Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 11 PQ #1184 Sitting 23 2008-06-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Rabat — Għar Barka

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga kif jistgħu jsiru l-kuntratti tas-sidien residenti fil-plots ta' Għar Barka, r-Rabat Malta u dan għar-raġuni li ilhom fuq bażi ta' konvenju sa mis-snin 80?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li l-kuntratti li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ma jistgħux jiġi konklużi qabel ma l-Awtorita’ tad-Djar ikollha t-titolu ta’ l-art li fuqhom huma mibnija r-residenzi.
Leg 11 PQ #1204 Sitting 23 2008-06-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Politika Soċjali — Vetturi ġodda

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1018 u jgħid kemm kien in-nurmu ta' karozzi/vetturi ġodda li nxtraw mill-ministeru, dipartimenti u dekasteri oħra li jaqgħu taħt il-ministeru tiegħu matul l-ewwel 5 xhur ta' din is-sena? Kemm kienet iċ-ċifra ta' flus globali li swew dawn il-karozzi/vetturi?

Response (DALLI, JOHN)

Infurmat li ma nxtrat ebda vettura għall-Ministeru tiegħi fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena. Ninsab infurmat ukoll li fid Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, matul l-imsemmi perijodu, inxtraw tnax-il karozza għas-somma totali ta' €113,571.

Mater Dei — Emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li jiġi jiswa' fuq medja kull pazjent li jidħol l-emerġenza ta' l-isptar Mater Dei? Kemm tiswa lill-istat fuq medja kull vista bħala emerġenza fiċ-ċentri tas-saħħa? Jekk hemm differenza, għaliex?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni kif mitluba mill-Onorevoli Interpellant ma tinżammx. Bħala gwida nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi għall-Avviż Legali Nru 201 ta’ l-2004 bit-titolu “Regolamenti ta’ l-2004 dwar Drittijiet għal Kura tas-Saħħa” dwar tariffi applikabbli għal persuni barranin li jużaw is-servizzi tas-saħħa f’Malta.

Formularju tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa fin-numru l-istaff professjonali li jieħu ħsieb "full-time" li jaġġorna l-formularju tal-Gvern u protokolli speċifiċi fejn jidħlu l-mediċini li jistgħu jingħataw minn fuq il-kartuna s-safra b'xejn lill-poplu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li d-Direttorat li taħtu sar jaqgħa xogħol bħal ma hu l-aġġornar tal-formularju tal-Gvern u protokolli speċifiċi għall-użu ta' mediċini b'xejn huwa id-Direttorat tal- Politika Farmaċewtika u Moniteraġġ fi ħdan id-Direttorat Ġenerali ta' l-Istrateġija u Sostennibilita'. Dan id-drettorat huwa pjuttost ġdid u magħmul minn direttur, assistent direttur (reduced hours), spiżjara (reduced hours) u spizjara full-time. F'dan id-direttorat hemm ħafna xogħol ieħor li jinkludi: · l-aġġornar tal-lista tal-formularju tal-Gvern bl-introduzzjoni ta' mediċini ġodda, aġġornar ta' protokolli u anke tneħħija minn fuq il-formularju ta' mediċini li għalihom m'hemmx aktar użu. · aġġornar ta' speċifikazzjonijiet għax-xiri tal-mediċini li jintużaw u jinagħtaw b'xejn mis-servizzi tal-gvern. · monitoraġġ ta' konsumi ta' mediċini partikolari għall-iskop ta' kontrolli ta' nefqa. · assessar tal-effettivita relattiva ta' mediċini ġodda. · proċess ta' abbinament tal-kondizzjonijiet kroniċi li jaqgħu taħt l-iskeda V jew il-kartuna r-roża u l-mediċini tal-formularju li jistgħu jingħataw għal kull kondizzjoni. · networking mal-Unjoni Ewropea Id-direttorat iservi wkoll punt ta' referenza teknika ma' diversi sezzjonijiet oħra tal-Ministeru tal-Politika Socjali bħal ma huma is-Servizzi Farmaċewtiċi tal-Gvern, is-Servizzi Kliniċi, Tobba u Speċjalisti fl-iptarijiet u kliniċi tal-Gvern li magħhom isiru laqgħat regolari. Id-direttorat jieħu ħsieb li ikollu laqgħat ukoll ma membri tal-industrja farmaċewtika Maltija. Dan ix-xogħol kollu jsir minn nies tekniċi imsemmija hawn fuq u huwa maqsum bejn il-membri kollha kemm minħabba li l-membri huma ftit u kemm ukoll għall-iskop ta' kontinwazzjoni fis-servizzi.

Kartuna safra — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista bl-ismijiet ta' kemm-il mediċina ntalbet li titniżżel biex tkun tista' tibda tingħata minn fuq il-kartuna s-safra matul is-snin 2006 - 2008? Liema talba saret mill-market authorisation holder u minn konsulenti li jaħdmu fis-servizzi tas-saħħa? Kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa u kemm ma ġewx? Għaliex ġew milqugħa u għaliex ma ġewx?

Response (DALLI, JOHN)

Informat illi rikjesti simili għal dawk li qed jirreferi għalihom l-Onor Interpellant huma kostanti, ma naħsibx li għandna noqgħodu ngħatu dawn id-dettalji li jisgħu iservu biss biex tiżdied il-pressjoni fuq dawk li qegħdin jamministraw is-sistema fil-limiti tar-riżorsi li għandhom. Ninforma lill-Onor Interpellant li r-reviżjoni tal–formularju huwa proċess kontinwu u kostanti. Il-lista tal–formularju tal-gvern hija aċċessibli għall-pubblikki fuq il-link http://www.sahha.gov.mt/pages.aspx?page=740 waqt li l-lista tal-protokolli fuq http://www.sahha.gov.mt/pages.aspx?page=739 .
Leg 11 PQ #1118 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Samples ta' ilma baħar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar in-numru ta' samples ta' ilma baħar li ttieħdu kull xahar minn Jannar sa Mejju matul il-kosta minn Baħar iċ-Ċagħaq sal-Ġnejna? Minn kemm-il post differenti jittieħdu dawn is-samples? B'liema frekwenza jittieħdu?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat illi l-istaġun ta’ l-għawm huwa regolat permezz ta’ Att Legali dwar il-Kwalita’ ta’ l-Ilma għall-Għawm ta’ l-2003 (A.L. 380 ta’ l-2003). L-istaġun uffiċjali ta’ l-għawm huwa bejn it-tielet ġimgħa ta’ Mejju u t-tielet ġimgħa t’Ottubru. Għaldaqstant minn Jannar sat-tieni ġimgħa ta’ Mejju ma jittieħdu l-ebda kampjuni ħlief għall-prova waħda li ssir qabel jiftaħ l-istaġun (pre-season). Din saret bejn il-5 ta Mejju u 8 ta’ Mejju u f’dik il-gimgħa ittieħdu madwar 87 kampjun minn madwar Malta u Għawdex, b’34 minn dawn il-kampjun jittieħdu miż-żona bejn Baħar iċ-Ċagħaq u l-Ġnejna (jiġiefieri t-Tramuntana ta’ Malta li teskludi Għawdex). Dawn l-istess ammonti jittieħdu kull ġimgħa waqt l-istaġun ta’ l-għawm. F’Mejju ittieħdu ukoll żewġs rawnds oħra ta’ kampjuni, jiġieferi fil-ġimgħa li tibda 19 ta’ Mejju u dik li tibda 26 ta Mejju. Għaldaqstant it-totali għal Mejju miż-żona indikata mill-Interpellant huwa ta’ 102 kampjuni. Ser inpoġġi lista fuq il-Mejda tal-Kamra rigward iż-żoni fit-Tramuntana ta' Malta.
Leg 11 PQ #1121 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Spiżjar ta' l-għażla tiegħek

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif miexja l-iskema ta' l-ispiżjar ta' l-għażla tiegħek fil-lokalitajiet tas-7, 11 u 12-il distrett fejn dan ġie nitrodott? Jista' jagħti tagħrif dwar meta l-lokalitajiet kollha ta' Malta jibdew jibbenifikaw minn din l-iskema?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li l-iskema ta’ l-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek diġa’ bdiet titħaddem f’diversi lokalitajiet, fosthom:- fis-7 Distrett: f’Ħad-Dingli, Mġarr, Mtarfa, u Rabat – numru ta pazjenti registrati huwa 3921; fil-11-il Distrett: Attard u Mosta – numru ta pazjenti registrati huwa 4929 u fit-12-il Distrett: Mellieħa, Naxxar, San Pawl il-Baħar, Qawra u Bugibba – numru ta pazjenti registrati huwa 5364. F’Ħal Balzan – parti mill-11-il Distrett, 361 pazjent diga irregistraw fl-iskema u it-tqassim tal-medicini mill-izpizeriji privati se tibda fl-14 ta’ Lulju li ġej. Fil-lokalita’ ta’ Ħaż-Żebbuġ (Malta), li huwa parti mis-7 Distrett, ir-reġistrazzjoni għall-iskema se tiftaħ fl-aħħar ta’ Settembru. L-iskema ta’ l-Ispiżerija ta’ l-Għażla Tiegħek se tkun estiża f’Malta kollha sa April tas-sena d-dieħla.
Leg 11 PQ #1192 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Kancer tal-pulmun

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mietu ċittadini Maltin u Għawdxin bil-kanċer tal-pulmun f'dawn l-aħħar ħames snin?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li bejn l-ewwel ta’ Jannar 2003 u l-aħħar ta’ Diċembru tas-sena 2007 ġew irreġistrati li mietu total ta’ 632 persuna kawża tal-kanċer tal-pulmun f’residenti ta’ Malta u Għawdex. It-tabella hawn taħt turi din l-informazzjoni sena b’sena. Mwiet kaw ż a tal-kanċer tal-pulmun bejn is-sena 2003 u s-sena 2007 Sena Mwiet 2003 127 2004 123 2005 122 2006 134 2007 126 Total 632
Leg 11 PQ #1245 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Interim From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Overdoses

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu każijiet ta' drug overdoses xahar b'xahar matul dawn l-aħħar 24 xahar fl-isptarijiet San Luqa u Mater Dei? X'kienu l-etajiet medji ta' dawn il-pazjenti? Kemm kien hemm overdoses minn drogi illeċiti u kemm kien hemm overdoses b'tehid ta' mediċini li jkunu qed jintużaw għall-kura?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 11 PQ #1246 Sitting 22 2008-06-24 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Coronary Artery By-Pass Surgery

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-ammont ta' operazzjonijiet ta' Coronary Artery By-Pass Surgery li saru matul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena? Kemm minn dawn il-pazjenti kienu rġiel u kemm kienu nisa? X'kienet l-eta' medja tal-pazjenti rġiel u dawk nisa:? Kemm tiġi tiswa tali operazzjonijiet ras għal ras? X'inhi l-inċidenza ta' mortalita' wara dawn l-interventi?

Response (DALLI, JOHN)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Tqassim ta' djar

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 670 u jagħti statistika ta' kemm tqassmu djar/plots/flats lill-poplu bejn Jannar 2007 u Jannar 2008 bħala skemi tal-Housing? Liema huma dawn l-iskemi? Jista' jgħid jekk hemmx xi skema li mhux kulħadd huwa ntitolat għaliha?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab informat li fil-perjodu speċifikat mill-Onor. Interpellant, id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorita' tad-Djar qassmu 190 appartament bil-kera. Matul l-istess żmien, l-Awtorita' allokat 259 post taħt it-tieni ħarġa ta' Shared Ownership. L-iskemi ta' l-Awtorita' tad-Djar huma miftuħa għall-pubbliku in ġenerali u huma suġġetti għall-kundizzjonijiet rispettivi kif jiġu ppublikati fuq il-Gazetti tal-Gvern.
Leg 11 PQ #1065 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: CENSU GALEA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Burmarrad/Qawra — Appartamenti/Garages

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk għadx fadal appartamenti/maisonettes li ħarġu għall-bejgħ/kiri f'xi waħda mill-ħarġiet passati ta' l-Awtorita' tad-Djar u li għadhom ma ġewx allokati f'Burmarrad/Qawra? Hemm xi garages/ħwienet li wkoll ħarġu iżda għadhom ma ġewx allokati? Jekk iva, fejn?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita’ tkun tista’ tgħid kemm fadal appartamenti/maisonettes li ħarġu għall-bejgħ li għadhom ma ġewx allokati f’Burmarrad/Qawra wara li tlesti l-eżerċizju tar-Ri-allokazzjoni ta’ l-applikazzjonijiet taħt l-iskema tax-Shared Ownership 3. Dan l-eżerċizzju għandu jkun lest sa l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Ninsab informat ukoll li l-Awtorita’ għandha garaxx Burmarrad u 2 il-Qawra li għadhom ma ġewx allokati.
Leg 11 PQ #1078 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Mosta — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri tas-Saħħa, fil-Mosta, matul l-ewwel 5 xhur tas-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Informat li t-total ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi tac-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta minn Jannar sa Mejju bejn l-2003 u l-2008 hu kif jidher fit-Tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2008 għadha qed tinġabar. Għalhekk ser tingħata statistika għall-ewwel erba’ xhur tas-sena.
Leg 11 PQ #1079 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Qormi — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri tas-Saħħa f'Hal Qormi matul l-ewwel 5 xhur tas-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2008 għadha qed tinġabar. Għalhekk ser tingħata statistika għall-ewwel erba’ xhur tas-sena. It-total ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi tac-Ċentru tas-Saħħa f’Ħal Qormi minn Jannar sa Mejju bejn l-2003 u l-2008 huwa mniżżel fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1080 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Bormla — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri tas-Saħħa f'Bormla, matul l-ewwel 5 xhur tas-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2008 għadha qed tinġabar. Għalhekk ser tingħata statistika għall-ewwel erba’ xhur tas-sena. It-total ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi tac-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla minn Jannar sa Mejju bejn l-2003 u l-2008 huwa mniżżel fit-Tabella li ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1081 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Birkirkara — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li għamlu użu mis-servizzi taċ-Ċentri tas-Saħħa f'Birkirkara matul l-ewwel 5 xhur tas-sena, xahar b'xahar? Jista' jipprovdi l-istess tagħrif għall-istess perjodu għal dawn l-aħħar 5 snin, sena b'sena? Kemm minnhom kienu anzjani?

Response (DALLI, JOHN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika għax-xahar ta’ Mejju 2008 għadha qed tinġabar. Ghalhekk ser tingħata statistika għall-ewwel erba’ xhur tas-sena. It-total ta’ persuni li għamlu użu mis-servizzi tac-Ċentru tas-Saħħa f'Birkirkara minn Jannar sa Mejju bejn l-2003 u l-2008 huwa mniżżel fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal addottati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li ġew addottati sena b'sena fl-aħħar għaxar snin? Minn liema pajjiż ġew it-tfal li ovvjament ma ġewx addottati minn Malta stess?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tfal li ġew fostered

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li ġew fostered sena b'sena f'dawn l-aħħar għaxar snin? Kemm huwa l-kumpens finanzjarju li jagħti l-istat lil dawk il-ġenituri li jidħlu għall-fostering?

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li foster parents ikollhom dritt għal €40 fil-ġimgħa, bħala Children in Care Allowance imħallsa skond l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali, għal kull tifel jew tifla li jkollhom f’affidament. Din l-Allowance tibqa' titħallas sakemm it-tifel jew tifla li dwarhom tkun qed titħallas ikollhom 18-il sena jew jibdew jaħdmu. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 11 PQ #1111 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

NGO's — Għaqdiet volontarji

Question

No question text.

Response (DALLI, JOHN)

Ninsab infurmat li s’issa kien hemm 61 organizzazzjoni volontarja li applikaw biex jiġu reġistrati mal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji. Dawn l-organizzazzjonijiet huma kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li 33 minn dawn l-organizzazzjonijiet ingħataw ċertifikat ta’ għarfien u t-28 applikazzjoni l-oħra qed jiġu proċessati. Dwar it-Tieni Parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li l-permessi li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant kienu joħorgu mill-Pulizija.
Leg 11 PQ #1113 Sitting 21 2008-06-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru għall-Politika Soċjali

Tobba

Question

B'referenza għal mistoqsija parlamentari 440, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-oqsma li tobba Maltin ser ikunu jistgħu jispeċjalizzaw fihom hawn Malta? Jista' jgħid jekk dan l-ispecialist training hux ser jsir ma' sptar jew istituzzjoni barranija u jekk hux se jkun akkreditat?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi l-oqsma li t-tobba Maltin jistgħu jispecjaliżżaw fihom hawn Malta. Infurmat li hemm il-ħsieb li jsir taħriġ f’oqsma oħra fil-futur. Parti mit-taħriġ isir lokalment filwaqt li taħriġ ieħor isir fi sptar jew istituzzjoni barranija skond il-programm ta’ spacjaliżżazzjoni. It-taħriġ isir skond kif mitlub mill-UEMS (European Union of Medical Specialists) u d-Direttiva 2005/36 (Mutual recognition of Professional Qualifications). Dan it-taħriġ jiġi akkredittat mill-i Specialist Accreditation Committee u jkun rikonoxxut fl-Unjoni Ewropeja.