Ċentru tal-Università — Ix-Xewkija – xogħlijiet fuq l-estensjoni
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4372, 6381, 7410 u 9266 u ċjoè: B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2543 dwar ix-xogħlijiet fuq l-estensjoni taċ-Ċentru tal-Università fix-Xewkija, Għawdex, jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija kollha kemm hi (intiera) u jgħid din l-estensjoni meta hu maħsub li tkun lesta minn kollox u tibda tintuża? Jista' jgħid ukoll meta nbeda x-xogħol fuqha?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel primarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8996, 9385 u 9894 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell primarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Skejjel Sekondarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9176, 9386 u 9895 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel, u kapijiet ta' skejjel fil-livell sekondarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom, matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9139, 9394 u 9896 u jgħid fejn jinsabu ċ-Ċentri S.T.E.A.M.? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'kull ċentru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Żejtun – skejjel primarji — studenti li kellhom bżonn l-għajnuna ta’ LSA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jattendu l-iskejjel primarji taż-Żejtun fis-sena akkademika li għaddiet li kellhom bżonn l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm kien hemm effettivament LSAs u kemm kien hemm studenti mhux provduti b’LSA?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel imsemmija, 85 student kellhom il-ħtieġa ta’ sapport, fejn kollha ġew provduti bis-sapport permezz ta’ 70 LSE.
Wied il-Għajn – skejjel primarji — studenti li kellhom b¿onn l-għajnuna ta’ LSA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jattendu l-iskejjel primarji ta’ Wied il-Għajn fis-sena akkademika li għaddiet li kellhom bżonn l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm kien hemm effettivament LSAs u kemm kien hemm studenti mhux provduti b’LSA?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel imsemmija, 69 student kellhom il-ħtieġa ta’ sapport, fejn kollha ġew provduti bis-sapport permezz ta’ 60 LSE.
Marsaxlokk – skola primarja — studenti li kellhom b¿onn l-għajnuna ta’ LSA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jattendu l-iskola primarja ta’ Marsaxlokk fis-sena akkademika li għaddiet li kellhom bżonn l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm kien hemm effettivament LSAs u kemm kien hemm studenti mhux provduti b’LSA?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija, 21 student kellhom il-ħtieġa ta’ sapport, fejn kollha ġew provduti bis-sapport permezz ta’ 16 LSE.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk tfal taħt l-Iskema 9 humiex intitolati għal ħaġa waħda biss minn dawn li ġejjin:
i. kolazzjon;
ii. stationery; jew
iii. uniformi?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li filwaqt li l-kollazzjon mhuwiex parti mill-Iskema 9, dan jiġi offrut permezz tal-breakfastclub lil dawk it-tfal kollha li jaslu l-iskola kmieni u jirregistraw ghal dan is-servizz.
It-tfal kollha eliġibbli minn Skema 9 huma ntitolati għal stationery u għall uniformi. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li studenti eliġibbli għal Skema 9 jistgħu jgħażlu wkoll attivitajiet extra kurrikulari bejn FES Skolasajf, FES Klabb 3-16, SportMalta Summer jew Winter Programme.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – karozzi leased/mikrija
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm vetturi ġew leased/mikrija mill-Ministeru, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Meta ġew leased/mikrija, mingħand min, kemm jiswew kull sena u min jużahom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġibiet numru 6225 u 6911, l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt;
Entita
Kumpanija
Meta ġew leased/mikrija
Total tal-kirja (exc VAT)
FITA
AVIS
Ġunju - 2022
€4,176 (p.a)
FTS
Burmarrad Group
Mejju - 2023
€2,912 (p.a)
Equestri
Sterling Car Rentals
Awwissu - 2021
€8,040 (p.a)
NLA
Drifter Car Rentals Ltd
Ottubru 2022 – Marzu 2023
€1,897.50 (p.a)
Freeway auto Rentals
Novembru 2022 – April 2023
€1,321.60 (p.a)
eCabs
April 2023 – Ġunju 2023
€359.70 (p.a)
Sterling Car Rentals
April 2023 – Ġunju 2023
€658.44 (p.a)
Sport Malta
Go Hire Ltd
Jannar 2021 –
€9,844.47 (p.a)
Meli Car Rentals
Marzu 2022 – Mejju 2022
€1,559.40 (p.a)
MSG Ltd
Ġunju 2022
€100 (p.a)
Aquarius Rent a Car
Ottubru 2022 – Ottubru 2023
€4,425 (p.a)
Education Malta
Six Rent a Car
Settembru 2019
€ 3,294 (p.a)
University of Malta
Burmarrad Commercials
N/A
€6,480 (p.a)
Percius Car Hire
€58,497.96 (p.a)
Super Lease Ltd
€4,800 (p.a)
JS Car hire
€15,050.76 (p.a)
Ħal Għaxaq – studenti li kellhom b¿onn l-għajnuna ta’ LSA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jattendu l-Iskola Primarja ta’ Ħal Għaxaq fis-sena akkademika li għaddiet, li kellhom bżonn l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm kien hemm effettivament LSAs u kemm kien hemm studenti mhux provduti b’LSA?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija, 44 student kellhom il-ħtieġa ta’ sapport, fejn kollha ġew provduti bis-sapport permezz ta’ 39 LSE.
Fgura – skejjel primarji – studenti li kellhom b¿onn l-għajnuna ta’ LSA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jattendu l-iskejjel primarji tal-Fgura fis-sena akkademika li għaddiet li kellhom bżonn l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm kien hemm effettivament LSAs u kemm kien hemm studenti mhux provduti b’LSA?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel msemmija, 82 student kellhom il-ħtieġa ta’ sapport, fejn kollha ġew provduti bis-sapport permezz ta’ 61 LSE.
Gudja – skola primarja – studenti li kellhom b¿onn l-għajnuna ta’ LSA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jattendu l-Iskola Primarja tal-Gudja fis-sena akkademika li għaddiet li kellhom bżonn l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm kien hemm effettivament LSAs u kemm kien hemm studenti mhux provduti b’LSA?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija, 19-il student kellhom il-ħtieġa ta’ sapport, fejn kollha ġew provduti bis-sapport permezz ta’ 14-il LSE.
Raħal Ġdid – skejjel primarji — studenti li kellhom b¿onn l-għajnuna ta’ LSA
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li kienu qed jattendu l-iskejjel primarji ta’ Raħal Ġdid fis-sena akkademika li għaddiet li kellhom bżonn l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm kien hemm effettivament LSAs u kemm kien hemm studenti mhux provduti b’LSA?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskejjel imsemmija, 85 student kellhom il-ħtieġa ta’ sapport, fejn kollha ġew provduti bis-sapport permezz ta’ 70 LSE.