Jista' l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata tiġieġ ġiet prodotta f'Malta matul is-sena 2008? Kemm-il tunnellata tiġieġ ġiet importata matul is-sena 2008? Jista' jgħid kemm-il tunnellata ta' laħam ieħor ta' tjur ġiet importata matul l-istess sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li matul l-2008 ġew maqtula f’Malta 6975.235 tunnellati f’piż ħaj ta’ tiġieġ. Rigward iż-żewġ mistoqsijiet l-oħra, nitlob l-Onor Membru biex jagħmilhom lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm produtturi tal-majjal f'Malta? Kemm-il tunnellata ta' laħam tiġi maqtula mill-Biċċerija f'Malta kull ġimgħa? Jista' jgħid kemm-il tunnellata laħam tiġi mportata? Kemm-il tunnellata laħam ġiet importata matul is-sena 2008? Jista' jgħid x'tip ta' laħam ġie mportat matul l-istess sena?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li n-numru tal-produtturi tal-majjal f’Malta hu 158 u f’Għawdex 16.
L-ammont ta’ tunnellati ta’ majjal maqtul fl-2009 ġimgħa b’ġimgħa hu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Rigward l-aħħar żewġ domandi nitlob l-Onor Membru biex jagħmilhom lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm in-numru ta' xitel tal-frawli li ġew impurtati f'Malta qabel l-istaġun tat-taħwil tal-frawli għal din is-sena? Kif jitqabbel dan in-numru ta' xitel li ġie impurtat matul is-snin li għaddew?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' varjetajiet ta' żerriegħa tal-patata li ġew impurtati f'Malta qabel l-istaġun taż-żrieragħ ta' din is-sena? Kif jitqabbel dan in-numru ma' dak ta' snin oħra? Hemm xi raġuni partikulari għaliex seħħet din il-bidla?
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-inċineratur tal-biċċerija huwiex jaħdem jew le? Jekk le, x'qiegħed isir mill-biċċiet tal-annimali li s-soltu jinħarqu? Teżisti superviżjoni sabiex jaraw li dan ix-xogħol qiegħed isir? Min huwa responsabbli li dawn il-fdalijiet jiġu distrutti kif titlob il-proċedura? Meta jaħseb li dan l-inċeneratur se jibda jaħdem? Kemm hu stmat li se tiswa t-tiswija tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li l-inċineratur issa qiegħed jaħdem. L-informazzjoni dwar l-ispiża għadha qed tinġabar.
Rigward id-domandi l-oħra nirreferi lill-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 8011.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-laħam tal-majjal f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettal sena b'sena mill-2003 'il quddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jindika għal liema perjodu qed jagħmel il-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-laħam tat-tjur tas-simna f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettal sena b'sena mill-2003 'il quddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jindika għal liema perjodu qed jagħmel il-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-ħalib frisk f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettal sena b'sena mill-2003 'il quddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta li ngħatat għal-mistoqsija nru 2546.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-bajd frisk f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettal sena b'sena mill-2003 'il quddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jindika għal liema perjodu qed jagħmel il-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-ċanga friska f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettal sena b'sena mill-2003 'il quddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jindika għal liema perjodu qed jagħmel il-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7401 u cioè: b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6165, minbarra n-nefqa ta' €174,821,49 għat-tiswija tal-klieb u l-qtates, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-€175,178,51 l-oħra? Kif tqassmu dawn il-flus, ma' liema NGOs u għal liema skopijiet speċifiċi?
Ġew ivvutati total ta' €350,000 (Lm150,000) għas-santwarji fil-budget 2008, bi ftehim mal-NGOs, nofshom għat-tiswija u n-nofs l-ieħor għal upgrading tas-santwarji biex f'sentejn jitlaħħqu standards adegwati skond regolamenti li għadhom ma ġewx ippubblikati.
Jista' l-Ministru jassigura li qabel ix-xhur tas-sajf, f'kull lokalità madwar Malta fejn is-soltu jitwaħħlu s-slielem għall-baħar, fil-fatt dawn jerġgħu jitwaħħlu? Jista' jassigura wkoll li qabel jibda s-sajf jiġi assigurat mal-Awtorità ta' Malta dwar it-Turiżmu, li kull fejn kellha talbiet għal slielem ġodda, dawn it-talbiet jgħaddu għand il-Corporate Services Directorate?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru lir-responsabbiltà tat-tindif, tisbiħ u titjib tal-bajjiet hija f’idejn id-Diviżjoni tas-Servizzi fil-Ministeru tiegħi. Bħalissa għaddej eżerċizzju komprensiv biex fil-postijiet indikati mill-MTA isir twaħħil ta’ slielem li nqalgħu biex ikunu mtejjba u rranġati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7850 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u ċioè: Jidhirlu l-Ministru li r-regolamenti ġodda li jirrigwardaw plastic carrier bags, retailers, wholesalers u manufacturers fejn dawn qed jiġu obbligati jiddisponu mill-istocks kollha tagħhom sa tmiem April 2009 jew inkella jarmuhom hija tassattiva żżejjed, aktar u aktar meta wieħed iqis iċ-ċokon tas-suq intern Malti, fejn għandi għalfejn nifhem li standard minimum order ta' 5,000 jew 10,000 printed carrier bags normalment isservi retail outlet normali u li m'huwiex supermarket għal madwar sentejn jew tlieta?
Meta mpona din id-
deadline
il-Gvern ħa in konsiderazzjoni li billi ħafna minn dawn il-
carrier bags
huma ta' natura degradabbli jistgħu jiddisintegraw ruħhom fil-
packaging
tagħhom jekk ix-
shelf life
tagħhom jiġi prolongat u r-
retailers
b’hekk jispiċċaw jitilfu l-i
stock
tagħhom?
Jidhirlu l-Ministru li billi hemm min qed jipprova jinnegozja xi
extensions
għal din id-
deadline
dan żgur m'huwiex ser jindirizza l-problema ewlenija li qed jiffaċċjaw ħafna
retailers
għaliex xorta waħda se jkollhom tliet għażliet – jew li jaraw il-ħsara ssir lill-i
stocks
tagħhom, jew li jiġu mġiegħla ibiegħuhom bit-telf, jew inkella jiġu soġġetti għall-prosekuzzjoni tal-ispetturi tal-VAT?
Jidhirlu li dan id-dewmien kollu dwar jekk hux se jkun hemm estensjoni jew le tal-perijodu indikat qed joħloq inċertezza kbira u jxekkel il-mixja lejn sistemi alternattivi ta’
retail packaging
?
Il-Gvern qiegħed iqis il-kumplikazzjonijiet li se jqumu dwar
refunds
ta’
eco tax
u VAT li diġà nġabret u twasslet għand id-Dipartiment tal-VAT?
Japprezza l-Ministru li meta dan il-materjal inxtara oriġinarjament ir-
retailers
kienu ġew
charged
kemm
eco tax
kif ukoll VAT max-xirja?
Filwaqt li wieħed jilqa' kull pass li jista' sabiex eventwalment jitnaqqas l-użu tal-boroż tal-plastik fil-pajjiż, jaħseb il-Ministru li jkun ferm aktar loġiku jekk jiġi addottat
moratorium
ta’ mill-inqas sentejn, kif sar f’pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea mit-2 ta' Marzu 2009 'il quddiem, f’liema perijodu
manufacturers, wholesalers
u
retailers
ikollhom żmien biżżejjed biex jikkunsmaw u jiddisponu mingħajr ebda kundizzjonijiet dan il-materjal u fl-istess ħin jadattaw għas-sistemi ġodda ta’
retail packaging
ikkontemplat?
Response (PULLICINO, GEORGE)
L-Onor Membru, bħala l-kelliem ewlieni tal-Oppożizzjoni dwar din il-materja, jmissu jaf li l-mistoqsijiet kollha li għamel ġew issuperati mill-avvenimenti hekk kif il-gvern, fil-25 t’April 2009, ħabbar li kien ser jixtri l-istokks kollha tal-plastic carrier bags mingħand il-bejjiegħa. Infakkru li dakinhar anki l-GRTU kienet ħarġet stqarrija. Dan ifisser li l-bejjiegħa jistghu jibdew josservaw ir-regolamenti l-ġodda mid-data mħabbra aktar kmieni din is-sena.
Minbarra hekk, l-Onor Membru jmissu jaf li moratorium ma jaħdimx meta għandek miżura bħal din għax qatt ma tista’ tkun taf xi stokk għandek fis-suq. Dan japplika anki kieku mxejna mas-suġġeriment tal-Kap tal-Oppożizzjoni li nagħmlu ban totali fuq l-użu ta’ dan il-prodott.
Ma nistax nifhem xi jrid jgħid biha l-frażi “prosekuzzjoni tal-ispetturi tal-VAT”. Nittama li l-Onor Membru huwa favur ir-rispett lejn l-obligi fiskali ta’ kull wieħed u waħda minnha.
Għawdex — użu ta' sorsi alternattivi għall-enerġija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6745 u 7308 7559 u jgħid jekk sarx xi studju ta’ cost-benefit biex jiġi stabbilit jekk jaqbilx li Għawdex jiġġenera l-enerġija kollha tiegħu bl-użu ta’ sorsi alternattivi? Jekk ma sarx, hemm il-ħsieb li jsir? Jekk fl-affermattiv, meta mistenni jsir? Jekk fin-negattiv, għaliex il-Gvern ma jħossx li għandu jsir dan l-istudju? X’qed iżomm lill-Ministru milli jwieġeb mistoqsija sempliċi li ma tridx ħin biex titwieġeb?
Baħar iċ-Ċagħaq — landfill - periklu għat-trakkijiet u sewwieqa
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jafx bil-biża li qed jaħdmu fiha s-sewwieqa tat-trakkijiet ta' l-iskart li jmorru fil-landfill ta' Baħar iċ-Ċagħaq? Jista' jgħid jekk is-site fejn hemm il-landfill ta' Baħar iċ-Ċagħaq, ġietx spezzjonata fir-rigward ta' regoli għas-saħħa w ta' sigurtà ta' kull min qed jaħdem fiha peress li trakkijiet bl-iskart li jridu jinżlu madwar tletin sular 'l isfel minn niżla wieqfa u perikoluża, bla ilqugħ, u blat imqatta' fuq din l-istess triq, tant li kultant anke xi trakkijiet ma jkunux jistgħu jitilgħu minnha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li r-rampa li qed tirreferi għalija l-Onor Membru, hi inqas għolja minn tletin sular, ġiet spezzjonata u hija skont ir-regoli tas-saħħa u s-sigurtà. Din tintuża regolari mis-sewwieqa tat-trakkijiet li jużaw is-servizz tal-landfill ħlief meta tkun ix-xita, fejn f'dan il-każ tintuża rotta differenti skont id-direzzjoni tal-Uffiċjal tas-Saħħa u s-Sigurtà.
Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — investigazzjoni mill-Unjon Ewropea
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7842 u jikkonferma jekk huwiex minnu li l-Unjoni Ewropea qed tinvestiga il-Ministeru tiegħu dwar materji amministrattivi li allegatament jiksru l-liġijiet Ewropew?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Kif għandek tkun taf, l-Unjoni Ewropea mhijiex xi entità eżekuttiva li tagħmel investigazzonijiet u għalhekk qed nassumi li fil-mistoqsija tiegħek ridt tistaqsi dwar il-Kummisjoni Ewropea u mhux l-Unjoni Ewropea.
Nista’ nassigurak li m’hemm l-ebda investigazzjonijiet minn naħa tal-Kummissjoni Ewropea fl-operat tal-Ministeru tiegħi. Naħseb li ridt tistaqsi dwar xi differenzi t’opinjoni fuq l-implimentazzjoni ta’ liġijiet ewropej. Fil-fatt hemm żewġ każijiet ta’ allegat ksur ta’ liġi.
Iz-żewġ każijiet jikkonċernaw rapporti mitluba mill-Artiklu 3(2) tad-Deċiżjoni Numru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004. Malta diġà ħadet il-passi meħtieġa sabiex tinnotifika lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtiega.
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7489, 3992 u 3681 u jgħarrafni mill-2004 sal-lum kemm-il direct order ingħatat mill-Ministeru responsabbli mill-Agrikoltura u dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministru? Lil min ħarġu dawn id-direct orders u kemm kien l-ammont f'ċifra ta' flus?
Jista' l-Ministru jgħid jekk it-tħammil li qed isir minn wara iċ-Ċimiterju tal-Addolorata (Santa Luċija) hux isir bħala tindif jew tħammil għall-oqbra? Jista' javża lill-bdiewa minħabba l-inċertezza li dawn jinsabu fiha?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 7706 u 7341 u jgħid jekk il-konsulenti Mott McDonald kemm-il rapport dwar il-wind energy ippreżentaw lill-Gvern? Wieħed jew tnejn? Jekk jirriżulta li ġew mħejjija aktar minn rapport wieħed, jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra t-tieni rapport?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Il-konsulenti Mott McDonald ippreżentaw rapport fl-2005 dwar Renewable Energy. Din is-sena ppreżentaw rapport ieħor intitolat Feasibility Study for Increasing Renewable Energy Credentials. Dan ir-rapport diġà huwa pubbliku.
Peress li fil-passat, Ministru tal-gvern kien tkellem dwar il-ħsieb li jiġu żviluppati residenzi għal skop soċjali fis-sit fejn sal-lum hemm il-ground ta' Pace Grasso (ex-schreiber) f'Raħal Ġdid, jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għadux bl-istess ħsieb jew jekk bidilx il-pjanijiet tiegħu dwar din iż-żona? Jekk il-pjanijiet għadhom l-istess, jista' jgħid fejn wasal il-proċess? Jekk il-pjanijiet inbidlu, jista’ jgħid x'inhu l-ħsieb tal-Gvern attwali għal din iż-żona u fejn waslu l-pjanijiet?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija Nru 2919 u nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.