San Ġiljan — Triq Sant'Andrija - xogħlijiet fuq triq
Question
B'referenza għax-xogħlijiet li saru fi Triq Sant'Andrija f'San Ġiljan, jista' l-Ministru jispjega għaliex parti minn din it-triq qed terġa' tinqala' propju ftit xhur wara li ngħatat it-tarmak biex irranġaw xi livelli?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab informat li dawn ix-xogħolijiet qed isiru minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant nitolbu jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru ghat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.
Siġġiewi — Kappella tal-Lunzjata - xogħol ta' restawr
Question
Jista' l-Ministru jgħid fejn wasal ix-xogħol tar-restawr tal-Kappella tal-Lunzjata li tinsab fuq l-Għotja tas-Salib fis-Siġġiewi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Niforma lill-Onor. Interpellant, illi ninsab infurmat mid-Direttorat tar-Restawr, li l-investigazzjonijiet geoloġici li ngħatat spjegazzjoni dwarhom fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 12385 u 15363, bħala parti mill-proċess li eventwalment ser iwassal għar-restawr tal-Kappella tal-Lunzjata, issa twettqu. Dawn l-investigazzjonijiet għandhom l-għan li jiġu mifhuma aħjar il-movimenti ġeoloġiċi li qed iseħħu tul l-għolja u li maż-żmien ikkawżaw ħsarat kbar fl-istruttura tal-istess Kappella.
Fil-preżent bdew jitlestew testijiet tal-laboratorju li jistgħu isiru lokalment, u issa qed jitkompla l-proċess fejn uħud mill-kampjuni jintbagħtu l-Italja għal testijiet oħra speċjalizzati. Ġew installati ukoll fuq is-sit sistemi ta’ moniteraġġ (eż.: inclinometers) u qed jiġu studjati varjazzjonijiet u movimenti ġeoloġiċi fuq medda ta’ żmien. Il-fażi investigattiva hi mistennija li tieħu medda ta’ sena fl-intier tagħha. Dan eventwalment iwassal biex jiġi mfassal pjan għall-konsolidazzjoni ġeoteknika tas-sit u eventwalment jiġi mfassal ukoll pjan għar-restawr tal-Kappella tal-Lunzjata.
Qed isiru wkoll is-surveys arkitettoniċi li ser iwasslu biex kmieni s-sena d-dieħla, la darba l-fażi investigattiva tkun magħluqa, issir is-sottomissjoni meħtieġa għall-permessi tal-Awtorita’ tal-Ippjanar.
Kunsilli Lokali – Proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 9856, jista’ l-Ministru issa jagħtina risposta u jgħid xi proġetti relatati mal-Fondi tal-Unjoni Ewropea kiem hemm matul is-snin imsemmija u liema kunsilli lokali ibbenefikaw minnhom u kemm flus ibbenefikaw?’
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi din l-Informazzjoni għadha qed tinġabar, u tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Wirt, Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — karigi minn persuni barra s-settur pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-karigi fis-Segretarjat Privat tiegħu u tas-Segretarjat Parlamentari fi ħdan il-Ministeru tiegħu li l-persuni li jokkupawhom, ġew ingaġġati minn barra s-settur pubbliku?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-Segretarjat tiegħi tmintax (18)-il persuna ġiet impjegata minn barra s-Settur Pubbliku, li jokkupaw il-pożizzjonijiet ta’ Head of Secretariat, Private Secretary, Assistant Private Secretary, Secretariat Officer, Secretariat Pool, Secretariat Messenger u Personal Driver/ Officer.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15112, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudji neċessarji dwar il-Batterija Della Grazia sarux u jistgħux jitqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċessi neċessarji f’dan l-istadju għadhom għaddejin.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt inkluż id-dokumenti u l-pjanti kollha li jinsabu mehmuża miegħu u li permezz tiegħu l-Gvern Malti akkwista Villa Guardamangia fi Gwardamanġa, Tal-Pietà?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt, inklu¿ id-dokumenti u l-pjanti kollha, tal-akkwist ta’ Villa Guardamangia fi Gwardamanġa, Tal-Pietà.
Attachments:PQ 16454 - Tabella B .pdfPQ 16454 - Tabella A.pdf
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Kumitat Konsultattiv baqax jiltaqa’ u jekk iva, kemm-il darba ltaqa’ tul din is-sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Kumitat Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta baqa’ jiltaqa’. Matul din is-sena ltaqa’ 4 darbiet bħala Kunsill u darbtejn oħra bħala sotto-kumitat.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 15122 u jgħid jekk il-kundizzjonijiet kif kontenuti fl-Att Pubbliku tat-13 ta’ Ottubru 1988 li fih ġew trasferiti lil pajjiżna l-partiti tal-mużika komposta mill-Maestro li d-dettalji dawru qed jingħataw separatament, huwiex qiegħdin jiġu debitament osservati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati diretti jew indiretti oħra (inkluż pereżempju assistenza fuq marketing ta’ events jew kiri ta’ swali) lill-fondazzjoni Marigold Foundation u/jew il-fondazzjoni National Alliance for Rare Diseases Support u/jew lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu jew entitajiet u aġenziji fid-dekasteru tiegħu sena b’sena mill-2014 sad-data ta’ meta tingħata r-risposta, bid-deskrizzjoni ta’ kull wieħed, u l-ammonti relattivi?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Teatru Manoel ipprovda b’xejn stage lill-Fondazzjoni Marigold matul żewġ kunċerti li saru f’Marzu 2017 u Ottubru 2019.
Barra min hekk, l-Orkestra Filarmonika Maltija organizzat avveniment u wara li nqatgħu l-ispejjeż involuti biex jittella l-avveniment, il-kumplament tal-fondi ngħataw bħala donazzjoni lill-Marigold Foundation li tammonta għal €3,500. Ta’ min jirrimarka li dawn il-flejjes huma indirizzati lil għaqdiet li jaħdmu ma’ pazjenti b’mard rari.
Jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk il-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-Istat wara il-ħin tal-iskola u jekk dan is-servizz huwiex jingħata lilhom bla ħlas?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13480, jista’ l-Ministru jgħid kemm u fuqiex kienu l-ilmenti u s-suġġerimenti tar-residenti ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li jżommu records ta’ dawn l-ilmenti/suġġerimenti?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15298, jista’ l-Ministru jgħid x’konsultazzjonjiet saru mal-Kunsilli Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta sabiex ix-xogħol inkwistjoni jseħħ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor.Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Paola ltaqa’ mal-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta' Malta matul din is-sena, fuq din il-materja.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġibiet li ngħataw għall-Mistoqsijiet Parlamentari numri 11599 u 11383, li għamel hu stess f’Ottubru tas-sena li għaddiet. Hekk kif tinġabar l-informazzjoni ulterjuri mitluba minnu, din tkun tista’ tingħata wkoll.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — sponsorships/grants mogħtija
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata tal-isponsorships/grants kollha li ngħataw minn xi dipartiment jew entità fil-Ministeru tiegħu sena b’sena, mis-sena 2015 ‘il hawn u għal kull sponsorship/grant jgħid kemm kien l-ammont, min kien il-benefiċjarju, x’kien il-proġett/inizzjattiva u meta ngħatat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ħaddiema barranin li qed jaħdmu mal-kunsilli lokali
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16020 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ ħaddiema barranin li oriġinarjament kienu jaħdmu fil-qasam turistiku u issa qed jitħallsu mill-Gvern Malti biex ikunu għajnuna għall-kunsilli lokali? Jista’ jgħid f’liema kunsilli lokali qed jaħdmu dawn il-ħaddiema barranin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Marsalforn – Triq il-Qbajjar – problema tad-drenaġġ jew ilma maħmuġ
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex ser isolvi b'mod permanenti l-problema ta' drenaġġ jew ilma maħmuġ u jinten li qed jiskula u ilu jiskula għal żmien twil, fi Triq il-Qbajjar ġewwa Marsalforn b'inkonvenjent qawwi għar-residenti u l-pubbliku? Jista' jispjega wkoll meta l-Kunsill imsemmi ser inaddaf din l-istess triq mill-ħmieġ ta' kull xorta li fiha, mhux lanqas mill-ħafna żrar u trabijiet li jirriżultaw minn patching mhux adekwat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex li l-materja dwar id-drenaġġ ma taqax fil-kompetenza tal-Kunsilli Lokali.
Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex bgħat ittra bl-avukat tal-Kunsill flimkien ma' ritratti ta' l-ilma lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, lid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali, lill-Ministeru għal Għawdex u Awtoritajiet oħrajn sabiex tittieħed azzjoni.
Il-ħsara li qed issir lill-
patching
huwa konsegwenza tal-problema ta' l-ilma. Għaldaqstant, din tiġi solvuta wara li tissolva l-problema tad-drenaġġ.
Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — first aiders kwalifikati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm First Aiders kwalifikati fil-Ministeru u fid-dipartimenti/entitajiet kollha li jaqgħu taħtu u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li hemm 88 First Aiders ċertifikati fi ħdan id-dekasteru tiegħi.
L-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva tinsab hawn taħt:
Isem tad-Dipartiment/Entità
Total ta’ first aiders ċertifikati
Heritage Malta
29
Spazju Kreattiv
1
Valletta Cultural Agency
2
Malta Philharmonic Orchestra
8
Id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali
9
Id-Direttorat tal-Kultura
1
Id-Direttorat tar-Restawr
23
Arkivji Nazzjonali ta’ Malta
5
Malta Libreries
3
Festivals Malta
4
Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali
3
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 15607, jista’ l-Ministru jwieġeb id-domanda fejn intqal li l-infjorata rawha 88,000 ruħ madwar id-dinja, u jagħti r-readings uffiċjali li tikkonferma dan, u minn liema pajjiżi rawha?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Valletta Cultural Agency (VCA) illi rigward il-figura msemmija’ ta’ 88,000 ruħ, din ġiet ikkomunikata lill-VCA mill-operatur tal-webcam wara li ġiet irreġistrata fuq l-istess webcam waqt li din kienet qed trittrażmetti live. L-operatur tal-webcam għarraf lill-VCA wkoll illi l-vi¿itaturi kienu minn madwar id-dinja kollha, speċjalment mill-Awstralja. Peress li l-webcam issa ġiet skonnettjata, mhux possibbli aktar li jinġabar qari uffiċċjali minnha.