Orkestra Filarmonika Nazzjonali — Eurovision song contest
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern ikunx f'pożizzjoni li l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, li llum laħqet standards għoljin immens, takkumpanja lid-diska Maltija u l-kantanta Maltija fil-Eurovision Song Contest li jmiss, tenut kont li d-diska de quo hi ballata? Taħseb li xi ħaġa bħal din tkun qed toffri vetrina sabiħa għall-orkestra tagħna?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ir-Regoli tal-European Broadcasting Union dwar il-Eurovision Song Contest jispeċifikaw li l-mużika li takkumpanja lill-kantanti trid tkun irrekordjata, għalhekk l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali ma tistax tipparteċipa.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Impjieg u l-Familja — nisa tqal li jaħdmu
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 14464 u tgħid kemm kien hemm talbiet f'dawn l-aħħar ħames snin, kull xahar separatament, ta' nisa Għawdxin tqal li jaħdmu fid-dekasteru tal-Ministru biex matul it-tqala tagħhom jiġu trasferiti proviżorjament f'Għawdex? Tista' tgħid meta ntlaqgħet kull talba mill-bord konċernat u jgħid meta ġie awtorizzat it-trasferiment proviżorju?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda talba kif mitlub lill-Onor. Interpellant.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Impjieg u l-Familja — ċifra globali għall-fuel
Question
Tista' l-Ministru twieġeb mistoqsija parlamentari 14055 u tgħid kemm kienet iċ-ċifra globali għall-fuels li tħallset mill-Ministeru, dipartimenti u dekasteri/korporazzjonijiet/entitajiet li jaqgħu taħt l-Ministeru matul l-2009 rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ ta' kopja anzjana. li dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, li jinsabu fi flat fuq u dawn l-anzjani għandhom problema ta' mobilità u applikaw għall-istallazjoni ta' lift?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar ma sabet l-ebda informazzjoni dwar l-imsemmija applikazzjoni. L-Awtorità tħeġġeġ il-pubbliku biex jagħmel applikazzjonijiet formali fl-iskema li l-Awtorità għandha għal tal-apposta u din tiġi pproċessata skond ir-regolamenti stabbiliti.
Jista' l-Ministru jara fejn wasal il-każ ta' single parent, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, li applikat għall-post tal-Gvern peress li tgħix fi stat mhux aċċetabli? Jista' jara li jitmexxa l-każ ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikazzjoni tal-persuna indikata qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn bħalha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li fil-preżent jirreġistraw għax-xogħol fost dawk in-nies magħrufa bħala refuġjati? Għal liema tip ta' xogħol qed jirreġistraw?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-aħħar ta’ Diċembru 2009 (skont l-aħħar nformazzjoni ppublikata) kien hemm 19–il persuna meqjusa bħala refuġjat li kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol mall-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ. It-tabella hawn taħt turi għal liema tip ta 'xogħol kienu qed jirreġistraw.
Tipi ta’ Xogħol
Labouring 4
Other Construction Workers 1
Other Service Workers 4
Other Skilled/Semi-Skilled 3
Other Technical & Professional 2
Plasterer 2
Plumber 2
Welder 1
Total 19
ETC — persuni ta' nazzjonalità mhux Maltija - impjieg
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid x'kontroll qed tagħmel il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ fuq dawk in-nies ta' nazzjonalità mhux Maltija, speċjalment fl-inħawi tal-Marsa li kull filgħodu jkunu qed jistennew lil xi ħadd joffrilhom ix-xogħol? Dawn kollha għandhom permess jaħdmu? X'kontroll isir dwar pagi u kundizzjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Persuni li huma refuġjati jew li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja għandhom dritt japplikaw għal permess tax-xogħol mingħand il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ (ETC). Dan jinħareġ b’mod awtomatiku. Fil-każ ta’ dawk il-persuni li talbu għal ażil, min se jħaddimhom irid japplika għal permess għalihom. Dan ifisser li m’hemmx problemi biex il-persuni msemmija jaħdmu f’Malta. L-ETC hija konxja mill-fatt li minkejja li ħafna employers jimxu mar-regoli, hemm uħud minnhom li jippruvaw jimpjegaw persuni barranin illegalment u mingħajr permess tax-xogħol. L-ETC għandha l-ispetturi tagħha u tagħmel spezzjonijiet għall-għarrieda, ħafna drabi akkumpanjata mill-Pulizija, biex tnaqqas dan l-abbuż. Fejn jinstab li xi employer qed iħaddem xi barrani llegalment, tieħu l-passi legali skond il-liġi. L-ETC ser tkun qed issaħħaħ il-kapaċità tagħha ta’ spettorat fil-futur qrib u dan mistenni jwassal għal aktar spezzjonijiet u identifikazzjoni ta’ ksur tal-liġijiet konċernati.
Dwar pagi u kundizzjonijiet nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Tista' l-Ministru tikkonferma jekk jintalabx ħlas biex individwu jagħmel uzu mill-Matthew St John track fil-Marsa u mill-faċilitajiet li jeżistu magħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 14628.
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti għall-iskejjel tal-lingwi jew xi skejjel privati oħrajn? Kemm hawn attwalment skejjel/institutes/kulleġġi reġistrati li jistgħu jagħtu xi tip ta' tagħlim?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Applikazzjonijiet pendenti għall-iskejjel tal-lingwa Ingliża bħala lingwa barranija, fil-preżent hemm tlieta (3). Filwaqt li skejjel li jistgħu jgħallmu l-lingwa Ingliża bħala lingwa barranija hawn reġistrati wieħed u ħamsin (51).
Għar-rigward ta’ skejjel privati oħra, hemm applikazzjoni waħda pendenti għal skola privata.
L-iskejjel reġistrati huma kif ġej:
Skejjel tal-Knisja - 56
Skejjel Indipendenti Privati - 26
Jista' l-Ministru jgħid fejn waslet it-talba tal-persuna, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li qed tistenna li tibda tieħu l-pensjoni tar-romol?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jinforma l-persuna indikata minnu biex tavviċina l-Uffiċċjal inkarigat mill-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali tal-Belt jew raħal tagħha.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jieħu l-Gvern fuq il-binja f'Santa Venera fejn qabel kien hemm l-uffiċini tad-dipartiment tal-manteniment tal-postijiet tal-Gvern u li issa spiċċa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-uffiċini se jiġu utilizzati mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, Impjiegi u Familja skont l-użu neċessarju.
Ministeru għall-Edukazzjoni, Impjiegi u l-Familja — salarji u kundizzjonijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid fil-mument kemm huwa n-numru ta' persuni li jinsabu jaħdmu abbażi ta' kuntratt fil-Ministeru u fid-dekasteru li jaqa' taħtha? X'pożizzjoni jokkupaw u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14807 u jgħid kemm kien in-numru ta' nies qegħda fil-31 ta’ Jannar 2010? Kemm kien hemm nies li tilfu l-impjieg tagħhom is-sena li għaddiet? Liema xogħol kienu jagħmlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont l-aħħar informazzjoni li ġiet ippublikata, sa l-aħħar ta’ Diċembru 2009 in-numru ta’ nies qegħda kien ta 7,680.
In-numru ta’ nies li spiċċaw l-impjieg tagħhom matul is-sena 2009 u li ġew jirreġistraw għax-xogħol kien ta’ 2,597. It-tabella ta’ hawn taħt turi liema xogħol kienu jagħmlu.
Occupation Description
Total
[1] Legislators, Senior Officials and Managers
132
[2] Professionals
100
[3] Technicians and associate professionals
128
[4] Clerks
184
[5] Service workers and shop and market sales workers
464
[6] Skilled agricultural and fishery workers
19
[7] Craft and related trade workers
466
[8] Plant and machinery operators and assemblers
394
[9] Elementary occupation
710
Grand Total
2597
Peress li l-individwu li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament kien irċieva dokumentazzjoni mill-Kunsill tal-Għalliema li huwa ingħata l-permanent warrant għalkemm teknikament għadha ma saritx iċ-ċerimonja tal-għoti tal-warrant, u peress li għalliema oħra li kienu part-time instructors (bħall- persuna li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament) ingħataw ukoll il-permanent warrant u nqalbu għal skala 9 tal-Gvern minn skala 15, u peress li l-persuna jinsab skala 14 u ntqal lilu mill-uffiċċju tal-Principal Human Resources tar-records section tad-Diviżjoni tal-Edukazzjoni (Principal li dettalji tiegħu qed jingħataw separatament) li huwa ma kienx se jibbenefika minn titjib fl-iskala tiegħu għal skala 9 minħabba nomenklatura ta' senior tradesman u allura kien se jibqa' fi skala 14, tista' l-Ministru tidħol fil-każ u tara li ma jkunx hemm din is-sitwazzjoni mill-iktar inġusta meta huwa ovvju li l-persuna għandu jingħata l-permanent warrantu l-iskala 9?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-persuna li qed tirreferi għaliha l-Mistoqsija Parlamentari huwa Senior Tradesman li ngħata l-warrant permanenti. Il-fatt li wieħed ikollu warrant permanenti ma tfissirx li persuna għandha dritt awtomatiku għall-progression fl-iskali. Il-persuna msemmija huwa Senior Tradesman u għalhekk jaqa’ taħt il-ftehim tal-klassi teknika liema ftehim ma jagħmel l-ebda riferenza għall-progression ta’ min ikollu warrant permanenti.
Il-persuna l-oħra riferuta għaliha fl-istesss Mistoqsija Parlamentari kien part-time instructor li, skont il-ftehim bejn il-Gvern u l-MUT f’2007 kien eliġibbli biex isir għalliem fuq bazi personali dejjem jekk jissodisfa l-ktierji stipulati fl-istess ftehim.
Università ta' Malta — eżamijiet bil-lingwa maltija
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern in vista tad-deċiżjoni inspjegabbli meħuda mill-Università ta' Malta fejn b'seħħ minn Ġunju 2010 l-istudenti bħala prinċipju mhux se jkunu jistgħu jwieġbu l-eżamijiet bil-lingwa Maltija? Taħseb li din hi pożizzjoni redikola u tal-biki? Tista' l-Ministru tgħid jekk l-Università, bl-istess argument, hiex tissuġġerixxi li l-Malti jitneħħa minn lingwa uffiċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tagħti statistika ta' kemm qed jiġu studenti Malta sabiex itejbu l-livell tal-lingwi tagħhom? Tista tgħid kemm-il tip ta' lingwa aħna bħala pajjiż noffru servizz ta' tagħlim lill-barranin, barra t-taħriġ fil-lingwa Ingliża? Tista' tgħid jekk dan it-taħriġ isirx f'xi suġġett ieħor ukoll bħal xjenza u teknoloġija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Skont l-aħħar figura ppubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, fis-sena 2008 ġew Malta 83,288 studenti barranini sabiex itejbu l-livell tagħhom fil-lingwa Ingliża.
Hemm għaxar ċentri ta’ tagħlim li joffru tagħlim fil-Franċiż, Taljan, Germaniż, Spanjol u Russu. Ma tinżamm l-ebda informazzjoni dwar jekk hemmx studenti barranin jattendu dawn il-korsijiet.
Hemm 22 ċentru li jgħallmu l-Information Technology (IT) u l-istudju tal-
computing
. Hemm ukoll 3 ċentri oħra li jgħallmu t-Teknoloġija Elettrika, t-Teknoloġija tal-Ilma, u l-Health and Safety.