Billi numru ta' sinjali tat-traffiku li hemm fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar spiċċaw imdawrin bil-maqlub ta' kif suppost ikunu u numru ieħor minnhom tilfu l-kulur tagħhom, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dawn it-tabelli jiġu rranġati jew mibdula skont kif inhu meħtieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dawn it-tabelli ġew rraportati u saret talba għal kwotazzjoni għal dawn ix-xogħlijiet. Dan ix-xogħol mistenni jinbeda wara li ssir l-aġġudikazzjoni meħtieġa
Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta — ilmenti dwar l-antennae
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każijiet ta' investigazzjonijiet li għamlet l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta dwar ilmenti li saru lilha dwar l-antennae tal-komunikazzjonijiet tal-mobile telephony f'Malta u f'Għawdex matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena? F'liema lokalitajiet kienu l-antennae li dwarhom saru l-ilmenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta' Settembru 2010, l-Awtorita' tal-Komunikazzjoni investigat erbgħa u tletin (34) ilment li saru lilha dwar l-antennae tal-komunikazzjoni tal-mobile telephony. Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' dawn il-lokalitajiet.
Transport Malta — tender għal xogħol ta' bankina f'Burmarrad
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq il-bankina fit-triq prinċipali ta' Burmarrad, li xi żmien ilu kellha toħroġ tender biex il-bankina ssir minn Transport Malta? Kemm hu mistenni li tqum din il-bankina?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li t-tender għaddej mill-proċess tal-aġġudikazzjoni skont il-proċeduri. Ix-xogħol jinbeda wara li jitlesta l-proċess neċessarju kollu. Ix-xogħol imsemmi huwa stmat li jammonta għal €19,500.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-razzjonal li wassal lill-istess gvern li jbiddel is-sistema tal-liċenzji tal-karozzi u għamel sistema fejn iktar ma tkun antika l-karozza iktar trid tħallas liċenzja? Jista' jgħid allura fejn u f'liema proġetti l-gvern beħsiebu jagħmel użu minn dawn il-flus?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Valletta — Pjazza San Ġorġ - parking għall-persuni b'diżabilità
Question
Peress li meta Pjazza San Ġorg Valletta ġiet riabilitata tneħħew iż-żewġ parkings għal persuni b'diżabilità u tqiegħdu minflokhom tnejn oħra fil-qrib, jista' jgħid fejn tpoġġew u għaliex intgħażel dak il-post?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ż-żewġ parking bays li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant ġew rilokati fi Triq l-Ifran fil-kantuniera ma' Triq l-Arċisqof. Il-post ġie magħżul bħala l-eqreb żona viċin Pjazza San Ġorġ.
Valletta — Triq Melita - parkeġġ għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir miż-żewġ postijiet ta' parkeġġ għal persuni b'diżabilità li kien hemm, sa ma nqalgħet l-art fi triq Melita kantuniera ma triq id-Dejqa, Valletta? Japprezza li dawn kienu użati anke prinċipalment minn ħaddiema b'diżabiltà li huma dejjem imħeġġa li jkunu kemm jista' jkun awtosuffiċjenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-uniku parkeġġ li kien hemm fiż-żona imsemmija mill-Onor. Interpellant u li kien tneħħa temporanjament sakemm saru x-xogħlijiet ta’ pavimentar fl-istess żona, reġa’ ngħata lura u llum hu riservat għall-istess għan.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex minkejja r-rapporti li saru lil Transport Malta il-pelican lights li hemm fi Vjal ir-Rihan, San Ġwann ilhom mitfija tmien ġimgħat u lir-residenti li lmentaw qalulhom li m'għandhomx light controllers in stock?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li Transport Malta qed tistenna parti mill-apparat jasal lura wara li ntbagħat barra minn Malta għall-manutenzjoni meħtieġa. Intant tajt direttivi lil Transport Malta biex jieħdu miżuri biex fil-futur jevitaw dewmien bħal dan.
Fgura — Pjazza Patri Redent Gauci - problema ta' ilma
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex tissolva l-problema akuta ta' ilma li hemm fi Pjazza Patri Redent Gauci l-Fgura u fit-triq tal-madwar? X'qed isir biex tissolva l-problema akuta ta' rwejjaħ ta' drenaġġ li toħroġ fl-istess żona minn spuction li tinsab fi Pjazza Redent Gauci l-Fgura?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-materja in kwistjoni ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid mit-1 ta’ Jananr 2005 lil hawn kemm-il darba il-parkeġġ ta’ fejn il-Fosos tal-Furjana ngħalaq minħabba attivitajiet li kellhom isiru fih jew fuq il-Fosos tal-Furjana?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-volumi tal-ipoteki, insinwi u riferenza li huma dokument pubbliċi huma kollha u dejjem aċċessibbli għall-pubbliku fil-ħinijiet uffiċjali tal-ftuħ fir-Reġistru Pubbliku? Jista' jgħid jekk dawn humiex aċċessibbli dejjem u mingħajr ħlas għal min irid iwettaq spezzjoni tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-provvedimenti tar-Regolamenti tal-2010 dwar l-Ispezzjoni u Riċerki fir-Reġistru Pubbliku li jipprovdu kif u meta jista jsir spezzjoni u l-ħlasijiet relattivi.
Jista' l-Ministru, flimkien mal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u mal-Prim Ministru jara li l-informazzjoni li għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar l-artijiet tgħaddi kemm jista' jkun malajr għand il-Land Registry biex il-persuni li jużaw dawn il-pjanti u l-professjonisti li jridu jagħtu l-pariri tagħhom jitħaffilhom ix-xogħol u jkunu iktar korretti fl-informazzjoni li jagħtu?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jiċċara għal-liema informazzjoni li għandha l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-kaz li persuna li tixtri karozza antika u għalhekk tibda tħallas liċenzja għolja, jekk din l-istess persuna tbiddel il-magna li allura tniġġes inqas, din il-persuna tikkwalifika biex tibda tħallas inqas liċenzja?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li meta vettura bil-mutur, li tkun diġà rreġistrata ma’ Transport Malta, tinbidlilha l-magna b'waħda ġdida jew użata, din il-vettura tikkwalifika għal ħlas ta’ liċenzja ta’ ċirkolazzjoni applikabbli skont is-CO2 jew tal-Particulate Matter ta’ dik il-magna.
Jekk il-klijent jipprovdi ċertifikat ta’ emmissionijiet ta’
CO
2
jew
Particulate Matter
inqas mil-magna oriġinali u dan iċ-ċertifikat ikun maħruġ minn eżaminatur awtorizzat jew faċilità tal-ittestjar akkreditata din il-vettura tkun tikkwalifika għal ħlas ta’ liċenzja mnaqqas.
Jista' l-Minsitru jgħid jekk il-linji mmarkati ta' Triq Pawlu Grech, l-Iklin humiex pprovduti u awtorizzati mill-awtoritajiet kkonċernati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-linji fit-triq in kwistjoni m'humiex kif approvati minn Transport Malta f'Jannar 2010. Jien infurmat ukoll li qed isiru diskussjonijiet mal-kunsill lokali f'dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid x'politika għandu l-gvern biex jiżviluppa park and rides ġodda f'pajjiżna? F'liema lokalità għandu ħsieb li jiżviluppahom?
Response (GATT, AUSTIN)
Il-politika tal-gvern hi li jintroduċi aktar park & rides ġewwa pajjiżna u dan bil-għan li permezz ta’ dawn il-miżuri jitnaqqas kemm it-traffiku, kif ukoll titnaqqas il-problema ta’ parkeġġ. Faċilitajiet bħal dawn ġeneralment jiġu lokalizzati f’ċentri fejn ikun hemm spazji biżżejjed għal parkeġġ. Għaldaqstant, is-sit ta’ fejn il-park & rides jiġu lokalizzati irid ikun faċilment aċċessibli kemm minn vetturi ġejjin minn toroq arterjali, kif ukoll minn vetturi ġejjin minn toroq oħra. Il-park & rides iridu jkunu servuti b’mezz ta’ trasport pubbliku lejn u minn l-inħawi tal-madwar.
Infurmat li preżentament, il-gvern huwa kommess li jipprovdi żewġ faċilitajiet ġodda ta’
park & rides
. Dawn ser ikunu ġewwa l-Luxol, li se jipprovdi parkeġġ għal 577 vettura, u ieħor ġewwa l-Marsa li se jipprovdi parkeġġ għal 312-il vetturi. Il-
park & ride
li jinsab ġewwa l-Furjana se jiġi estiż bi 391 spazji ġodda ta’ parkeġġ.
Jista’ l-Ministru jgħid sarx l-istudju li kien ħabbar dwar l-istallazzjoni tal-speed cameras u jekk fl-affermattiv x’inhi l-policy il-ġdida? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti u kif dawn jinkwadraw fil-policy il-ġdida jekk din saret u qed tiġi attwata?
Response (GATT, AUSTIN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20458.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' talbiet mill-Kunsilli Lokali ta' Ħ'Attard, Ħal Balzan, ir-Rabat, Ħad Dingli, l-Imtarfa, l-Imġarr, in-Naxxar, il-Mellieħa, il-Mosta, l-Għargħur u San Pawl il-Baħar għat-tqegħid ta' traffic calming devices (sleeping policemen) matul l-2009 u l-2010 (sa Settembru)? Kemm minn dawn it-talbiet, lokal b'lokal ġew approvati?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla ix-xogħol fuq it-Triq Patri Avertan Fenech il-Mosta u li kienet fuq il-lista ta' toroq li kienet għamlet l-Awtorità dwar it-Trasport u li kellhom isiru bejn l-2006 u l-2008? Meta se jitkompla ix-xogħol fuq din l-imsemmija triq?
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija Loqus li huwa involut fiha l-persuna, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, ħaditx xi kuntratt ta' e-forms mal-MITA? Jekk iva, kienx direct order u x' kien l-ammont tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li fid-29 ta' Mejju 2009, l-MITA ppublikat Tender għall-Provision of Online e-Forms and Related Services. Il-konsorzju TecServ, rebaħ it-tender maħruġ mill-MITA għall-valur ta' €987,936. Dan il-konsorzju huwa magħmul mill-kumpanija Loqus Solutions u mill-kumpanija Systec Ltd.