Għawdex – proġetti tal-Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal
Question
Peress li fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2014 kien intqal li wara li l-Gvern kien ħareġ sejħa għall-espressjoni ta' interess għall-iżvilupp ta’ Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal f'Għawdex u anke li r-risposta għal din is-sejħa kienet inkoraġġanti ħafna, u sena wara, fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2015, kien intqal li l-proċess għal cruise liner terminal kif ukoll għall-Marina f'Għawdex kien miexi u kien anke ġie fi tmiemu l-proċess ta' Request for Proposal għall-konsultazzjoni u peress li fid-Diskors tal-Baġit għas-sena 2016 u 2017 ma ssemma’ xejn dwar dawn il-proġetti, tista' l-Ministru tgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li dawn il-proġetti jsiru? Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li wasslet biex dawn il-proġetti jitwaqqfu?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Il-Gvern jinkoraġġixxi kull tip ta' investiment li jkun vijabli mill-latt kummerċjali, aċċettabli mill-partijiet involuti u wkoll propizju fiċ-ċirkustanzi. Il-proġett tal-Yacht Marina u Cruise Liner Passenger Terminal f’Ghawdex ma twaqqafx, iżda għadhom għaddejjin in-negozjati sabiex jintlaħaq ftehim mal-Proponent li ġie magħżul wara proċess sħiħ ta' Request for Proposals.
Tista' l-Ministru tgħid x'kienet ir-raġuni li ma nstema’ xejn aktar dwar il-proġett ta' Airstrip f'Għawdex u dan meta kienu diġà saru studji relattivi għall-proġett ta' rural/green airfield u li anke sar progress sinifikanti fl-istudji dwar il-vijabilità u l-impatt tal-green airstrip f'Għawdex? Tista' tgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li jitwettaq dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
F’din il-leġiżlatura għandna programm elettorali ambizzjuz u ser jiġu esplorati diversi proġetti ġodda.
Ir-Rabat (Għawdex) — Xogħlijiet fuq taraġ mill-Bus Terminus sa Pjazza San Franġisk
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm sewa s’issa x-xogħol fuq it-taraġ, li mill-Bus Terminus iwassal sa Pjazza San Franġisk? Tista' tinkludi f’din l-ispiża l-prezz li tħallas biex inxtrat l-art fejn sar dan it-taraġ? Tista' tgħid jekk l-offerti biex isir ix-xogħol li fadal, inħarġux u jekk iva ngħatawx? Jekk le, x’inhi r-raġuni? Kemm hu stmat li fadal spejjeż biex dan il-proġett ikun lest u meta hu mistenni li jitlesta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-valur li tħallas għall-art fejn sar il-proġett huwa ta’ €717,500, filwaqt li l-ispiża għax-xogħol ta’ kostruzzjoni tammonta għal €326,770.12
Is-sejħa għall-offerti għax-xogħol ta’ Inġinerija Elettrika u Mekkanika nħarġet u ġiet mogħtija għal valur ta’ €202,111.02. Bħal ma diġa tennejt fir-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 1496, l-offerta tal-
finishes
ser terġa tinħareġ minħabba li l-uniku kuntrattur li kellu l-offerta
within budget
ġie skwalifikat.
Il-perjodu tat-tkomplija jiddependi mill-eżitu tas-sejħa għal offerti għal xogħol ta’ finishes li ser tinħareġ mill-ġdid.
Triq li twassal minn San Lawrenz sad-Dwejra — tarmak
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li t-triq li twassal minn San Lawrenz sad-Dwejra titlesta billi tingħata l-wiċċ ta' tarmak li fadal jingħata? Kemm sewa x-xogħol fuq din it-triq sal-lum u kemm hu mistenni li jiswa x-xogħol li fadal?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li x-xogħol fuq it-triq imsemmija mistenni li jitkompla dalwaqt u mistenni li jkun lest fl-ewwel kwart tas-sena 2018. Sa issa l-pagamenti li saru in konnessjoni ma’ din l-istess triq ammontaw għal €207,794.08
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett ta' bini ta’ Qorti ġdid f'Għawdex? Tista' tgħid kemm inħarġu tenders sa issa għal dan il-proġett u kemm minnhom ġew awarded? F'kull każ kemm hu l-valur tender li ġie awarded? Meta hu mistenni li jitlesta dan il-proġett u jibda jintuża?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara li ġie kkumissjonat rapport ġeo-tekniku dwar is-sit, bħalissa għaddejja diskussjoni interna dwar l-e¿itu tal-istess rapport. Informazzjoni ulterjuri tingħata fl-istadju opportun.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 363 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm-il persuna ġiet impjegata mal-Ministeru għal Għawdex jew xi wieħed mid-direttorati u d-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru minn Marzu 2013 sa' Ġunju 2017? F’liema kariga u skala ġew impjegati dawn il-ħaddiema? F’kull każ tista’ tgħid jekk is-sejħa nħarġitx wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u jekk le, x'kienet ir-raġuni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Proġett tat-taraġ li jgħaqqad il-qalba tar-Rabat Għawdex ma’ Pjazza San Franġisk
Question
B'referenza għall-proġett tat-taraġ li jgħaqqad il-parkeġġ fil-qalba tar-Rabat Għawdex ma’ Pjazza San Franġisk, tista' l-Ministru tgħid liema xogħol sar fuqu matul is-sena 2017 u meta hu maħsub li jitlesta dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li fl-ewwel kwart tal-2017 ġie fit-tmiemu x-xogħol ta’ kostruzzjoni tal-istess taraġ. L-offerta tal-finishes ser terġa tinħareg minħabba li l-uniku kuntrattur li kellu l-offerta within budgetġiet skwalifikata.
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru għal Għawdex għandux xi pjanijiet biex jitwettaq proġett biex jissebbħu l-pjazez ewlenin tal-irħula f'Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Il-Ministeru għal Għawdex għaddej kontinwament b'xogħol ta' tisbiħ
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid x'inizjattivi ttieħdu dwar xogħol li għandu jsir dwar ir-restawr fuq il-Mitħna tax-Xewkija u l-Għar ta' Kalipso? Tista' tgħid meta ser jibda dan ix-xogħol? Tista' tgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsiru xogħlijiet fuq siti storiċi oħra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex akkwista Fondi Ewropej biex tiġi restawrata l-Mitħna tax-Xewkija. Fid-29 ta’ Settembru 2017 ġiet ipubblikata it-tender li tgħalaq fit-30 ta’ Ottubru 2017 sabiex ikun jista’ jibda ix-xogħol ta’ restawr fuq din il-Mitħna. Dwar l-għar ta’ Kalipso, il-Ministeru qiegħed iħejji d-dokumenti neċessarji biex l-applikazzjoni mal-Awtorita tal-Ippjanar biex tiġi kkonsolidata l-istruttura tal-Għar ta’ Kalipso. Il-Ministeru qed iħejjji pjanijiet għal aktar interventi fuq siti storiċi oħra fix-xhur li ġejjin.
Proġetti ta’ tindif tal-widien u bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid xi pjanijiet għandu mħejjija l-Ministeru għal Għawdex dwar proġetti ta’ tindif tal-widien u bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar Għawdex? Tista’ tgħid jekk matul l-2017 sarx xi xogħol relatat ma’ dawn il-proġetti?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru, din is-sena, ssottometta tliet applikazzjonijiet għal tindif ta’ widien u żewġ applikazzjonijiet għall-bini mill-ġdid ta’ ħitan tas-sejjieħ mal-Awtorita`tal-Ippjanjar. Matul l-2017 sar ukoll xogħol ta’ tindif fis-sit Taħt Ta’ Xkora li jwassal għall-Wied il-Lunzjata kif ukoll f’Wied ta’ Zejta f’Lulju.
Matul din is-sena ġew mibnija ħitan tas-sejjieħ mill-ġdid f’dawn il-lokalitajiet:
a) Triq il-Qala kollha u partijiet minn Taċ-Ċawl, limiti tal-Qala;
b) Parti minn Wied ta’ Mġarr ix-Xini;
c) Partijiet minn Triq Marsalforn, fil-limiti tar-Rabat;
d) Partijiet minn Triq ir-Ramla, mill-
Park
tal-Qortin Ta’ Isopu, u minn Ta’ Bordin fin- Nadur;
e) Partijiet minn Daħla ta’ Għajn Damma, minn Triq ix-Xagħra, minn Triq Marsalforn u minn Triq il-Maqdes fix-Xagħra;
f) Parti minn Triq it-Torri f’San Lawrenz.
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid liema kienu t-toroq f’Għawdex li ngħataw wiċċ ġdid matul is-sena 2017? Tista’ fit-tweġiba tagħha tindika jekk dan ix-xogħol kienx jikkonsisti f’partijiet minn toroq jew toroq sħaħ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Servizz ta’ fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr Għawdex
Question
Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid xi żviluppi kien hemm dwar is-servizz ta' fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr f'Għawdex wara li saret it-talba għas-sottomissjonijiet ta' proposti (REP) biex jiġi varat dan is-servizz?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta ser tingħata fi stadju ieħor peress li bħalissa qed isir l-eżerċizzju opportun.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet in-nefqa mill-Ministeru tagħha u minn kwalsiasi entità li taqa’ taħtha f’reklamar fuq kull mezz ta’ media (stampat, gazzetti, radju, TV, internet eċċ) fl-2017 xahar b’xahar sal-lum?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninform lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għall-bini ta’ pixxina f’Għawdex, issa li ħarġet talba għal proposti biex is-settur privat jiddisinja, jibni u jieħu ħsieb il-manutenzjoni tal-kumpless, tista’ l-Ministru tgħid jekk kienx ġie ffirmat il-kuntratt fuq dan il-proġett? Tista’ tgħid meta hu maħsub li jitlesta dan il-proġett?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-Memorandum of Understanding ġie iffirmat f'Novembru tas-sena 2016 u bħalissa, n-negotiating team għaddej negozjati mal-privat. Il-proġett huwa maħsub li jitlesta sa mhux aktar tard minn tnax-il xahar mid-data tal-iffirmar tal-kuntratt.
Għajnsielem Għawdex – xogħol fuq id-Dar tal-Anzjani
Question
Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra u telenka rendikont tax-xogħol li sar fuq il-proġett tad-Dar tal-Anzjani f’Għajnsielem? Tista’ tgħid liema xogħol twettaq matul is-sena 2017? Tista’ tgħid meta hu maħsub li tibda tiffunzjona din id-dar?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li x-xogħol ta' bini jinsab fi stadju avvanzat. Reċentament ġiet sottomessa applikazzjoni lill-P.A. sabiex jiżdiedu xi faċilitajiet li huma meħtieġa biex jirrispondu għal ħtiġijiet tal-persuni li għandhom id-dimensja. Qed jiġi wkoll preparat tender għat-tlestija u operat tad-dar.
Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ transfers li ngħataw lill-ħaddiema fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li tmexxi, u dan għall-perjodu bejn is-6 ta' Ġunju u t-12 ta’ Ġunju?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant, jirreferi għal-liema sena qed jirreferi.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-graffiti li għamlu straġi mal-blat sabiħ ta’ din il-bajja u li saru mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hux se jitneħħew? Billi dawn il-graffiti ma jaqblu xejn mal-Ambjent tal-Wied u l-bajja pittoreska tax-Xlendi anzi għamlu sfreġju f'dan il-post pittoresk, jistgħu dawn il-graffiti jitneħħew minnufih u possibbilment jittieħdu passi bil-Pulizija kontra dan l-individwu għall-isfreġju li għamel?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninform lill-Onor. Interpellant jaħmel referenza għall-istqarrija uffiċċjali numru PR172179 maħruġa fis-26 ta' Settembru 2017 dwar dan il-każ.