Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-titolu li għandha l-fondazzjoni u/jew għandhom il-clubs tal-football ta' Birżebbuġa fuq il-football ground li jinsab fi Triq il-Port Ħieles?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li waħda minn żewġ water fountains fl-Iskola Medja ta' Ħal Tarxien (dik li tinsab fl-ewwel sular) ilha ma taħdimx għal din is-sena skolastika kollha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħsara kienet waħda teknika u l-part damet biex tasal minħabba raġunijiet loġistiċi. Nfurmat li t-tiswija mistennija ssir fiż-żmien li ġej.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li sabiex ġenitur/i japplika/w għal Skolasajf irid ikollhom email account?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni li timtela direttament minn fuq il-portal tal-FES tirrikjedi email. Min m’għandux email jista’ j¿ur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov u jingħataw l-assistenza dovuta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sistema online għall-applikazzjoni ta' Skolasajf tirrikkjedix li persuna jkollha tħallas mill-ewwel, ċjoè qabel ir-reġistrazzjoni? X'jiġri jekk il-ġenitur ma jistax iħallas?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ħlas isir mar-reġistrazzjoni. F’ka¿ li l-ġenitur ma jħallasx, jiġi notifikat permezz ta’ email li l-ħlas għadu pendenti. Dawk il-ġenituri li ma jistgħux iħallsu jistgħu jibbenefikaw minn sekma 9 jew BM40 liema skemi jeżentaw lill-ġenitri mill-ħlas.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-implimentazzjoni tal-Iskema 9?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment tas-Servizzi Nazzjonali ta’ Sapport għall-Iskejjel fi ħdan il-Ministeru huwa responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ Skema 9.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji tal-eleġibbiltà għall-Iskema 9?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kriterji tal-eliġibbilta jinsabu hawn taħt;
1. Benefiċjarji tal-Fund for European Aid to the most Deprived (FEAD) li għandhom żewġt itfal jew aktar bejn it-3 u s-16-il sena
2. Familji ta’ tifel wieħed jew tifla waħda li jiddependu fuq benefiċċji mhux kontributorji
3. Familji b’żewġt itfal jew aktar li kull sena jaqilgħu paga minima nazzjonali jew inqas
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu twil iż-żmien ta' stennija biex ġenitur/i jkun/u infurmat/i jekk it-tfal tagħhom humiex eleġibbli jew le għall-Iskema 9?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’hemm l-ebda stennija sabiex il-ġenituri jsiru jafu jekk it-tfal humiex eliġibbli jew le għall-Iskema 9.
Jista’ l-Ministru jindika kemm kienu l-istudenti li gawdew mill-għoti tal-istipendju, skont l-istituzzjoni edukattiva, matul is-sena skolastika li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 9031 u jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-bini tal-Iskola Primarja tal-Imsida li kien intqal li kellha tiftaħ il-bibien tagħha fl-2019? Kemm sewa x-xogħol ta’ demolizzjoni li kellu jsir f’parti ta’ din l-iskola l-ġdida li nbniet ħażin? Min wettaq dan ix-xogħol u kemm tħallas? X’inhuma l-estimi tal-valur tax-xogħol li se jkollu jerġa’ jsir minħabba dan ix-xogħol ħażin li sar u min ser jagħmlu? Min hu responsabbli mix-xogħol ħażin li sar f’din l-iskola l-ġdida? X’tip ta’ passi legali beda l-Ministeru tiegħu jew l-FTS konsegwenza ta’ dan ix-xogħol ħażin u fiex waslu dawn il-proċeduri, jekk ittieħdu?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol fuq il-bini tal-Iskola Primarja tal-Imsida qiegħed fil-fa¿i ta’ kostruzzjoni. Ix-xogħol ta’ demolizzjoni li sar f’parti ta’ din l-iskola l-ġdida sar minn C&F Building Contractors skont spiża proviżorja ta’ €311,182, li tinkludi x-xogħlijiet relatati u s-servizzi anċillari. L-estimi tal-valur tax-xogħol li se jkollu jerga` jsir jeċċedi ż-żewġ miljuni u għadu mhux kuntrattat. Ix-xogħol ħażin li sar f’din l-iskola l-ġdida hu attribwit mill-FTS lill-Perit Frank Ellul ta’ MADE Studio u l-project team tiegħu li kontra tagħhom ġiet preżentata ittra uffiċċjali.
Tajjeb li nfakkru lill-Onorevoli interpellant li l-Ministeru mmexxi minni, flimkien mal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t’Għada, kienu korretti meta ħadu azzjoni immedjata hekk kif sar magħruf ix-xogħol difettuż, u kienu wkoll kompletament trasparenti biex jinformaw lill-pubbliku minnufih rigward din is-sitwazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-remunerazzjoni ta’ kull membru tal-Isports Commercialisation Board? Jista’ jgħid ukoll kemm-il darba ltaqa’ matul din is-sena?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar komposizzjoni tal-board imsemmi saret f’Marzu ta’ din is-sena u s’issa ntaqaw 3 darbiet. Ir-remunerazzjoni għall kull sena tammonta hekk; €19,689.67 għaċ-Chairperson u €7,634.77 għall-Membri l-oħra nklu¿ is-Segretarju.
Issa li ntemmu b’suċċess il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ bed nigħts b’rabta ma’ dan l-avveniment sportiv?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — persunui li għandhom mobile allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom mobile allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9554, ninfurmah li l-informazzjoni rigward il-persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi, bħala parti jew jaħdmu mas-Segretarjat tiegħi għadha qed tinġabar.
Skejjel primarji – LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8996 u 9385 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell primarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel Sekondarji – LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9176 u 9386 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel, u kapijiet ta' skejjel fil-livell sekondarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom, matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9139 u 9394 u jgħid fejn jinsabu ċ-Ċentri S.T.E.A.M.? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'kull ċentru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skola ALP – rapport dwar ir-rifjut ta’ applikazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jingħatax rapport bir-raġunijiet li għalihom tkun rifjutata applikazzjoni għall-iskola ALP lill-istudenti kkonċernati u lill-iskejjel rispettivi li minnhom ikunu ġejjin l-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.