Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — Servizz tal-Internet
Question
Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-Gvern mal-Ministeru inkluż s-segretarjat tal-Ministru li għandu servizz tal-Internet mhux provdut mill-MITTS? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li qed jitħallas kull xahar u minn liema service provider qed jingħata dan is-servizz?
Jista' l-Ministru jara li jiġu mnaddfa l-ġonna f'Tar-Rabbat il-Ħamrun u l-Belvedere fil-Marsa, partikolarment minħabba s-sejba ta' ħafna siringi użati fl-inħawi?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-postijiet imsemmija jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsilli rispettivi.Sadanittant id-Departiment tal-Indafa Publika bħal ma sar f’okkażjonijiet oħra se jinforma l-Kunsill Lokali u dawna jingħataw żmien sakemm iridu jnaddfu dawn is-siti u jekk dan ma jsirx, jintervjeni d-Dipartiment u ssir claim għal- ispejjeż.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8146 u 7401 u cioè: b'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 6165, minbarra n-nefqa ta' €174,821,49 għat-tiswija tal-klieb u l-qtates, jista' l-Ministru jgħid x'sar mill-€175,178,51 l-oħra? Kif tqassmu dawn il-flus, ma' liema NGOs u għal liema skopijiet speċifiċi?
Ġew ivvutati total ta' €350,000 (Lm150,000) għas-santwarji fil-budget 2008, bi ftehim mal-NGOs, nofshom għat-tiswija u n-nofs l-ieħor għal upgrading tas-santwarji biex f'sentejn jitlaħħqu standards adegwati skond regolamenti li għadhom ma ġewx ippubblikati.
Kunsill Lokali Raħal Ġdid — Dipartiment tax-xogħlijiet - shelter
Question
Peress li fl-aħħar jiem, waqt li ħaddiema tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet kienu qed jaħdmu fuq proġett tal-Kunsill Lokali tar-Raħal Ġdid, fl-inħawi ta Sant' Ubaldeska, nstab shelter tal-gwerra mqatta bl-idejn u li jinsab fi stat tajjeb, jista' l-Ministru jgħid jekk hemm xi ħsieb li ssir revizjoni tal-pjanti biex dan ix-shelter ikun jista' jiġi b'xi mod inkorporat fil-proġett għal din iż-żona?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Wara diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Finanzi, Ekonomija u Investiment, responsabbli mill-Artijiet hemm il-ħsieb li dan li dan ix-xelter jinfetah bħala attrazzjoni publika u qed tkun ikkunsidrata l-possibilta` li minn żmien għall-ieħor jintuza` għal wirjiet marbutin mat-tema tal-gwerra.Għaldaqstant id-Diviżjoni tax-Xogħlijiet ser tara li dan is-sit storiku jigi nkorporat fid-disinn tal- Pjazza.
Peress li bdiewa qed jilmentaw li qed isir tnaqqis ta' 25% mill-ammont ta' sussidju għat-tadam, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed isir dan it-tnaqqis?
Peress li bdiewa qed jilmentaw li qed isir tnaqqis ta' 25% mill-ammont ta' sussidju għat-tadam, jista' l-Ministru jgħid għaliex qed isir dan it-tnaqqis?
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-management plan tal-Park tal-Majjistral? Meta beda jitfassal u meta mistenni jitlesta? Min huma n-nies involuti fit-tfassil tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid meta mistennija jiġu fis-seħħ il-Building Energy Regulations?
X’kienu l-problemi li wasslu għal dewmien fl-ipproċessar tat-
tender
marbut max-xiri ta’
software
marbut mal- verifika ta’ dawn l-i
standards
?
Meta mistenni jkollna assessuri kwalifikati għal dawn l-
audit energy efficiency requirements
meta r-regolamenti oriġinali ilhom li ġew introdotti kważi tliet snin?
X’sar min-naħa tal-Ministeru
vis-a-vis
l-iżviluppaturi f’dawn l-aħħar snin biex jagħmilhom konxji tal-ħtieġa obbligatorja ta’dawn l-i
standards
kif ukoll tal-impatt negattiv li jista' jkollu fuq il-bini tagħhom jekk ma jiksbux
energy performance certificates
tajbin?
Pjazza San Gorġ — Proġett - informazzjoni dwar persuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-proġett ta' Pjazza San Gorġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' din il-persuna?
informazzjoni dwar il-koordinatur tal-kumitat tar-riabilitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid min hi l-pesuna maħtura bħala l-koordinatur tal-kumitat tar-riabilitazzjoni? Kemm titħallas din il-persuna? Jista' jpoġġi l-kuntratt tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet taz-zuntier tal-Knisja l-ġdida ta' Santa Venera, liema xogħol inbeda ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet u li prattikament intelaq wara li għaddiet l-elezzjoni. Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali — numru ta' karozzi/vetturi mikrija
Question
Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm huwa n-numru ta' karozzi/vetturi mikrija għall-użu tal-Ministeru tiegħu u dekasteri li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu? Kemm hija ċ-ċifra ta' flus kull xahar għal dawn il-ħteġijiet?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema kienu t-tipi differenti ta' patata li ġiet esportata din is-sena minn Malta? Lejn liema pajjiżi fil-fatt intbagħtet din il-patata? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk kienx hemm xi problemi partikolari, għal dik li hi kwalità ta' l-istess patata, b'riżultat tax-xitwa diffiċli li kellna din is-sena?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien l-ammont ta' laħam, f'majjal, ċanga, u laħam ta' kwalità oħra li fil-fatt inqatel fil-biċċerija matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena? Kif jitqabbel dan l-ammont mal-ammonti tal-istess tipi ta' laħam li nqatel fl-istess perijodu, fl-2006, 2007, 2008 rispettivament?
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex il-ftit ħamrija li hemm fl-inħawi tad-daħla ta' Buġibba, (ħdejn it-traffic lights) fil-fatt tinħadem u fiha jinżergħu xi pjanti li kapaċi jirreżistu d-dħaħen tal-vetturi li jkunu deħlin u ħerġin, kuljum minn dawn l-inħawi?
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-laħam tal-fenek f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nirreferi l-Onor Membru għat-tieni parti tar-risposta li kont tajt għall-mistoqsija Nru 3272.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-frott frisk f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jindika għal liema perjodu qed jagħmel il-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-ħaxix frisk f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jindika għal liema perjodu qed jagħmel il-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tat-tadam għall-ipproċessar f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-produzzjoni tad-tadam, mill-2004 sal-2008 kienet skond kif ġej:
Sena
Malta Kgs
Għawdex Kgs
2004
4,485,908
5,482,783
2005
3,600,000
4,223,099
2006
4,180,000
6,106,313
2007
3,225,000
5,425,425
2008
4,607,000
5,851,000
L-informazzjoni għal din is-sena għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tat-ġbejniet friski f'Malta u Għawdex fil-mument separatament? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem?