta jew le fil-Formularju tal-Gvern. Id-deċiżjoni finali tittieħed mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika skond l-avviż legali numru 58 ta’ 2009.
Jista' l-Ministru jara jekk l-anzjan li dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament li għandu bżonn sussidju fuq il-ħrieqi li biex iġibhom qed ikollu jmur is-Swieqi, jistax jibda jġibhom minn Kordin peress li qed ikollu problema kbira ta' mobilità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fil-każ ta’ l-anzjan saru l-arranġamenti meħtieġa biex il-ħrieqi dovuti lilu jitwasslulu darba kull xahar.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — green jobs
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmel il-Ministeru biex jiġu promossi l-green jobs?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-Ministeru qed jieħu mizuri sabiex jinħolqu u jigu promossi l-green jobs. Dan, billi minn żmien għal min jieħu inizjattivi favur it-tisbiħ u t-tisħiħ tal-ambjent fuq il-post tax-xogħol u l-bini tal-madwar, bħall-introduzzjoni tas-separazzjoni tal-iskart, użu ta’ dwal u apparat energy efficient u installazzjoni ta’ panelli fotovoltaiċi f’wieħed miċ-Ċentri tas-Saħħa (Mosta). Barraminhekk, qed jittieħdu kunsiderazzjonijiet u miżuri ambjentali fil-bini ta’ binji ġodda.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14189, fejn il-Ministru ta l-ispiża ta' kull mammogram li qed isir mill-Health Screening Unit, jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif din l-ispiża ġiet allokata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-breakdown għal din l-ispiża ġiet allokata billi l-ispiża rikurrenti proġettata għaċ-Ċentru Nazzjonali għall-Breast Screening għas-sena 2010, li huwa ta' madwar nofs miljun ewro, ġiet diviza bin-numru ta’ mammograms stmat għal din is-sena, jiġifieri madwar 14-15,000. Dan m’għandux x’jaqsam ma’ l-ispejjeż tal Gamma Department. Iċ-Ċentru għall-Breast Screening hu Line Item għalih fil-Budget 2010.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14638, 14094, 13252 u 12816 u jgħid x'inhi l-waiting list għall-vista tal-għajnejn fiċ-Ċentri tas-Saħħa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-ewwel appuntament għall-viżta ta’ l-għajnejn (First Available Ophthalmic Appointment) fic-ċentri tas-saħħa kif qed jingħata illum hu kif indikat hawn that;
Ċentru tas-Saħħa Data ta’ l-Appuntament
Gżira April 2010
Mosta Settembru 2011
(Rabat u B’Kara mill-Mosta)
Furjana Ottubru 2010
Raħal Ġdid u Bormla Dawn qed jingħataw appuntament mill-klinika tal-Furjana
Qormi April 2011
L-emerġenzi jingħatalhom appuntament qabel.
Jista' l-Ministru jwiegeb mistoqsijiet parlamentari 14643 u 14229 u jgħid kemm kien in-numru ta' nisa li matul l-2009 ingħataw full treatment tal-Herceptin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li skond informazzjoni li għandu d-Dipartment tas-Saħħa kien hemm s’issa 24 pazjent li nbdew fuq il-mediċina Trastizumab (Herceptin) li minnhom 5 spiċċaw it-trattament komplut (full treatment) – il-bqija għadhom qegħdin jieħdu t-trattament meħtieġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li jeħtieġu Fibrinogen? Kemm ilu ma jiġi provdut f'pajjiżna? Għaliex? X'qed jingħata minfloku? L-alternattiva hija effettiva u safe daqs il-prodott naturali?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l- Fibrinogen huwa mediċina li tintuża f’każijiet ta’ Congenital jew Acquired Disfibrinogenaemia. Minn informazzjoni li għandu d-Dipartiment tas-Saħħa fil-mument ma jirriżulta li hemm ħadd partikolari fuq din il-mediċina. Din il-mediċina hija aċċessibbli fl-ispiżerija ta’ l-Isptar Mater Dei u qed tinżamm ‘standby’ għal dawk il-pazjenti li jistgħu jiġu bżonnha minn ħin għall-ieħor.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 14548, jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex impurtat qamħ li hu ġenetikament modifikat? Meta u minn fejn ġie impurtat?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li minn informazzjoni li għandu il- Port Health Services fi ħdan id- Dipartiment għal Saħħa Ambjentali ma jirriżultax li ġie importat qamħ li hu ġenetikament modifikat maħsub għall-konsum mill-bniedem.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12503, jista' l-Ministru jgħid meta ittieħdet d-deċizjoni li għall-A H1N1 jitlaqqam kulħadd b'xejn? Liema pajjiżi oħra membri fl-Unjoni Ewropea imxew b'din il-policy? Din kienet il-policy mill-bidu jew irriżultat minn ċirkostanzi li d-Dipartiment ma kellux kontroll fuqhom? Kemm tlaqqmu persuni kontra l-A H1N1 s'issa? Kemm fadal stock? Id-Dipartiment se jkompli bit-tilqim permezz ta' stock ġodda wara x-xitwa? Jekk fl-affermattiv, kif? Fil-każ, ta' nisa fl-ewwel tliet xhur tat-tqala tista' titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra dokumentazjoni dwar studju retrospettiv jew clinical trails li saru fuq kwalunkwe species mill-kumpanija farmaċewtika lid-Dipartiment uża l-prodott tagħha?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-deċiżjoni li f’każ ta’ pandemija il-Gvern joffri it-tilqima kontra l-istess pandemija b’xejn ittieħdet fl-2005 meta kien qed jitħejja il-pjan ta’ preparazzjoni għall-pandemija u sar il-kuntratt għax-xiri tal-vaċċin ma’ Solvay Pharmaceuticals.
Il-policy dwar it-tilqim addottata minn diversi pajjiżi tvarja minn pajjiż għall-ieħor. Fost pajjiżi li nafu li kellhom din l-istess politika insibu l-Ingilterra, Franza, Svezja, Awstrija, Fillandja, Danimarka, Irlanda u Belġju.
Sal-24 ta’ Frar kienu tlaqqmu 90,366 persuni. L-ammont ta dożi li fadal huwa ta’ madwar 242,000.
Huwa il-pjan tad-Dipartiment li jibqa’ jlaqqam ‘il dawk kollha li jersqu għat-tilqima. Dan huwa skond ir-rakkomandazzjoni tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa li s’issa għada tqis li l-agħar tal-pandemija għadu ma għaddiex. It –tilqim jibqa jsir mic-centri tas-saħħa bħal ma jsir tilqim ieħor.
Id-Dipartimet ma għandux kopji ta’studji speċifiċi kif mitluba mill-onorevoli interpellant. Id-Dipartiment jibbaża il-pariri tiegħu fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u fuq l-ispeċifikazzjonijiet li toħrog l-EMEA li hija l-awtorita kompetenti Ewropeja bix tanalizza l-istudji konċernati u tevalwa li mediċina hija tajba biex tintuża fiċ-ċirkostanzi differenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14554 u ċioe: B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5628, jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar jekk naqsitx in-nefqa fl-użu ta' antibijotiċi matul l-2009 meta mqabbel mas-sena 2008?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-kampanja msemmija hija mmirata lejn uzu aħjar ta’ antibijotiċi fil-komunità. Kif l-onorevoli membru japprezza, il-maġġoranza tal-antibijotiċi f’Malta jinxtraw minn spizeriji privati u għalhekk il-Ministeru ma għandux din l-informazzjoni mitluba. Min naħa tas-servizzi tas-saħħa pubblika, l-importanza mhux daqstant in-nefqa iżda l-ammont u t-tipi ta’ antibijotici uzati. Dan minħabba l-problema tar-rezistenza fil-mikrobi li jikkawzaw dawn l-infezzjonijiet. Għal din ir-raguni inbeda proċess estensiv mill-Kumitat Nazzjonali għall-Antibijotiċi biex tinġabar statistika ta' konsum ta’ antibijotiċi fil-komunità, li fix-xhur li ġejjin tista tagħti stampa aħjar tas-sitwazzjoni.
Sptar Mater Dei — pyschiatric unit - alkoħol over the counter
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 12385 u jgħid huwiex essenzjali li fl-Isptar Mater Dei jinbiegħ alkoħol over the counter meta fl-istess bini hemm il-Psychiatric Unit? Stante li pażjent jista' faċilment joħrog mis-sala u jmur jixrob l-alkoħol meta dan ikun qiegħed taħt kura u stante li ħafna pazjenti fis-Phsychiatric Unit huma alkoħoliċi x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern fuq dan il-punt?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-bejgħ tal-alkoħol mir-restaurant tal-viżitatur tal-Isptar Mater Dei huwa permess skond il-kuntratt oriġinali li ġie ffirmat fit-12 ta’ Ottubru 2007, bejn l-operatur tar-restaurant u l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi. Il-pożizzjoni tal-Gvern hija li l-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku ġewwa l-Isptar Mater Dei, u anki fi-sptarijiet oħra jekk ikun il-każ, ma jaqbilx man-natura ta’ sptar fih inniffsu. Għalhekk il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi ġiet mitluba sabiex tirrevedi l-kuntratt sabiex jitwaqqaf il-bejgħ ta’ xorb alkaħoliku ġewwa l-Isptar Mater Dei. Huwa importanti li l-onorevoli interpellant jifhem li din hija materja kuntrattwali u għalhekk hija waħda li tirrikjedi bdil f’kundizzjoni ta’ kuntratt li qiegħed fis-seħħ. Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi diġà infurmat formalment lil-kuntrattur li l-bejgħ ta’ xorb alkoħoliku ġewwa l-Isptar Mater Dei jrid jieqaf u qiegħda fil-proċess li tiddiskuti mal-partijiet konċernati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ħlas mitlub mill-anzjani għas-servizz ta' home help? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux jikkontempla li jibda jitlob ħlas għal dan is-servizz skond means testing?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li il-ħlas għas-servizz tal-Home Help huwa kif ġej:
Persuna waħda €2.33 fil-ġimgħa u fil-każ li jkunu jixtiequ għajnuna fil-preparazzjoni tal-ikel il-ħlas huwa ta’ €3.49 fil-ġimgħa. Aktar minn persuna waħda €3.49 fil-ġimgħa u fil-każ li jkunu jixtiequ għajnuna fil-preparazzjoni tal-ikel il-ħlas huwa ta’ €5.24 fil-ġimgħa. Dan il-ħlas lanqas huwa marbut man-numru ta’ siegħat ta’ servizz li l-klijenti jieħdu kull ġimgħa.
S’issa d-Dipartiment mgħandux il-ħsieb li l-ħlas jgħamlu skond means testing.