Jista' l-Ministru jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjarju u tal-perkaċċi li se jingħataw lill-persuna, li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, bħala Gvernatur tal-Bank Ċentrali? Jista' jgħid jekk dan hux se jżomm karigi fl-Università ta' Malta? Jista' jagħti d-dettalji tal-pakkett finanzjaru tal-perkaċċi li dan se jkollu bħala membru tal-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-persuna ndikata minnu huwa preżentament direttur fuq il-Board of Governors tal-Bank Ċentrali. Il-Gvernatur preżenti se jżomm it-termini tal-uffiċċju sat-tletin ta’ Ġunju 2011. Id-dettalji tal-pakkett finanzjarju għadhom ma ġewx konklużi. Il-persuna indikata mhux se jżomm il-kariga tagħha fl-Università ta' Malta. M'hemm l-ebda pakkett finanzjarju għal-fatt li wieħed ikun fuq il-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ċentrali Ewropew.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatat konsulenza għall-valur ta' ċifra ta' flus li tammonta għal €99,604.28? X'benefiċċju ħareġ minn din il-konsulenza in kwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi din id-ditta ta’ avukati, tassisti lil MFSA u lill-International Tax Unit, li tinsab fi ħdan l-MFSA, dwar materji u aspetti tal-kwadru fiskali ta’ Malta mal-Unjoni Ewropeja u għenet sabiex l-Unjoni waslet biex taċċetta dan il-kwadru taħt regoli komunitarji konċernanti State Aid u il-Code of Conduct. Id-ditta bħalissa qegħda ukoll tgħin lill-MFSA fil-materja tal-Common Consolidated Corporate Tax Base.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatat konsulenza għall-valur ta' ċifra ta' flus li tammonta għal €104,513.47? X'benefiċċju ħareġ minn din il-konsulenza in kwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi din id-ditta tipprovdi servizzi varji lill-banek internazzjonali fil-kamp ta’ “custody operations” internazzjonali. Bħalissa qegħdin jassistu lil MFSA fi sforzi u negozjati sabiex jiġu attirati lejn Malta “Custodians” internazzjonali.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25939, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-każ tal-Imtarfa fejn qed jirriżulta li m'hemm l-ebda leakage, din is-sitwazzjoni hi riżultat tal-fatt li bosta mill-mains tal-ilma huma ġodda u għaddejjin minn ġo culverts li kienu nbnew apposta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi huwa minnu li fl-Imtarfa bosta mains tal-Ilma huma ġodda u hemm ukoll diversi mains għaddejjin ġo culverts. Huwa fatt li meta jkun hemm din is-sitwazzjoni, ħsarat fuq il-pajpijiet jonqsu. Madanakollu, xorta waħda hu meħtieġ li t-tekniċi tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma jagħmlu moniteraġġ bħal lokalitajiet oħra biex il-ħsarat li ġieli nqalgħu, jissewwew u l-leakage jibqa’ baxx.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25939 fejn ingħatat informazzjoni dwar x'inhu l-ammont f'metri kubi ta' ilma li qed jinħela kull siegħa f'diversi lokalitajiet, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar dawn l-ammonti indikati u x'perċentwali tal-produzzjoni (jew konsum) f'dawn il-lokalitajiet tirrappreżenta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 25939, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-każ ta' San Pawl il-Baħar fejn il-leakage rekordjat hu ta' 10.2 m3 kull siegħa, hemmx records dettaljati dwar liema huma l-inħawi li fihom hemm il-leakages indikati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Kundizzjonijiet ta' ħaddiema kuntratturi tal-gvern
Question
Jista' l-Ministru jindika x'sar mill-unit li kellu jitwaqqaf skont id-diskors tal-Budget għas-sena 2011, liema unit kellu jieħu ħsieb iħares il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu ma' kuntratturi tal-gvern u li allura xorta qed jitħallsu minn flus il-poplu?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fid-diskors tal-baġit ntqal hekk:
“Il-Gvern se jwaqqaf Unit li se jiċċekkja li l-ħaddiema kollha tal-kuntratturi li jipprovdu servizzi lill-Gvern, bħal
cleaners, carers
u
security
, jirċievu l-paga u l-benefiċċji kollha dovuti lilhom.”
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Unit fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi, bil-għajnuna ta’ uffiċjali minn dipartimenti u entitajiet oħra tal-gvern għamel u għadu jagħmel skrutinju fuq il-kuntratti mogħtija mill-gvern u l-entitajiet tiegħu sabiex jassigura li dak li ntqal fid-diskors tal-baġit, iseħħ.
vetturi reġistrati Malta — kwestjoni dwar ħlas żejjed
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 25976 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar jekk dawk is-sidien tal-vetturi li ġew reġistrati f'Malta u li kienu ħallsu aktar milli kien dovut, u li kellhom jingħataw lura dak li ħallsu żejjed, fil-fatt kellhomx jagħmlu xi applikazzjoni partikolari biex jingħataw lura dak il-ħlas?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Valletta Grand Harbour Rehabilitation Corporation — audited accounts
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-aħħar audited accounts tal-Valletta Grand Harbour Rehabilitation Corporation? Kemm ilha imwaqqfa bħala entità legali din il-korporazzjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru responsabbli mill-Valletta Grand Harbour Rehabilitation Corporation.
Jista' l-Ministru jgħid peress li meta l-perit imqabbad mid-Dipartiment tat-Taxxa jispezjona proprjetà wara trasferiment u jekk il-valur reġistrat fil-kuntratt imħallas jinstab baxx u allura x-xerrej jiġi mġiegħel iħallas taxxa addizzjonali skont l-istima tal-perit, f'każ li l-istima tal-perit tagħti valur aktar baxx minn dak reġistrat fil-kuntratt, ix-xerrej jingħata refund ta' taxxa?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi skont l-Att dwar it-Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti, il-boll jitħallas fuq il-konsiderazzjoni li tkun tħallset fuq il-kuntratt jew fuq il-valur fis-suq tal-propjetà in kwistjoni, skont liema jkun l-akbar. Għalhekk fil-każ remot li l-valur fis-suq kif stabbilit mill-perit imqabbad mid-dipartiment ikun inqas mill-prezz fuq il-kuntratt, il-boll jinżamm fuq il-prezz li jidher fuq il-kuntratt. Għaldaqstant f’każ bħal dan la tiġi imposta taxxa addizzjonali u lanqas ma hu qatt il-każ li jingħata refund lix-xerrej.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ April 2010 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ Jannar 2011 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment? F’dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji ma’ barra jista’ jindika kemm mill-ammonti huma riferibbli separatament għall-każ tal-Greċja, u dwar dan tal-aħħar jindika l-iskadenza/skadenzi ta’ kif skattat il-garanzija?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
self long term u short term — breakdown ta' exposure
Question
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta’ x’kien l-exposure ta’ Malta fl-1 ta’ April 2011 fir-rigward ta’ self, long term u short term, ma’ barra u lokalment, u bl-istess mod, l-exposure fir-rigward ta’ garanziji mogħtija sa dik id-data, kemm ma’ barra u kemm lokalment? F’dak li għandu x’jaqsam mal-garanziji ma’ barra jista’ jindika kemm mill-ammonti huma referibbli separatament għall-każijiet tal-Greċja u tal-Irlanda, u dwar dan tal-aħħar jindika l-iskadenza/skadenzi ta’ kif skattat/w il-garanzija/i?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jagħti kalendarju indikattiv għal kif għandhom jiskattaw matul l-erba’ xhur April-Lulju 2011 l-garanziji li Malta se tkun qed toħroġ fuq self mgħoddi lill-Greċja, l-Irlanda u l-Portugal fil-kuntest tal-pakketti ta’ salvataġġ finanzjarju organizzati għal dawn il-pajjiżi miż-żona tal-ewro?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji — istituzzjonijiet finanzjarji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru ilmenti mal-Malta Financial Services Authority dwar servizzi mogħtija minn istituzzjonijiet finanzjarji u kumpaniji finanzjarji reġistrati f'Malta? X'passi ħadet l-MFSA fuqhom?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-Rapport Annwali tal-MFSA għas-sena 2010 tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra nhar it-Tnejn 2 ta’ mejju 2011. F’paġni 84 u 85 ta’ dan ir-rapport huma elenkati n-numru ta’ każijiet ġodda li rċeviet il-unit għall-Ilmenti tal-Konsumatur fl-2010 u li kienu jammontaw għal 172. Matul l-2010 ingħalqu 153 każ, li wħud minnhom kienu ġejjin mis-sena ta’ qabel, filwaqt li baqqa’ 145 pendenti.
Qed inpoġġi wkoll kopja tar-rapoort annwali għall-istess sena li ħareġ il-unit għall-ilmenti tal-konsumatur, li fih tingħata klassifika dwar l-eżitu tal-każijiet li ngħalqu.
Mosta — Triq il-Biċċerin - spuction tad-drenaġġ miftuħa
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ fejn qed jingħad li fi Triq il-Biċċerin Mosta hemm spuction tad-drenaġġ miftuħa li hija mgħottija biss b'biċċa pjanċa u li qed jingħad li din l-ispuction qed jintefa' fiha toxic wastes u kimiċi differenti , liema kimiċi qed jikkawżaw ħafna rwejjaħ li jdejqu lir-residenti?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-manhole li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant mhix tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma imma hija parti minn istallazzjoni privata. Uffiċjali tal-Korporazzjoni tkellmu mas-sid tal-istallazzjoni u dan invita l-cover tal-manhole b’mod permanenti mal-bankina.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24861 u ċioe: Minħabba li għadda ż-żmien mindu l-każ l-aħħar tqajjem fil-Parlament, jista' l-Ministru jgħarraf lill-Kamra meta mistenni jiġi ppubblikat ir-rapport dwar l-irregolaritajiet li seħħew fil-VAT Department? Jista' jsir dan proprju f'din is-seduta?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 18295.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur tal-esportazzjoni minn Għawdex u minn Malta separatament ta’ affarijiet ta’ merċa (goods) xahar b'xahar mill-ewwel ta’ Jannar 2011 sal-lum maqsumin skont l-areas ġeografiċi ewlenin u skont il-prodotti esportati?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 23972, jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-kumpanija, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, ingħatat konsulenza għall-valur ta' ċifra ta' flus li tammonta għal €393,882.54? X'benefiċċju ħareġ minn din il-konsulenza in kwistjoni?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi din il-konsulenza kienet waħda ta’ project management fuq il-proġetti prinċipali tal-infrastruttura ta’ Trasmissjoni u t-Tisfija tad-Drenaġġ fin-Nofsinhar ta’ Malta, sabiex jiġi ikkordinat l-andament ġenerali tad-diversi proġetti, b’mod ħolistiku. Madwar 80% ta’ din il-konsulenza ġiet finanzjata mill-Fondi ta’ l-Unjoni Ewropeja (2007-2013).