Dipartiment ta’ l-Anzjani — spettorat biex iżur id-Djar ta’ l-Anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta’ l-Anzjani għandux spettorat biex iżur regolarment id-Djar ta’ l-Anzjani (tal-Gvern, Knisja u tal-privat) u jassigura li s-servizzi f’dawn id-djar qed jingħataw b’mod professjonali? Jista’ jindika wkoll l-istandards li qegħdin jimxu fuqhom il-kapijiet u l-impjegati li jaħdmu f’dawn id-djar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant li kull dar tal-anzjani tal-Gvern, Knisja jew privat hija liċenzjat wara li ssir spezzjoni li ssir kull sena mid-Dipartiment tal-Istandards tas-Servizzi tas-Saħħa fi ħdan id-Divizjoni għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika.
Il-kriterji u l-istandards li jintużaw japplikaw għad-djar ta’ l-anzjani kollha jigifieri kemm dawk tal – knisja, privati kif ukoll dawk tal- Gvern.
Id- djar għandhom jkunu konformi mal- liġijiet u regolamenti sanitarji u li jinkludu dawk fuq l-iġeni tal-ikel. Id-djar iridu jinżammu indaf u fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni.
Irid ikun hemm dawk il- faċilitajiet fid-djar biex jiġi assigurat l-għoti ta’ kura neċessarja u t-tqassim tal – mediċina preskritta.
L- ambjent fid- dar irid ikun b’tali mod li jassigura li r- resident ikollu l- privatezza, sigurità, rikreazzjoni, kif ukoll fejn jista’ jipparteċipa soċjalment.
Min imexxi d- dar għandu dmir li jieħu dawk il- miżuri kollha biex jevita r- riskju ta’ xi inċidenti li jistgħu jinqalgħu lir- residenti.
Kull dar ta’ l-anzjani għandha jkollha tabib li jkun jista’ jiġi imsejjaħ skond il-bżonn u li jinkludi f’kaz ta’emerġenza
L-istandards jinkludu wkoll dawk għal prevenzjoni minn mard infettiv u li jkun hemm il-faċilitajiet fid-djar f’kaz ta’nar
Biex dar tibda topera irid ikollha l-liċenzja maħruga mid-Dipartiment tas-Saħħa wara li jkun hemm il-permessi neċessarji tal – MEPA u tal - KNPD.
standards nazzjonali ta' servizz lill-anzjani ġo homes
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk inħolqux standards nazzjonali ta' servizz li kull anzjan għandu jistenna, ikun f'liema home ikun, irrelevanti jekk tkunx tal-Gvern jew privata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-kriterji w l-istandards japplikaw ghad-djar ta’ l-anzjani kollha jigifieri kemm dawk tal – knisja, privati kif ukoll dawk tal- Gvern.
Id- djar ghandhom jkunu konformi mal- ligijiet u regolamenti sanitarji u li jinkludu dawk fuq l- igeni tal- ikel. Id-djar iridu jinzammu ndaf u fi stat tajjeb ta’ manutenzjoni.
Irid ikun hemm dawk il- facilitajiet fid-djar biex jigi assigurat l-ghoti ta’ kura necessarja u t-tqassim tal – medicina preskritta.
L- ambjent fid- dar irid ikun b’tali mod li jassigura li r- resident ikollu l- privatezza, sigurita’, rikreazzjoni, kif ukoll fejn jista’ jippartecipa socjalment.
Min imexxi d- dar ghandu dmir li jiehu dawk il- mizuri kollha biex jevita r- riskju ta’ xi incidenti li jistghu jinqalghu lir- residenti.
Kull dar ta’ l-anzjani ghandha jkollha tabib li jkun jista’ jigi imsejjah skond il-bzonn u li jinkludi f’kaz ta’emergenza
L-istandards jinkludu wkoll dawk ghal prevenzjoni minn mard infettiv u li jkun hemm il-facilitajiet fid-djar f’kaz ta’nar
Biex dar tibda topera irid ikollha l-licenzja mahruga mid-Dipartiment tas-Sahha wara li jkun hemm il-permessi necessarji tal – MEPA u tal - KNPD.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw donazzjonijiet ta' organi matul ix-xhur ta' Jannar u Settembru 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-donazzjoni ta’ organi bejn Jannar u Settembru 2009 kien kif jidher hawn taħt:
Kliewi: 4 ingħataw lil pazjenti Maltin
2 ingħataw lil pazjenti fl-Italja
2 ingħataw lil pazjenti fir-Renju Unit
Fwied: 5 ingħataw lil pazjenti fl-Italja
1 ingħata lil pazjent fir-Renju Unit.
Matul l-istess perjodu kien hemm 13-il trapjant ta’
corneas
lil pazjenti Maltin.
donazzjonijiet ta' organi li ntużaw minn pazjenti Maltin jew barranin
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna donazzjonijiet ta' organi li ntużaw minn pazjenti Maltin u kemm minnhom intbagħtu barra minn Malta biex jintużaw minn pazjenti barranin? Jista' jindika f'liema pajjiż marru dawn l-organi? Jista' jgħid ukoll kemm ġabu organi minn barra biex ikunu jistgħu jinqdew pazjenti Maltin tul dawn l-aħħar ħames snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba tinsab annessa hawn taħt.
Sena
Tip ta’ Organu
Ammont
Pajjiz fejn intużaw l-organi
2005
Kliewi
5
Malta
Fwied
4
Italja
Qalb
1
Malta
Qalb
2
Italja
Cornea
10
Malta
2006
Kliewi
12
Malta
Kliewi
4
Italja
Fwied
10
Malta
Qalb
1
Malta
Qalb
2
Italja
Cornea
12
Malta
2007
Kliewi
5
Malta
Kliewi
1
Italja
Qalb
1
Malta
Cornea
4
Malta
2008
Kliewi
8
Malta
Kliewi
2
Italja
Fwied
4
Italja
Cornea
6
Malta
2009 (sa Novembru)
Kliewi
4
Malta
Kliewi
2
Italja
Kliewi
2
Renju Unit
Fwied
4
Italja
Fwied
1
Renju Unit
Cornea
9
Malta
Matul dan il-perjodu ma kienx hemm organi li nġabu minn barra. Iżda kien hemm diversi pazjenti Maltin li sarulhom trapjanti barra minn Malta.
Dipartiment tas-saħħa — Kumpanija Multigas - ċilindri tal-ossiġenu
Question
Billi hemm arranġament sanzjonat mid-Dipartiment tas-Saħħa biex pazjenti li jbatu bi chronic asthma jissellfu ċilindri tal-ossiġenu mill-Pharma outlet tal-Kumpanija Multigas minn fejn dawn jiġu wkoll refilled u replaced, u billi dawn ġew mgħarrfa li din il-Pharma outlet sejra tagħlaq fi tmiem dan ix xahar, kif ikkonfermaw xi users meta kkuntattjaw l-Isptar Mater Dei, jista' l-Ministru jgħid x’arranġamenti alternattivi jistgħu jsiru għal pazjenti simili li għandhom bżonn urġenti ta’ dawn iċ-ċilindri?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat illi kull ma nbidel mill-arranġamenti ta’ qabel għall- pazjenti kien li:
1. Jiġbru ċ-ċilindri mill-impjant tal-Polygas f’Ħal-Farrug minflok mill-impjant tal-Multigas f’Ħal-Kirkop.
2. Ċilindri ta’ emerġenza matul il-lejl jinġabru mill-Isptar Mater Dei.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Salarji u Kundizzjonijiet
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteri li jaqgħu taħtu? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lil Onor Interpellant li t-tweġiba qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14588 u 14311 u jgħid kemm swew lill-Gvern il-laboratorji tal-Isptar Mater Dei fis-sena 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li il-laboratorji tal-Isptar Mater Dei swew lill-Gvern €8,245,528 fis-sena 2009. Din il-figura tista’ tinqasam hekk:
€
Salaries
Basic
3,497,849
Overtime
317,693
Allowances
1,212,400
Bonus
35,996
N.I.
320,367
Materials and Supplies
Medical Materials - Specials
2,769,346
Medical Materials - Conjoints
2,537
Medical Materials - Disposables
50,856
Medical Materials – Infection Control
1,765
Pharmaceuticals
1,391
Provisions
5,288
IT Supplies
16,794
Engineering
13,246
Total
€8,245,528
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14589 u 14312 u jgħid kemm kien l-ammont totali li l-Gvern ħallas bħala maintenance fl-Isptar San Luqa fis-sena 2006?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ispiża totali kienet:
Repair & Upkeep Euro 751, 882
Labour costs, Engineering & Biomedical Engineering Depts Euro 1,088,036
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14585, 14190, 13720, 13623, 13461, 12946 u 12643 u jgħid:
a) kemm hemm
gamma scans
fl-Isptar Mater Dei?
b) kemm huwa l-potenzjal li tagħmel scans kull magna f'ġimgħa?
ċ) kemm saru scans kull ġimgħa fix-xahar ta' Lulju, Awwissu, Settembru u Ottubru 2009?
d) kemm iqum kull scan lill-Gvern b'kollox inkluż?
e) kemm jiċċarġja lill-barranin mhux intitolati għal sptar b'xejn ta' kull scan (peress li jsiru diversi scans) u jagħti lista ta' charges jew average charges?
Jista' jirrispondi kull mistoqsija individwalment?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li :
a) Ma jeżisti l-ebda apparat li jismu
gamma scan
. Iżda, fl-Isptar Mater Dei, hemm żewġ
gamma cameras
.
b) Din il-mistoqsija ma tistax titwieġeb għaliex il-ħin li hemm bżonn għal kull scan ivarja minn 10 minuti għal iktar minn siegħa.
c) L-iscans li saru fix-xhur imsemmija huma:
Lulju 2009 356
Awwissu 2009 341
Settembru 2009 270
Ottubru 2009 330
Matul is-sena 2009, in-numru ta’ scans żdied b’25% fuq in-numru li saru fis-sena 2008. Infatti, m’hemmx waiting list għal dawn il-proċeduri ħlief dawk tal-qalb, fejn hemm waiting list ta’ tliet xhur u nofs.
d) Id-direzzjoni tal-FMCU hija li informazzjoni dwar kemm iqum servizz lill-Gvern ma għandiex tingħata f’dan il-mument.
e) Il-lista ta’ charges lill-barranin mhux intitolati għas-servizzi b’xejn għal kull tip ta’ scan hija kif ġej:
GAMMA BONE SCAN
€582.34
GAMMA HIDA OR DISHIDA SCAN
582.34
GAMMA KIDNEY DTPA + CAPTOPRIL
582.34
GAMMA KIDNEY DTPA
582.34
GAMMA KIDNEY DMSA
582.34
GAMMA LABELLED RBC SCAN
582.34
GAMMA LUNG SCAN
582.34
GAMMA MIBG ISOTOPE SCAN
582.34
GAMMA MYO. PERF. SCAN-STRESS
582.34
GAMMA MYO.PER.SCAN-STRESS+REST
489.17
GAMMA THYROID SCAN
582.34
GAMMA V.Q. SCAN (PROCEDURE)
582.34
GAMMA V.Q. SCAN
582.34
Sptar Mater Dei — ħlas pagi, allowances u overtime lin-nurses
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14586 u 14309 u jgħid kemm kienet is-somma li l-Gvern ħallas bħala pagi, allowances u overtime għan-nurses ta' kull kategorija fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009? Kemm minn dawn in-nurses kienu ta' nazzjonalità mhux Maltija u kemm ħallas il-Gvern lil dawn in-nurses bħala akkomodazzjoni u allowances oħra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tinsab hawn taħt :
Sena 2009
Pagi
Allowances
Overtime
€ 17,970,252.5
€ 8,521,344.65
€ 1,371,114.53
Minn dawn in-
nurses
, l-ammont ta’ dawk barranin huwa ta’ sebgħa u ħamsin (57). Il-Gvern ma ħallas xejn lil dawn in-
nurses
bħala akkommodazzjoni jew
allowances
oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14584, 14100, 13625, 13467, 13182, 12940 u 12270 u jgħid kemm tiswa lill-Gvern kull investigazzjoni ta'
a) MRI?
b) CT?
ċ) X-ray?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-eżercizzju tal-
costings
wasal fl-aħħar stadji u għalhekk t-tweġiba ser tingħata aktar tard.
Sptar Mater Dei — tagħmir mediku mikri lill-sptarijiet u kliniċi privati
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se tibqa' għaddej l-prattika li tagħmir mediku mill-Isptar Mater Dei, użat fl-iktar oqsma fejn hemm waiting lists twal, jinkera lil sptarijiet u kliniċi privati ?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Il-prassi ta’ self (u mhux kiri) ta’ tagħmir mediku bejn l-isptarijiet se tibqa’ għaddejja. Ta’ min wieħed jinnota li din il-prattika qatt ma fixklet jew affettwat b’mod negattiv ir-rutina tal-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei, kemm jekk huma operazzjonijiet meqjusa bħala kazijiet ‘normali’ u wisq aktar il-waiting lists ezistenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14805 u jgħid x'inhi l-problema biex post li jinsab fil-pjazza ta' Raħal Ġdid li fil-preżent qed iservi ta' każin tal-Partit Nazzjonalista, liema post huwa tal-Gvern, jittieħed lura mill-Gvern ħalli jibda jintuża bħala spiżjerija pubblika minħabba li dik eżistenti ma toffrix il-faċilitajiet meħtieġa biex tipprovdi servizz adegwat lir-residenti tan-naħa t'isfel ta' Malta u li jinqdew mill-ispiżjerija ta' Raħal Ġdid?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14742 u 14431 u jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern idaħħal care workers fuq bażi full-time fl-Isptar Mater Dei jew ma' xi aġenzija tal-Gvern?
Jista' jgħid jekk fil-preżent hemmx
care workers
jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u min hu l-
employer
tagħhom?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li m’hemmx ħsieb li care workers jiġu mpjegati mill-Gvern fuq bażi full-time fl-Isptar Mater Dei. Fil-preżent, hemm dawn il-care workers jaħdmu fl-Isptar Mater Dei u li huma mpjegati kif indikat hawn taħt:
5 Assistant Care Workers – impjegati tal-Gvern
9 Care Workers – impjegati tal-Gvern
194 Care Workers (FTEs) – impjegati ta’ kuntrattur
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pilloli Zocor għal kontra l-cholesterol bħalissa reġa' hawn nuqqas tagħhom fl-ispiżeriji tal-Gvern? Huwa minnu li l-Gvern qed jipprova jimporta mediċina differenti għall-istess marda? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji? Għaliex qed ikun hemm nuqqas ta' spiss taż-Zocor?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nagħrraf lil Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f'xi seduta oħra
Applikazzjoni għad-dħul fir-Residenza San Vincenz de Paule
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslet fuq il-waiting list l-applikazzjoni li għamlet fl-1998 il-persuna, li isimha u d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, sabiex tidħol ġewwa ir-Residenza San Vincenz de Paule?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-applikazzjoni tal-persuna msemmija b’mod separat mill-mistoqsija kienet ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjonijiet fit-28 ta’ Lulju 2009 bħala urġenti u ġiet ammessa ġewwa r-residenza San Vinċenz de Paule riċentement.
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni immedjata biex it-triq, li dettalji tagħha qed jidhru separatament, li mimlija ġrieden u ħmieġ jittieħdu l-passi sanitarji neċessarji biex terġa' ssir tajba għal dawn iż-żmenijiet?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li minn spezzjoni li saret minn uffiċjali tad-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali fil-11 ta’ Diċembru, 2009 fit-triq indikata, ma nstab l-ebda akkumulu ta’ skart ħlief għal xi boroż tal-iskart tad-djar li jinġabru mill-kollettur ta’ l-iskart li hu mqabbad mill-kunsill lokali. Il-kollezzjoni tal-iskart issir fuq bazi regolari.
It-triq indikata kif ukoll it-toroq tal-madwar ġew ttrattati għal kontra l-ġrieden fl-10 u fil-11 ta’ Diċembru mit-Taqsima tal-‘Pest Control Unit’ fi ħdan id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali. Tali toroq ser jibqgħu jiġu sorveljati minn din it-taqsima u jibqgħu jiġu ttrattati kif ikun hemm bżonn.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjanu u l-Kura fil-Komunità — saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-Ministeru biex tiġi promossa s-saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol tieħu diversi inizjattivi biex tippromwovi u tħares is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, kif jiġi spjegat ta’ kull sena fir-rapport annwali li l-istess Awtorità tħejji u tippreżenta lill-Ministru biex jiġi mqiegħed u diskuss fil-Kamra tar-Rappreżentanti.
L-aħħar rapport annwali diskuss fil-Parlament kien għall-perjodu li jkopri sa l-aħħar tal-2008. Biex wieħed ma joqgħodx jirrepeti x’intqal fil-Kamra tar-Rappreżentanti, wieħed jista' jara kopja ta’ dan ir-rapport billi jżur il
-website
tal-Awtorità:
http://www.ohsa.org.mt/docs/activity_report_2009.pdf
Dak għas-sena li għaddiet għad irid ikun finaliżżat.
Huwa ċar li din il-ħidma tal-Awtorità qed ikollha suċċess, skond kif rappurtat fil- Pan European Opinion Poll on Occupational Health and Safety li kien ikkummissjonat mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurta fuq ix-Xogħol u li analizza l-veduti ta’ madwar 1000 ċittadin f’kull pajjiż Membru. Fil-każ ta’ Malta, ġie rappurtat illi madwar 60% tal-Maltin huma infurmati tajjeb ħafna dwar is-suġġett.
Jirriżulta ukoll li 72% tal-Maltin irrappurtaw li l-livelli ta’ saħħa u sigurtà fil-pajjiż ġew 'ilquddiem tul dawn l-aħħar 5 snin.
ħlas mill-Gvern Malti lill-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea bħala ħlas għall-kura medika ta' Maltin
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14316 u jgħid kemm ħallas il-Gvern Malti lill-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea bħala ħlas għall-kura medika ta' Maltin li kienu fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u għamlu użu mill-iskema tal-E111?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fl-aħħar sitt snin, il-Gvern Malti ħallas iċ-ċifra ta’ €453,754.34 lill-gvernijiet tal-Unjoni Ewropea għall-kura medika ta’ Maltin li għamlu użu mill-karta Ewropeja ta’ l-Assikurazzjoni tas-Saħħa (li sal-2006 kienet magħrufa bħala E111).
ħlas minn gvernijiet tal-Unjoni Ewropea għal kura medika għat-turisti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14315 u jgħid kemm daħħal il-Gvern Malti minn gvernijiet tal-Unjoni Ewropea bħala ħlas għall-kura medika għat-turisti taħt l-iskema E111 fl-aħħar ħames snin?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fl-aħħar ħames snin, il-Gvern Malti daħħal iċ-ċifra ta’ € 842,291,75 minn gvernijiet tal-Unjoni Ewropeja bħala ħlas għall-kura medika għat-turisti li għamlu użu mill-Karta Ewropeja ta’ l-Assikurazzjoni tas-Saħħa (li sal-2006 kienet magħrufa bħala E111).