Legislature:
Category:
Reset
Active:

Pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li, stante, li l-persuna li isimha qed jidher separatament, ilha s-snin titħabat inutilment biex tingħata spjegazzjoni dwar x'inhi r-raġuni li l-pensjoni tagħha ilha ma tiġi riveduta sa mis-sena 2003, jittieħdu l-passi neċessarji ħalli l-pensjoni ta' din il-persuna ndikata tiġi aġġustata?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċju tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali li jkopri l-lokalita' tagħha jew iċċempel SPIC fuq freephone numru 159 biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Certifikat mediku

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 807, peress li fuq ċertifikat mediku min jimlih irid jagħti l-informazzjoni dwar jekk il-persuna hix impjegata, impjegata mal-Gvern, taħdimx għal rasha jew hix disimpjegata, tista' tingħata din l-informazzjoni għax-xhur minn Jannar sa April, 2008? Jekk din l-informazzjoni mhix tinġabar, jista' jiġi nfurzat li tinġabar sabiex tibda tinżamm din l-istatika?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sptar San Luqa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandux xi pjanijiet dwar x'se jsir mill-bini ta' l-iSptar San Luqa? Jista' jgħid huwiex se jintuża għal xi skop ieħor barra dak mediku, jew jekk il-Gvern għandux il-ħsieb li jbiegħ dan is-sit?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 586.
Leg 11 PQ #1039 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: OWEN BONNICI To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Dar ta' l-Anzjani — Żejtun

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 792 u 573 u jgħid jekk irċeviex ilmenti dwar l-ikel li qed jiġi servut fid-dar tal-Anzjani taż-Żejtun? Fejn qed jiġi ppreparat dan l-ikel? Il-Gvern jivverifika kull tant żmien il-livell ta' ikel li jkun servut?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li kull meta d-Dipartiment ta’ l-Anzjani rċieva xi ilmenti dwar l-ikel li jiġi servut fid-dar tal-Anzjani taż-Żejtun, dawn ġew immedjatament investigati mid-Dipartiment ma’ l-operatur u azzjoni ttieħdet fejn kien hemm bżonn. L-ikel għad-dar taż-Żejtun huwa ppreparat kemm fl-istess Dar, kif ukoll minn kċina ċentraliżżata li hi mħaddma minn kuntrattur. Id-Dipartiment għas-Saħħa Ambjentali jagħmel spezzjonijiet regolari f’kull Dar ta’ l-Anzjani, kemm tal-Gvern kif ukoll fil-privat. Dawn l-ispezzjonijiet jinkludu kemm il-kċejjen kif ukoll fejn jiġi maħzun u ppreparat l-ikel. Id-Dipartiment tal-Anzjani għandu wkoll Bord li jinvestiga ilmenti u jagħmel spezzjonijiet f’dawk id-djar li huma propjeta tal-Gvern.

Għaqdiet Non-Governattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'għajnuniet finanzjarji qed jagħti l-gvern lill-Għaqdiet Non-Governattivi li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilita'? Speċifikament x'għajnuna qed jagħti lir-Razzett tal-Ħbiberija li qed joffri ħafna servizzi bla ħlas u qed ikollu diffikultajiet finanzjarji kbar biex jibqa' vijabbli?

Response (DALLI, JOHN)

Minbarra għajnuna mhux finanzjarja li jistgħu jirċievu għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilita', bħal ma hi l-iskema ta' assenjar ta' mpjegati tal-Gvern biex jagħmlu xogħol ma dawn l-għaqdiet, il-Gvern jgħin ukoll finanzjarjament u direttament numru ta' dawn l-għaqdiet permezz tal-fondi allokati kull sena għal dan l-iskop f'Vot taħt il-Ministeru tiegħi. Ninsab informat li, fil-fatt, madwar 40% tal-fondi mogħtija din is-sena minn dan il-Vot marru għand għaqdiet li jaħdmu fil-qasam tad-diżabilita'. Ninsab informat ukoll li, din is-sena, l-għotja lir-Razzett tal-Ħbiberija minn dawn il-fondi żdiedet b' 4,659 EU fuq dik tas-sena ta' qabel biex laħqet 18,635 EU. Il-Gvern jirrikonoxxi x-xogħol u l-kontribut prezzjuż li din l-għaqda, flimkien ma' oħrajn, jagħtu fil-qasam tad-diżabilita' u għalhekk jagħmel dak possibli biex jgħinhom, fil-parametri tar-riżorsi disponibbli.
Leg 11 PQ #1075 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rabat — Servizz tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri tas-Saħħa fir-Rabat, Malta matul l-ewwel 5 xhur tas-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2008 għadha qed tinġabar. Għalhekk qegħda tingħata statistika għall-ewwel erba’ xhur tas-sena. In-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentru tas-Saħħa fir-Rabat, Malta, minn Jannar sa April bejn l-2003 u l-2008 huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn jinkludu servizzi li jingħataw mit-tabib, min- nurse , servizz ta’ viżti fid-djar u servizzi mill-kliniċi speċjaliżżati. Ma tinżammx statistika li turi kemm minn dawn il-pazjenti kienu anzjani.
Leg 11 PQ #1077 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Floriana — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Floriana, matul l-ewwel 5 xhur tas-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat illi l-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2008 għadha qed tinġabar. Għalhekk qegħda tingħata statistika għall-ewwel erba’ xhur tas-sena. In-numru ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentru tas-Saħħa fil-Furjana minn Jannar sa April bejn l-2003 u l-2008 huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra . Dawn jinkludu servizz li jingħataw mit-tabib, min- nurse , servizz ta’ viżti fid-djar, servizzi mill-kliniċi speċjalizzati u servizz li jingħata mill-ispiżjar. Ma tinżammx statistika li turi kemm minn dawn il-pazjenti kienu anzjani.
Leg 11 PQ #1085 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Invalidity Pension

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' nies li ħadu l-Invalidity Pension f'Jannar, Frar, Marzu, April, 2007 u kemm fl-istess xhur fis-sena 2008?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1086 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Interim From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Għajnuna medika/soċjali

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 489, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet ta' għajnuna medika u għajnuna soċjali fix-xhur ta' Jannar, Frar u Marzu 2007/2008 kien hemm każijiet li din l-għajnuna ġiet mwaqqfa u wara reġgħet ġiet mogħtija?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 11 PQ #1088 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Sptarijiet — Sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm sodod għall-użu ta' inpatients tal-Mediċina fl-Isptar San Luqa u kemm hemm fl-Isptar 'Mater Dei?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li n-numru ta’ sodod fl-Isptar Mater Dei hemm 278 sodda li qegħdin jintużaw għall-użu ta’ In-patients tal-Medicina. Dawn jinkludu s-sodod għal in-patients tal-Kardjoloġija kemm fil-Coronary Care Unit kif ukoll dawk fil-Cardiac Medical Ward. In-numru ta’ sodod għall-uzu ta’ inpatients tal-Medicina fl-Isptar San Luqa qabel it-trasferiment lejn Mater Dei kien 290. Dawn kienu jinkludu s-sodod tal- Coronary Care Unit . Din l-informazzjoni hija skond il- Patient Administration System (PAS) ta’ Mater Dei illum u dik ta’ L-Isptar San Luqa kif kienet fl-aħħar ta’ Ottubru 2007.
Leg 11 PQ #1089 Sitting 20 2008-06-18 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mediċini/Apparat — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa d-dejn totali li d-dipartiment għandu ma' importaturi tal-mediċini u ma' aġenti ta' apparat ta' kull tip li qed jintużaw fl-isptarijiet tal-Gvern?

Response (DALLI, JOHN)

Sa l-aħħar ta’ Mejju 2008, il-Gvern għandu jagħti lill-aġenti għal xiri ta’ mediċini, ‘medical devices and disposables’ kif ukoll ‘orthotics and prosthetics’ Euros 25,700,000.

Housing Authority — Chairperson

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, spiċċat minn chairperson tal-Housing Authority? Jekk spiċċat meta spiċċat u għaliex? Tista' tgħid liema kienet l-aħħar darba li daħlet għax-xogħol?

Response (DALLI, JOHN)

Il-persuna ndikata m’għadiex tokkupa l-kariga ta’ Chairperson ta’ l-Awtorita’ tad-Djar b’seħħ mid-9 ta’ Ġunju 2008, wara li tat in-notice kif stipulat fil-kuntratt.
Leg 11 PQ #806 Sitting 19 2008-06-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Reviżjoni tal-pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.
Leg 11 PQ #808 Sitting 19 2008-06-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — Dar ta' l-Anzjani

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hi l-waiting list ta' persuni biex jidħlu fil-home ta' Bormla? Jista' jaqsamhom skond high priority, priority u not urgent?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li l-waiting list ta' persuni biex jidħlu fil-home ta' Bormla hija ta' 152 li hija mqassma hekk :- 37 - high priority 23 - low priority 58 - sarilhom assessment mis-social worker u qed jistennew biex l-admission board jara l-applikazzjoni 14 - qed jistennew li jmur is-social worker 20 - kienu applikaw qabel l-2006 u meta ġew mitluba permezz t'ittra, biex jikkonfermaw l-interess tagħhom, id-Dipartiment ma rċieva l-ebda risposta. Id-Dipartiment qed jagħmel tentattiv biex jagħmel kuntatt ma' dawn il-persuni permezz tat-telephone.
Leg 11 PQ #809 Sitting 19 2008-06-17 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Talba għal pensjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet t-talba għal pensjoni tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, wara li żewġha ilu fuq sena li miet?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna konċernata li tmur l-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha, jew iċċempel SPIC fuq freephone 159, biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.

Talba għal helper

Question

Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' anzjana ta' 79 sena, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, li tgħix waħedha u li kienet talbet għall-helper xi xhur ilu? Dan huwa każ li ta' min jagħtih attenzjoni..

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna konċernata waslet għand id-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita fid-29 t' April 2008. Dan il-każ qed jiġi assessed mis-Social Workers qabel ma jiġi riferut lill-bord għad-deciżjoni.

Sussidju tal-kera

Question

Jista' l-Ministru jara għaliex l-persuna, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, id-dħul tiegħu għadu l-istess bħas-snin l-oħra meta dan kellu tnaqqis fis-sussidju tal-kera?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħti parir lill-persuna ndikata, jew rappreżentant awtorizzat minnha, tmur it-taqsima tal-Customer Care ta’ l-Awtorita’ tad-Djar biex tingħata l-informazzjoni u l-għajnuna meħtieġa.