Sptar Ġenerali ta’ Għawdex – Kura li kellha titkompla fl-Isptar Mater Dei
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent daħal fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex imma l-kura tiegħu kellha f'xi ħin titkompla fl-Isptar Mater Dei jew f'xi sptar ieħor pubbliku f'Malta matul is-sena 2023, u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari maqsuma xahar xahar?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-lista ta’ pazjenti li daħlu fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-kura kellha titkompla fl-Isptar Mater Dei jew f'xi sptar ieħor pubbliku hija kif ġejja;
Numru
Sena 2023
Jannar
28
Frar
23
Marzu
38
April
40
Mejju
53
Ġunju
40
Lulju
30
Awwissu
27
Settembru
40
Ottubru
34
Novembru
24
Diċembru
21
Sena 2024
Jannar
31
Frar (sal - 14 ta’ Frar)
19
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kien/kienu d-Deputati tal-Gvern li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kienu/huma jagħmlu parti min xi kumitati, panels u bordijiet fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat fejn kienu/qiegħdin iservu, il-kariga li kienu/li qed jokkupaw, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ngaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu impjegati (jekk hux b’sejħa pubblika, minn Ministru eċċ.) u kemm kien/hu l-pakkett finanzjarju/honoraria tagħhom?
Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-attendenza tax-xogħol tagħhom, ta’ kemm-il darba attendew fil-kumitat/bord/panels u kemm tħallsu jekk jitħallsu per sitting u l-ammont li tħallsu annwali?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10979, jista’ Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet totali tal-kanċer mit-twelid sa 16-il sena u minn 16-il sena 'l fuq għal kull sena matul dawn l-aħħar 15-il sena?
Jista’ jgħid ukoll:
i. Kemm mietu kull sena?
ii. Kemm kienet in-nefqa totali għall-kura tal-kanċer kull sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.
Familjari ta’ persuni li jkollhom kundizzjonijiet diffiċli u rari ta’ saħħa — Għajnuna finanzjarja
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tas-Saħħa jistax jagħti għajnuna iktar qawwija lill-familjari ta’ persuni li jkollhom kundizzjonijiet diffiċli u rari ta’ saħħa li jkollhom bżonn somom kbar ta’ flus biex jingħataw il-kura li jkollhom bżonn, partikolarment għal tfal bil-kundizzjoni ta' Muscular Dystrophy?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li t-tfal jingħataw servizzi pedjatriċi skont il-bżonn u nedejna l-proċess biex il-kundizzjoni ta’ Muscular Dystrophy tiġi nkluża f’Schedule V biex ikunu eliġibbli għall-mediċini li huma approvati fuq il-formolarju.
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ser jittieħdu fil-konfront tal-bejgħ ta’ prodotti HHC?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ġie mwaqqaf ‘working group’ li jinkludi esperti tas-saħħa, pulizija, membri mill-Awtorita` dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), id-dwana, u esperti oħra, biex jinvestigaw is-sitwazzjonji attwali u joħorġu proposti bil-għan ewlieni li jipproteġu is-saħħa tal-poplu.
Jista’ l-Ministru jagħti figura ta’ kemm kienet l-istennija medja ta’ pazjent fl-Emerġenza minn meta jirreġistra sal-punt li tittieħed deċiżjoni medika ta’ jekk jingħatax sodda f’ward jew jintbagħatx lura d-dar wara li jingħata kura jew dijanjosi mit-tobba fl-Emerġenza għal kull xahar minn Jannar 2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u kull sena matul l-għaxar preċedenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7856.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — Servizzi li ser ikunu qed jitwaqqfu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'servizzi ser ikunu qegħdin jitwaqqfu mill-Isptar Ġenerali t'Għawdex u jekk dawn hux ser jiġu rilokati fiċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, illi fejn hu klinikament possibbli, s-servizzi joħorġu mill-ambjent ta’ sptar u jersqu aktar viċin ta’ fejn joqgħod jew jaħdem il-pazjent. L-għan aħħari hu li titnaqqas il-pressjoni fuq l-isptar sabiex il-professjonisti fl-isptar ikunu jistgħu jiffokaw aktar fuq mard speċjalizzata u l-kura tiegħu.
Għadaqstant, filwaqt li s-servizzi msemmija hawn taħt ser jibqgħu jingħataw mill-isptar lil pażjenti li jkollhom bżonn ta’ kura aktar speċjalizzata, sar ftehim bejn il-Primary HealthCare u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex biex dawn ikunu jistgħu jingħataw ukoll miċ-Ċentru tas-Saħħa l-ġdid ta’ Victoria u mill-Kliniċi tal-Komunità ta’ Għawdex. Dawn is-servizzi jinkludu:
§ Is-servizz tad-Dijabete
§ Is-Servizz tal-ACC-POC (għal pazjenti li jieħdu l-warfarina)
§ Is-Servizz tal-Podjatrija.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex parti miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana ngħalqet u s-servizzi twaqqfu?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li ma ġie mwaqqaf jew sospiż l-ebda servizz. Is-Servizzi kollha ġew temporanjament relokati fil-postijiet kif indikat fit-tabella hawn taħt, bi tħejjija għall-immodernizzar ta’ din il-parti tal-binja, bħala parti mill-programm ħolistiku tal-immodernizzar tal-Primary HealthCare.
Servizz
Sit Temporanju
Podjatrija
Fil-Klinika fil-Komunita’ tal- Ħamrun u fiċ-Ċentru tas-saħħa ta’ B’Kara
Fiżjoterapija
Fil-Kliniċi fil-Komunita’ tal-Ħamrun, H’Attard, u tal-Pieta’
Dijabete
Is-servizz baqa’ jingħata miċ-Ċentru tas-saħħa tal-Floriana
Oftalmoloġija
Is-servizzi kollha tal-Oftalmoloġija offruti marbuta maċ-Centru ta’ Eċċellenza tal-Floriana qed jingħataw minn post temporanju fi Triq St Albert, Gżira
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu fil-Faċilità San Vinċenz de Paul u kemm minnhom huma tobba, infermiera u 'allied health professionals'?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ ħaddiema tas-Servizz Pubbliku li jaħdmu fil-Faċilità għall-kura fit-tul San Vinċenz de Paul fit-tliet professjonijiet imsemmija, jiġifieri tobba, infermiera u ‘Allied Health Professionals’, jammonta għall-543. Dawn huma maqsumin kif jidher fit-tabella t’hawn taħt:
Risposta għat-Tweġiba PQ 16342:
Tobba
Infermiera
Allied health professionals
Total
SVP
41
422
80
543
Jista’ l-Ministru jgħid meta saret l-aħħar manutenzjoni fil-wing li issa ġiet magħluqa fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-manutenzjoni preventiva issir fuq bażi regolari matul is-sena fiċ-Ċentri tas-Saħħa u fil-Kliniċi tal-Komunità kollha tal-Primary HealthCare. Is-sezzjoni fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Floriana li qed issir referenza għaliha ġiet magħluqa temporanjament għall-immodernizzar bħala parti mill-programm ħolistiku tal-immodernizzar tal-Primary HealthCare.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-konsulenti ġew impjegati skont l-manwal li kopja tiegħu diġà tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Deputati tal-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu / huma d-Deputati tal-Gvern, li minn April 2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, ingħataw xi kuntratt ta' konsulenza miċ-ċivil, servizz pubbliku, jew minn kumpaniji / banek fejn il-Gvern għandu b'xi mod interess minoritarju jew maġġoritarju, minn aġenziji, entitajiet, jew awtoritajiet regolatorji fid-dekasteru li għalih hu responsabbli u jekk hemm persuni identifikati, jiġi indikat x'tip ta' konsulenza kienu qed jagħtu, fejn kienu qegħdin iservu, id-data tal-ingaġġ ta' dawn il-persuni, id-data sakemm baqgħu ingaġġati dawn il-persuni, b'liema mod kienu ingaġġati (jekk hux b’sejħa pubblika, direct order, eċċ.) u kemm kien il-pakkett finanzjarju tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tagħrif qed jinġabar.
Ministeru għas-Saħħa l-Anzjanità Attiva — Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għażla taċ-child care hija tal-ġenituri u għaldaqstant ninsab informat li t-tagħrif mitlub huwa tagħrif personali li ma jinżammx mis-Settur Publiku.
Sptar Mount Carmel — Abbużi fil-pagi u overtime tal-ħaddiema
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk wara r-rapport tal-NAO dwar abbużi fil-pagi u overtime tal-ħaddiema fl-Isptar Mount Carmel, hux ser jieħu passi biex dak li ġie mħallas żejjed jittieħed lura?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li f’kazijiet fejn ġie ddentifikat li ħaddiema tħalsu żejjed, sar pjan ta’ kif il-flus li tħallsu żejda jiġu rifonduti lura mill-impjegati rispettivi.
Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 li ngħataw mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu matul l-2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15436.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm marru pazjenti il-GU clinic sena b’sena għal kull sena bejn l-2013 u l-2024?
Jista’ jgħid ukoll:
i. Kemm minn dawn ġew diagnosed pożittivi sena b’sena għal kull sena minn l-2013 sal-2024?
ii. Kemm minn dawn ġew pożittivi għall-HIV, Herpes, Chlamydia, Gonorrhoea, Syphilis, Trichomoniasis u HPV u jaqsam l-informazzjoni marda, b’marda?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 15597 u 15598.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex wieħed juża l-GU clinic?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-proċedura biex wieħed juża il-GU clinic hija kif ġej:
Pazjenti jistgħu jew iċemplu jew jibgħatu imejl lill-GU clinic u l-appuntament jingħata skond kif deċiż mit-triage system u allura skont l-urġenza tal-każ.
Għall-każijiet urġenti teżisti sistema walk-in fejn il-pazjenti jiġu nvistati fl-istess ġurnata.