Legislature:
Category:
Reset
Active:

Valletta Cultural Agency – financal statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Valletta Cultural Agency?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Valletta Cultural Agency se jkunu ffinalizzati u ppreżentati fix-xhur li ġejjin.

National Orchestra – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tan-National Orchestra ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat minn National Orchestra illi l-financial statements għas-sena 2019 se jkunu ppreparati fix-xhur li ġejjin skont Artikli 182 u 183 tal-Companies Act.

Just Noise Ltd – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Just Noise Ltd?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Malti għall-Arti li l-annual audited accounts tal-Just Noise Ltd għandhom jiġu approvati sal-31 ta’ Ottubru 2020 u jiġu mgħoddija lill-Malta Business Register sat-12 ta’ Diċembru 2020. Għaldaqstant, l-informazzjoni mitluba tigi mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra meta l-informazzjoni tkun kompluta.

Arkivju Nazzjonali – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Arkivju Nazzjonali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Arkivju Nazzjonali jinsab fuq is-sit tal-Parlament https://parlament.mt/media/105434/national-archives-annual-report-2019-final.pdf.

Malta Libraries – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Malta Libraries?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Malta Libraries se jkunu finalizzati u ppre¿entati fix-xhur li ġejjin.

Kunsill Malti għall-Arti – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Kunsill Malti għall-Arti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa qegħdin jitlestew il-financial statements tal-2018 li ġew postposti minħabba s-sitwazzjoni tal-COVID-19.

Festivals Malta – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements ta’ Festivals Malta?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-financial statements tal-Kunsill Malti għall-Arti fih inkluż dawk ta’ Festivals Malta. Għaldaqstant nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistqosija Parlamentari numru 15808.

Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattività – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tal-Fondazzjoni Ċentru għall-Kreattivita'?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Teatru Manuel – financial statements

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar sett ta’ financial statements tat-Teatru Manuel?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kif indikat f’Mistoqsija Parlamentari 14545, l-audited accounts tal-aħħar sitt snin mistenni jitlestew sal-aħħar ta’ Novembru 2020.

Servizz tat-traspport bil-baħar bejn Tas-Sliema u l-Belt u bejn il-Kottonera u l-Belt

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15904 u 15673 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm se titħallas il-kumpanija tat-trasport bil-baħar minn Ta' Sliema għall-Belt u lura u mill-Kottonera sal-Belt u lura ladarba dan is-servizz se jibda jkun b'xejn għal min jużah u dan it-trasport issa se jitħallas mill-Gvern direttatment lill-operatur?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija li tħaddem il-ferry connections li għandha wkoll l-esklussività għal dan it-trasport bil-baħar minn tas-Sliema lejn il-Belt Valletta u lura, kif ukoll mill-Kottonera lejn il-Belt Valletta u lura, se titħallas skont in-numru ta' passiggieri li jaqsmu minn dawn iż-żewġ naħat bejn is-6pm u nofsillejl għax-xhur ta' Lulju u Awwissu.

Il-Mellieħa – Ġnien tal-Pellegrini – tiswija jew bdil ta’ turġien

Question

Jista’ l-Ministru jara li xogħol ta’ tiswija jew bdil ta’ turġien li hemm bżonn isir fi Ġnien tal-Pellegrini li jinsab fil-Mellieħa u li tiegħu hu responsabbli l-Kunsill Lokali, isir mill-aktar fis u dan anke peress li qed joħloq periklu u inkonvenjent għal min jagħmel użu minn dan il-ġnien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li t-tiswijiet indikati mill-Onor. Interpellant ġew inklużi fil-programm ta’ xogħlijiet assenjati mill-Kunsill lid-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura.

Ħaddiema barranin li qed jaħdmu mal-kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema barranin li oriġinarjament kienu jaħdmu fil-qasam turistiku u issa qed jitħallsu mill-Gvern Malti biex ikunu għajnuna għall-kunsilli lokali? Jista’ jgħid f’liema kunsilli lokali qed jaħdmu dawn il-ħaddiema barranin?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Festival Malta Together — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14485 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Jista' l-Minsitru jgħid kemm intefqu flus pubbliċi għall-festival Malta Together li xxandar il-Ħadd 3 ta’ Mejju 2020?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninsab infurmat li l-festival imsemmi kien organizzat fuq inizjattiva privata u għaldaqstant l-Ministeru ma kellu x’jaqsam xejn la mal-organizazzjoni u lanqas il-finanzjament tiegħu.

Kunsilli lokali – permessi

Question

JIsta' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15392 u jgħid mil-liema awtoritajiet iridu jġibu permess il-kunsilli lokali, qabel ma ħadet kollox f’idejha Infrastructure Malta, biex jagħmlu resurfacing, bini mill-ġdid ta’ toroq jew pavimentar ta’ tisbiħ fit-toroq u l-pjazez tal-lokalitajiet? X’tip ta’ requirements ta’ saħħa u sigurtà jintalbu l-kunsilli qabel jagħmlu xogħol simili? X’tip ta’ standards kienu jintalbu l-kunsilli dwar miżuri fuq grip u kontra l-iskidjar? X’tip ta’ spezzjonijiet u ċertifikazzjoni kienu jsiru u minn min?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sabiex it-toroq u l-pjazez jinżammu fi stat tajjeb, il-Kunsilli Lokali huma mitluba sabiex japplikaw għall-permess RWP (Road Works Permit) ma’ Transport Malta għal kwalunkwe xogħlijiet. Dan bl-eċċezzjoni ta’ rikostruzzjoni ta’ toroq li huma esklużi mir-responsabbilta tal-Kunsill Lokali, kif ukoll toroq oħra li r-responsabbiltà fir-rigward tagħhom huma vestiti f’Infrastruttura Malta skont l-Artiklu 33 (1)(a) tal-Att dwar Gvern Lokali (KAP 363). Ir-rekwiżiti ta’ saħħa u sigurtà relatati ma’ xogħlijiet fit-toroq kif mitluba mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta jinkludu, imma mhux limitati għal: 1. Reġistrazzjoni ma’ Transport Malta ghal kull kuntrattur imqabbad mill-Kunsill Lokali sabiex jesegwixxu kull tip ta’ xogħlijiet fit-toroq. Il-kuntratturi u l-Kunsill Lokali li jkun qiegħed jikkummisjona ix-xogħlijiet, għandhom jimxu mal-kodiċi tal-prattika li jinħarġu mill-Awtorità għat-Trasport f’Malta, fosthom l-iStandard Traffic Management Plans (STMPs). 2. Harsien tar-rekwiżiti u miżuri dwar il-kwalità tax-xogħlijiet u konformità mal-ispeċifikazzjoni għal xogħlijiet fit-toroq (inklużi rigward fatturi relatati ma’ anti-skid). Dawn huma miġbura taħt il-Volumi 1 sa 7 kif imsemmija f’Regolament 5 tal-Legisżlazzjoni Sussidjarja 499.57. 3. Spezzjonijiet dwar saħħa u sigurta minn uffiċjali ta’ Transport Malta, kif ukoll ir-responsabbilità tal-kuntratttur u l-kummisjonant tax-xogħlijiet sabiex jinżammu l-għola livelli ta’ sigurta waqt ix-xogħlijiet. 4. Obbligu mill-kuntrattur u l-kummisjonanta tax-xogħolijiet li jigi pprezentat rapport ta’ konformita’ lill-Awtorita’ tas-Sahha wara li jitlestew ix-xoghlijiet. Dan jinkludi wkoll ċertifikazzjoni ta’ konformità mill-perit responsabbli tal-proġett.

Kunsilli Lokali – servizz tal-green wardens

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Parlament liema huma dawk il-Kunsilli Lokali f’Malta u Għawdex li fil-preżent qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-green wardens?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Informazzjoni mitluba tinsab fit-Tabella t’hawn taħt: Kunsilli Lokali li fil-pre¿ent qed jagħmlu użu mis-servizzi tal-green wardens Birkirkara Ħal Safi Ħa¿-¯ebbug L-Isla Mosta San Ġiljan San Ġwann San Pawl il-Baħar Tal-Pietà

Tempji tal-Ġgantija – investiment infrastrutturali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 14006 u jgħid x'tip ta' investiment infrastrutturali u xogħol ta' restawr sar u kemm kienet in-nefqa għal kull xogħol li sar fit-Tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra Għawdex sena b'sena u xahar b'xahar minn Jannar 2015 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investimenti strutturali li saru fil-Park Arkeoloġiku tat-Tempji tal-Ġgantija f’dawn l-aħħar ħames snin kellhom tlett miri prinċipali li huma: 1. Xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq il-bini storiku tat-Tempji tal-Ġgantija, inkluż ix-xiri u l-manutenzjoni ta’ sistemi ta’ moniterjar fuq l-istabilità tat-tempji u l-kundizzjonijiet ambjentali tas-sit. 2. Tisbiħ u riġenerazzjoni taż-żoni esterni tas-sit li jinkludi tħawwil ta’ xitel endemiku, restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ, tqegħid ta’sistemi ta’ irrigazzjoni u diversi xogħlijiet marbutin mal-manutenzjoni u l-immaniġjar tal-ambjent naturali ġewwa l-Park Arkeoloġiku tat-Tempji tal-Ġgantija. 3. Xogħol ta’ manutenzjoni u tiswijiet ġenerali fiċ-Ċentru tal-Interpretazzjoni u faċilitajiet oħrajn għall-viżitaturi li wieħed isib f’dan is-sit. Permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet, Heritage Malta kompliet il-ħidma tagħha sabiex tassigura l-aħjar esperjenza għall-eluf ta’ viżitaturi minn madwar id-dinja kollha li ta’ kull sena jżuru dan is-sit, filwaqt li assigurat ruħha li tibqa żżomm fuq quddiem il-protezzjoni u l-bzonnijiet ta’ konservazzjoni ta’ dan is-sit tant uniku u prestiġjuż. Għaldaqstant, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-infieq li sar fit-tempji tal-Ġgantija fix-Xagħra Għawdex fil-perjodu kkonċernat.

Servizz tat-traspport bil-baħar bejn Tas-Sliema u l-Belt u bejn il-Kottonera u l-Belt

Question

Jista' l-Ministru ġentilment iwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15673 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm se titħallas il-kumpanija tat-trasport bil-baħar minn Ta' Sliema għall-Belt u lura u mill-Kottonera sal-Belt u lura ladarba dan is-servizz se jibda jkun b'xejn għal min jużah u dan it-trasport issa se jitħallas mill-Gvern direttatment lill-operatur?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.

Għawdex – Tas-Sannat — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li f'dawn l-aħħar ġimgħat ma tkomplewx ix-xogħlijiet fuq l-uniku junction li twasslek għar-raħal ta’ Tas-Sannat Għawdex? Jista’ jgħid meta huma ppjanati li jitlestew ix-xogħlijiet kollha fuq din il-junction?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Ta’ Sannat li x-xogħlijiet fuq l-junction li twasslek għar-raħal ta’ Tas-Sannat Għawdex twaqqfu peress li qed isiru xi xogħlijiet fi Pjazza San Franġisk ġewwa r-Rabat. Infurmat ukoll illi x-xogħlijiet twaqqfu sabiex jiġu evitati problemi fis-servizz tat-transport pubbliku minħabba li ma hemmx rotta alternattiva oħra bħalissa. Ix-xogħlijiet fuq l-imsemmija junction huma ppjanati li jitlestew sal-aħħar t’Awwissu 2020.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — flus mogħtija għall-programm Għajta Waħda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm flus taw l-entitajiet kollha, inkluż Dipartimenti, Aġenziji, Awtoritajiet eċċ, li jaqgħu taħtu għall-programm Għajta Waħda imxandar fuq TVM sabiex jinġabru fondi għal-Community Chest Fund, u dan sad-data li tkun imwieġba din l-interpellanza?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li Festivals Malta kkontribwixxiet l-ammont ta’ €2,060 fuq spejjeż relatati ma’ marketing kif ukoll tat grant ta’ €15,000.00 biex ikopru l-erba serati. Apparti dan, it-Teatru Manoel ġie provdut mingħajr ħlas.

Iż-Żebbuġ – Belveder – Triq Santa Marija – tender għal xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' xogħlijiet qed jagħmel il-Kunsill taż-Żebbuġ fil-Belveder li jinsab fi Triq Santa Marija? Jista' jgħid meta ħarġet it-tender biex isir dan ix-xogħol u jpoġġi kopja fuq il-Mejda tal-Kamra ta' dan it-tender? Jista' jgħid kemm kien il-prezz li bih ġiet awarded dan l-istess tender u jekk dan ix-xogħol hux ser ikun lest kollu, sa qabel jibda is-sajf 2020?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex li dan ix-xogħol jikkonsisti f’xogħol ta’ pavimentar ġdid. It-tender għal dan ix-xogħol kien inħarġet fl-2019 u ma kien hemm l-ebda offerent. Sabiex jiġi evitat kull periklu, dan ix-xogħol qed isir bħala parti mit-tender Period Contract for General Paving Works at ¯ebbuġ and Marsalforn, Gozo u maħsub li jitlesta sal-aħħar ta’ Lulju 2020.