Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2300 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #4929 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba b’rabta mal-bordijiet maħtura fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru mill-elezzjoni sal-lum hija din: 78 Membru fejn 29 minnhom huma nisa :37%. Meta jiskadi l-perjodu ta’ kull bord, qed insegwu l-wegħda tal-manifest elettorali sabiex nersqu lejn il-kwota ta’ 40% li jkunu nisa.
Leg 13 PQ #4930 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 4929.
Leg 13 PQ #4931 Sitting 104 2018-04-24 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - nisa fuq bordijiet tal-Gvern

Question

Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid f'kull bord li nħatar mill-Ministeru tiegħu mill-elezzjoni sal-lum, kemm hu n-numru ta' membri u kemm minn dawn huma nisa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 4929.
Leg 13 PQ #5292 Sitting 103 2018-04-23 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat ma’ individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid x'laqgħat kellu mal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament sena b'sena mis-sena 2013 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-data u l-post għal kull waħda mil-laqgħat? Jista' jgħid x'kien is-suġġett ta' kull waħda minn dawn il-laqgħat u min kienu l-persuni l-oħra preżenti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-persuna indikata ġiet ospitata darbtejn matul dan il-perjodu f’ laqgħat li l-Prim Ministru jagħmel regolarment għal investituri fil-pajjiż. Mhux possibbli li jinżamm rekord tal-persuni kollha li l-Prim Ministru jiltaqa magħhom u dettalji ta’ kull laqgħa.
Leg 13 PQ #2235 Sitting 102 2018-04-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Monument tal-Fjamma Eterna — spejjeż

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż għall-monument tal-Fjamma Eterna?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 817.
Leg 13 PQ #2285 Sitting 102 2018-04-18 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru– billboard advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq billboard advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #5276 Sitting 102 2018-04-18 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – uffiċjal Kap Eżekuttiv

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' impjieg tal-Uffiċjal Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Id-dettalji tal-pakkett ta’ remunerazzjoni qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra. L-Uffiċjal Kap Eżekuttiv intagħżel wara li l-Bord tal-Gvernaturi kien ħareg sejħa pubblika.
Leg 13 PQ #5277 Sitting 102 2018-04-18 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali — laqgħat

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali saret sena b'sena mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dati ta' meta saret kull laqgħa u jindika l-membri tal-Bord tal-Gvernaturi li kienu preżenti għal kull waħda mil-laqgħat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5278 Sitting 102 2018-04-18 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali – proġetti u inizjattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid f'liema proġetti u inizjattivi oħra kien u/jew huwa involut il-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kien l-involviment tal-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali f'kull wieħed mill-proġetti u inizjattivi oħra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif mitlub mill-Onor Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5279 Sitting 102 2018-04-18 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali – proġetti u inizjattivi

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid x'talbiet għall-finanzjament ta' proġetti u inizjattivi rċieva l-Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Prim Ministru jgħid minn min saru dawn it-talbiet, dwar liema proġetti u inizjattivi kienu, kemm kien l-ammont ta' finanzjament mitlub, x'kienet id-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi dwar kull waħda mit-talbiet u fil-każ ta' dawk il-proġetti u inizjattivi li ġew aċċettati mill-Bord tal-Gvernaturi x'kien l-ammont ta' finanzjament li ngħata mill-Bord ta’ Gvernaturi tal-Fond ta’ Żvilupp Nazzjonali u Soċjali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li minn żmien għal żmien ikun hemm diskussjonijiet varji iżda f’dan l-istadju m’hemmx applikazzjonijiet formali.
Leg 13 PQ #4892 Sitting 101 2018-04-17 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – mobile phones mħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #5043 Sitting 101 2018-04-17 Oral · Final From: EDWARD ZAMMIT LEWIS To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Akkwist tal-fond ġewwa Santa Venera mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti tagħrif kif ġiet akkwistata min-naħa tal-Gvern il-fond li llum hemm il-MITA fih ġewwa Santa Venera? Jekk il-MITA jew entità oħra tal-Gvern ħarġitx sejħa pubblika għal dan il-għan? Ta’ min kienet l-imsemmija proprjetà qabel ma’ ġiet akkwistata mill-Gvern?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #5180 Sitting 101 2018-04-17 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ta’ Ċenċ — Bini ta’ vilel

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk intlaħaqx ftehim jew le bejn il-partiti l-kbar biex isir il-bini ta’ vilel f’Ta’ Ċenċ u jekk, biex iseħħ daqshekk, kienx hemm ksur tal-liġijiet dwar il-Finanzjament ta’ Partiti?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhix kompetenza tal-partiti politiċi li jiddeċiedu dwar is-suġġett imsemmi.
Leg 13 PQ #5270 Sitting 101 2018-04-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali — impjegati

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm kellha jew għandha impjegati magħha l-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali sena b'sena mit-twaqqif tagħha fis-sena 2015? Jista' jagħti l-kariga ta' kull impjegat u d-dati ta' bidu tal-impjieg ta’ kull impjegat mal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-taghrif mitlub huwa fil-lista annessa: Bidu tal- Impjieg Kariga Numru ta’ Impjegati 1 ta’ Marzu 2017 Kap E¿ekuttiv 1 20 ta’ Marzu 2018 Kap (Finanzi) 1 26 ta’ Marzu 2018 Kap (Operat) 1 9 ta’ April 2018 Manager (Corporate Services) 1 Total 4
Leg 13 PQ #5271 Sitting 101 2018-04-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – direct orders

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti d-dettalji ta' kull direct order li ngħatat mill-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali, inkluż id-data, il-valur u l-isem tal-persuna u tal-kumpaniji li lilha ngħatat, mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nfurmat li l-ebda direct order ma ngħata mill-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali mis-sena 2015 sad-data li fiha qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari .
Leg 13 PQ #5272 Sitting 101 2018-04-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – persons of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il person of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti l-kariga ta' kull person of trust u d-data ta' meta bdiet taħdem mal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li l-Aġenzija ma mpjegat l-ebda person of trust magħha mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari. Kull impjegat inkluz l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv intagħżlu u gew ingaġġati mal-Aġenzija wara sejħa pubblika.
Leg 13 PQ #5273 Sitting 101 2018-04-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – position of trust

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il position of trust hemm jew kien hemm fl-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali mis-sena 2015 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti deskrizzjoni ta' kull position of trust u d-data ta' meta l-persuni li jokkupawhom, bdew jaħdmu mal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninsab nfurmat li l-Aġenzija ma mpjegat l-ebda person of trust magħha. Kull impjegat, inkluż l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv, intagħżlu u ġew ingaġġati mal-Aġenzija wara sejħa pubblika.
Leg 13 PQ #5274 Sitting 101 2018-04-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – Ftehim dwar l-Operat tal-Aġenzija

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Ftehim dwar l-Operat tal-Aġenzija li abbażi tiegħu jitwettaq l-operat tal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Ordni dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali (Leġislazzjoni Sussidjarja 497.12) u l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta ohra.
Leg 13 PQ #5275 Sitting 101 2018-04-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – struttura organizzattiva

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tat-tabella organizzattiva li turi l-istruttura organizzattiva tal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.