Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mediċina Atomoxetina

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina fuq il-formularju tal-Gvern Atomoxetina hijiex out of stock? Jekk din il-mediċina hija out of stock, kemm ilha mhux disponibbli u meta huwa previst li tidħol lura fis-suq? Jista’ jgħid ukoll jekk din il-mediċina tistax tinxtara mill-ispiżeriji privati?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li d-dipartiment jixtri 3 dożi ta’ Atomoxetina. F’Jannar u Frar 2024, il-POYC ngħataw d-domanda kollha u tqassmu lill-pazjenti.

CYPS – Pazjenti diagnosed bl-ADHD

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li huma pazjenti taċ-Child and Young People’s Services (CYPS) li huma diagnosed bl-ADHD bħalissa? Jista’ jgħid ukoll kemm jammonta l-presentaġġ mill-ammont globali tal-pazjenti fis-CYPS u jagħti d-dettalji skont l-età (age brackets) u l-ġeneru?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bħalissa hemm madwar 174 tifel u tifla li huma diagnosed bl-ADHD. L-etajiet huma mqassma hekk: Eta' Numru ta' klienti 5 2 6 2 7 6 8 10 9 17 10 23 11 24 12 23 13 16 14 15 15 9 16 9 17 6 18 10 19 2 Tfal li diġà għandom dijanjozi jammontaw ghal madwar 6% tal-każijiet kollha.

Gender Clinic — Persuni li rċevew għajnuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni rċevew għajnuna mill-Gender Clinic fis-sena 2023? Jista’ jgħid ukoll minn dawn il-persuni, kemm irċevew trattament tal-ormoni u kemm minn dawn il-persuni waslu għall-operazzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mill-ftuħ tal-klinika f’November 2018 sal-aħħar ta’ Jannar 2024, il-klinika irċiviet 442 riferta. Fil-bidu jkun hemm initial assessment. Wara, dawn il-persuni jiġu mogħtija firxa ta’ servizzi skond il-bżonn tal-individwu fosthom, sezzjonijiet mal counsellor, psikologi, terapist tal-vuċi, ġinekologu, psikjatra, counsellors tal preservazzjoni tal-fertilità, endokrinologu, social worker u terapista tal-familja, kif ukoll sezzjonijiet ta’ informazzjoni fuq diversi aspetti tas-saħħa holistika. Infurmat li 196 klijent qed jieħdu trattament tal-ormoni mill-POYC bil-Kartuna s-Safra li nharġet mill-endokrinologu tal-klinika. Għar-rigward l-operazzjoniet, saru 11-il operazzjoni tas-sider (tneħħija jew implants); isterektomija waħda; u żewġ orkiektomiji.

Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva — Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva - Ħaddiema fuq waiting list għal servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, jgħid kemm hemm persuni li jaħdmu fis-settur pubbliku jew fis-servizz pubbliku, ma’ dipartimenti jew entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru li bħalissa qed jistennew (fuq waiting list) biex jieħdu servizz ta’ child care qrib il-post tax-xogħol tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 15193.

Sptar Ġenerali ta' Għawdex — Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14550 u 14901 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Sptar Karin Grech — Hospital Activity Report

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 14551 u 14902 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Hospital Activity Report għall-Isptar Karin Grech għas-snin bejn l-2013 sas-sena 2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Muscular Dystrophy — Trattament

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewwa pajjiżna jingħatax trattament għall-kundizzjoni ta’ Muscular Dystrophy? Jekk le, jista’ jgħid jekk il-Gvern Malti jkoprix l-ispejjeż relatati biex dan it-trattament jingħata barra minn pajjiżna? Jista’ jgħid ukoll jekk il-Gvern Malti jkoprix spejjeż relatati oħra bħal mediċini, tagħmir u kura oħra relatati ma’ din il-kundizzjoni?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ġewwa pajjizna jingħata trattament għal muscular dystrophy. Minħabba li dan it-trattament jingħata hawn Malta, ma jintbaghtux persuni barra min Malta. Għall-aħħar mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16058.

Operazzjonijiet ta’ full knee replacement – Lista ta’ stennija

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi fuq il-lista ta' stennija biex jagħmlu l-operazzjoni ta' full knee replacement?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi pazjenti li qed jistennew knee replacement, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 1201.

Furjana — Ċentru tas-Saħħa – Servizzi li kellhom jitwaqqfu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jingħataw is-servizzi li kienu jingħataw fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Furjana u li kellhom jitwaqqfu minħabba li parti miċ-Ċentru tas-Saħħa ġiet ikkundannata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellent biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16340.

Settur tas-saħħa — Ħaddiema ta' nazzjonalità barranija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema ta' nazzjonalità barranija li ġew ingaġġati mas-settur tas-saħħa mis-sena 2018 sal-2023, maqsuma sena b'sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ persuni ġodda mhux ta’ nazzjonalità Maltija ngaġġati fis-snin imsemmija huwa kif ġej: 2018 - 60 2019 - 124 2020 - 77 2021 - 154 2022 - 119 2023 - 73

Settur tal-ortopedija – Konsulenti u tobba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent jaħdem fis-settur tal-ortopedija? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm tobba jaħdmu fis-settur?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li fl-Isptar Mater Dei hemm total ta’ 13-il Konsulent tal-Ortopedija. Ma’ dawn hemm 37 tabib f’dan id-Dipartiment.

Dijabete — Persuni dijanjostikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna preżentament hija dijanjostikata bid-dijabete f'Malta u f'Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li skont ir-reġistru kkumpilat mid-Direttorat għall-Informazzjoni u r-Riċerka fl-2023, bbażat fuq persuni ħajjin li fl-2020 jew 2021 kellhom riżultat tad-demm li jaqbel mal-kriterji internazzjonali għad-dijanjosi tad-dijabete, jew użaw xi servizz relatat mad-dijabete, inkluż attendenza f'xi waħda mill-kliniċi relatati jew inkella jużaw mediċini tad-dijabete mill-iskema tal-Ispiżerija tal-Għażla tiegħek, in-numru ta' dijabetiċi jammonta għal ftit aktar minn 46,000 persuna.

Dijabete — Reġistru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġi fis-seħħ ir-reġistru tal-pazjenti li jbatu bid-dijabete?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li diġà sar eżerċizzju ta' kumpilazzjoni ta' reġistru statiku ta' persuni li jbatu mid-dijabete bbażat fuq is-sistemi amministrattivi eżistenti bi preparazzjoni għall-istrateġija tad-dijabete li jmiss. Sadanittant beda l-proċess ta' procurement ta' sistema informatika li tkun tista' tmantni dan ir- reġistru b'mod regolari.

Pjan għal sptar ieħor

Question

Fid-dawl li l-Ministru tkellem fuq il-ħtieġa li jkun hemm sptar ieħor fil-pajjiż, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tiegħu għal dan u jgħid hemmx ippjanat li jinbena sptar ġdid ieħor, jitkabbar Mater Dei jew inkella jintuża Sptar San Luqa jew Sptar Boffa?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm katina ta’ inizjattiva u dawn ser jitħabbru fiż-żmien li ġej.

Sptar Boffa — Servizzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li preżentement jingħataw mill-Isptar Boffa? Jista’ jgħid ukoll x’inhuma l-pjani tal-Ministru fuq dan l-isptar?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sa minn diversi xhur ilu, ebda servizz mhu jingħata mill-Isptar Boffa. Ninsab infurmat ukoll li hemm proċess biex jiġi rilaxxat mill-Ministeru għas-Saħħa.

Ċimiterju tal-Addolorata — Xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ restawr qegħdin isiru fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata, f’Raħal Ġdid u jingħata rendikont ta’ dak li qiegħed isir?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat illi mill-2019 sa’ llum, tlesta’ r-restawr fuq dawn il-partijiet fiċ-Ċimterju tal-Addolorata hekk kif indikat hawn taħt: · Mezzanin tal-kustodju · Mezzanin tal-Amministrazzjoni · Loġġa · Ossarji · Depost · Kappella Gatt · Kamra mortwarja u ex-kamra tal-awtopsji u ex-kamra tal-għassies · Ex-diviżjoni profana · Il-ħajt diviżorju li jdawwar iċ-ċimiterju · Turġien prinċipali li wasslu mill-loġġa sal-Kappella · Ġibjetta · Kamra tal-għassies ma’ ġenb l-entratura ta’ wara · Via Crucis · Monument tas-Sette Giugno · Is-salib tal-entratura u x-xogħol gotiku tal-binjiet prinċipali · L-ossarji ġenerali tal-komun · Il-kripta (sotto la cappella) Dawn li ġejjin huma lista’ ta’ xogħlijiet ta’ restawr li għaddejjin bħalissa u li huwa skedat li jitlestew sal-aħħar tas-sena, dawn jinkludu: · L-entratura prinċipali minn naħa ta’ Raħal Ġdid · Il-Kappella prinċipali taċ-ċimiterju · Glasis ( Retaining Walls ) · L-entratura li tagħti għal bypass ta’ Santa Lucia minn naħa ta’ wara taċ-ċimiterju

Ċimiterju tal-Addolorata — Moniteraġġ fuq oqbra abbandunati jew delapidati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk huwiex isir moniteraġġ fuq oqbra abbandunati jew delapidati jew li qed jagħmlu ħsara lill-oqbra oħrajn fiċ-Ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid? Jekk iva, jista’ jingħata rendikont ta’ dak li qiegħed isir?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma jsirx monitoraġġ ta’ oqbra hekk indikati bħala abbandunati jew delapidati fiċ-ċimiterju tal-Addolorata f’Raħal Ġdid. Dan għax dawn l-oqbra huma privati u għaldaqstant ikkunsidrati bħala responsabbilità tas-sidien jew werrieta tal-qabar. Minkejja dan, meta l-uffiċċju tal-Amministrazzjoni tad-Dfin ikollu l-informazzjoni dwar xi ħsara li tkun qed issir, u jkollu l-kuntatt tas-sidien jew werrieta tal-qabar privat, dawn jiġu nfurmati dwar is-sitwazzjoni sabiex tiġi rranġata mill-aktar fis possibbli. Fir-rigward tal-oqbra komuni, il-manutenzjoni ssir mill-kumpanija li tmexxi l-Addoloratta bħala parti mill-konċessjoni li ngħatat lil din l-istess kumpanija fl-4 ta’ Frar 2019. Ninsab infurmat ukoll illi hemm stanti fejn oqbra jiġu ssiġillati fuq xewqa tas-sidien kif ikun indikat fit-testmenti rispettivi tagħhom. Ikun hemm stanti oħrajn fejn jew ma jibqgħax werrieta, jew il-werrieta ikunu siefru u għaldaqstant tali oqbra ma jibqgħux jintużaw mill-familjari.