Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #1172 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Kemmuna – protezzjoni tas-sand dunes

Question

Tista’ l-Ministru tagħti informazzjoni dwar mezzi jew mekkaniżmi ta’ kif qed jiġu protetti s-sand dunes fuq Kemmuna?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex inaddfu is-sand dunes minn skart li jintrema mill-pubbliku bħala parti mir-rutina tat-tindif tal-bajjiet. Ta’ min jgħid ukoll li sar intervent mill-Awtorità tal-Ambjent u Riżorsi biex ikunu protetti s-sand dunes fil-bajja ta’ Santa Marija f’Kemmuna, billi dawn is-sand dunes kienu mdawwra bi ħbula biex ikunu salvagwardjati l-proċessi naturali tagħhom.
Leg 13 PQ #1173 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Tqassim ta’ palm b’xejn lis-sajjieda Għawdxin

Question

Tista’ l-Ministru tagħti ċifra ta’ kemm tqassam palm b’xejn lis-sajjieda Għawdxin?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-sena tqassmu 950 palma lis-sajjieda Għawdxin.
Leg 13 PQ #1415 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: GLENN BEDINGFIELD To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — kuntratti u xogħlijiet minn kumpanija/individwu

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lil din il-Kamra rendikont dettaljat tax-xogħol u/jew kuntratti li ngħataw mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha, id-ditta legali u l-individwu li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament għall-perjodu bejn l-1998 u l-2013? Tista' telenka liema mix-xogħol u/jew kuntratti ingħataw b'direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-perijodu msemmi l-Ministeru għal Għawdex u l-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu ma taw l-ebda xogħol u/jew kuntratti lill-Avukat imsemmi jew lid-ditta legali tiegħu.
Leg 13 PQ #1508 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – proġett ta’ Qorti ġdida

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid xi twettaq s'issa fuq il-proġett ta' Qorti ġdida f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Intrpellant jagħmel referenza għall-PQ 1639 tad-9 t'Ottubru 2017.
Leg 13 PQ #1625 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Sussidju lil studenti Għawdxin li jistudjaw full-time f’istituzzjonijiet f’Malta

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1485, li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u li issa ġiet riferuta lilha u ċjoè: B’referenza għas-sussidju li jingħata lil studenti Għawdxin li jistudjaw full-time fl-Università ta’ Malta u fl-MCAST, liema sussidju issa ġie estiż għal dawk l-istudenti Għawdxin li jattendu xi istituzzjoni privata ta’ edukazzjoni għolja f’Malta, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ studenti Għawdxin li jattendu istituzzjonijiet privati, li applikaw u ġew approvati biex jieħdu dan is-sussidju?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li kiem hemm żewġ studenti Għawdxin li jattendu istituzzjonijiet privati, li applikaw u ġew approvati biex jieħdu dan is-sussidju.
Leg 13 PQ #1636 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għall-Għawdex — transfers ta' ħaddiema

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 117 tista’ l-Ministru tagħti l-informazzjoni għall-perjodu bejn is-6 ta’ Ġunju 2017 u t-12 ta’ Ġunju 2017?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-perijodu riferut kien hemm ħaddiem wieħed li ngħata transfer u dan fuq talba tiegħu stess.
Leg 13 PQ #1645 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – skemi ta’ xogħol — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 364 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni jaħdmu fl-iskemi ta’ xogħol operati mill-Ministeru għal Għawdex? Kemm-il skema hemm u kemm hu l-ammont ta’ ħaddiema f’kull skema? Fejn huma assenjati dawn il-ħaddiema? X’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema li jaħdmu taħt dawn l-iskemi? F’kull każ meta jispiċċa l-perjodu tal-iskema?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija dik indikat fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #1646 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — ingaġġ ta' impjegati ġodda

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 366 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 sa Ġunju 2017 kemm ġew impjegati nies ġodda mal-Gozo Channel jew kumpanija sussidjarji tagħha? F'liema gradi ġew impjegati dawn il-ħaddiema? Tista' tgħid jekk dawn ġewx impjegati wara sejħa pubblika u f'kull każ tpoġġi kopja tas-sejħa fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-perjodu minn Marzu 2013 sa Ġunju 2017 ġew impjegati 12-il persuna ġdida mal-Gozo Channel Co. Ltd / Gozo Channel (Operations) Ltd, mqassma kif ġej: Second Engineer 7 Data tal-ingaġġ: 29/09/2014 01/04/2015 01/04/2015 01/03/2016 01/03/2016 20/06/2016 06/02/2017 Assistant Port Facilites Security Officer 1 04/04/2016 Inspector/Internal Control 1 04/04/2016 Clerical Assistant 3 01/08/2016 01/08/2016 01/08/2016 Tnejn mis-Second Engineers ma kienux impjegati permezz tal-ħruġ ta’ sejħa pubblika minħabba i) nuqqas ta’ Second Engineers kwalifikati u allura ddaħal wieħed fuq kuntratt definit sakemm laħqu l-kadetti Second Engineers u ii) in vista ta’ dan in-nuqqas ta’ riżorsi, ġiet adoperata proċedura sabiex jiddaħħal ex-ħaddiem tal-Kumpanija fuq bażi definittiva.
Leg 13 PQ #1647 Sitting 25 2017-10-10 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel — kuntratti ta' servizzi ma' kuntratturi privata

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 367 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid il-kumpanija Gozo Channel jew sussidjarji tagħha kemm għandha kuntratti ta' servizzi ma' kuntratturi privati? Tista' telenka dawn il-kuntratti wieħed wieħed u tgħid x'servizzi qed jiġu provduti minn dawn il-kumpaniji u liema huma l-kumpaniji? F'kull każ kif intgħażlu u kemm qed jitħallsu dawn il-kumpaniji kull xahar għas-servizzi offruti minnhom? F'kull każ kemm-il ħaddiem qed tipprovdi kull kumpanija lil Gozo Channel u f'liema oqsma?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ( Korrezzjoni: Ara Dokument PL 667 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'seduta 47 nhar l-Erbgħa, 1 ta' Novembru 2017)
Leg 13 PQ #1169 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Mobile Dental Unit

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il persuna bbenefikat mis-servizz tal-Mobile Dental Unit f’Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-inizjattiva saret b’kollaborazzjoni mal-Fakultà tad-Dentistrija tal-Università Ta’ Malta u sad-data tat-tweġiba bbenfikaw iktar minn 300 persuna. Fl-aħħar tal-inizjattiva ser jiġi preżentat rapport lill-Ministeru għal Għawdex bl-istatistika miġbur minn dan l-eżerċizzju.
Leg 13 PQ #1170 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Kemmuna – WIFI hotspot

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il WIFI hotspot ġew installati fuq il-gżira ta’ Kemmuna?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li f’Kemmuna hemm installati żewġ Wi-Fi hotspots. Wieħed minn dawn fil-bajja ta’ Santa Marija u l-ieħor fuq it-Torri ta’ Kemmuna. .
Leg 13 PQ #1171 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Kemmuna — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tagħti lista ta’ xogħlijiet li saru fuq Kemmuna minn mindu l-Ministru għal Għawdex ħadet f’idejha l-Ministeru għal Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuljum ikun hemm ħaddiema tal-Ministeru għal Għawdex biex inaddfu u jiġbru l-iskart. Sar wkoll audit dwar xogħlijiet urġenti li jistgħu iservu mill-Ministeru għal Għawdex u li qed jiġu ppjanati li jsiru matul ix-xitwa.
Leg 13 PQ #1224 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Home Help – Għawdxin li qegħdin fil-lista ta’ stennija

Question

Tista’ l-Ministru tagħti n-numru ta’ Għawdxin fil-lista ta’ stennija għas-servizz tal-Home Help? Tista’ tagħti wkoll iċ-ċifra ta’ dawk l-Għawdxin li diġà qed jibbenefikaw mis-servizz?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mjeda tal-Kamra. Skont il-proċedura ġdida, li bdiet mill-akbar ta’ Ġunju kull applikazzjoni approvata tingħata s-servizz fi żmien ġimgħa.
Leg 13 PQ #1225 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Cruise liners li żaru lil Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tagħti ċifra ta’ kemm il-cruise liner żar il-gżira Għawdxija bejn ix-xhur ta’ Ġunju u Settembru 2017 u kemm-il passiġġier niżel l-art, minnhom?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li bejn ix-xhur ta’ Ġunju u Awissu 2017 kien hemm 10 cruise liners li żaru Għawdex li bejniethom kienu qed iġorru 7,558 passiġġier li possibilment setgħu niżlu l-art. F’Settembru 2017 żaru Għawdex 3 cruise liners, iżda l-informazzjoni dwar kemm kien hemm passiġġieri fuqhom għadha qed tinġabar mill-Awtorita’ kkonċernata.
Leg 13 PQ #1226 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Skema Work Trial Scheme for youths

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il żagħżugħ/a ħadu sehem fl-iskema Work Trial Scheme for Youths fix-xhur tas-sajf? Tista’ tagħti wkoll il-lista ta’ dawk l-entitajiet privati li ħadu sehem fl-iskema?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija kif murija fiż-żewġ tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Nirringrazzja lill-entitajiet privati u lil għaqdiet volontarji li taw din l-opportunità ta’ esperjenza ta’ xogħol liż-żgħażagħ Għawdxin.
Leg 13 PQ #1227 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: STEFAN ZRINZO AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella – Ċentru tal-Viżitaturi

Question

Tista’ l-Ministru tagħti ċifra ta’ kemm żaru ċ-Ċentru tal-Viżitaturi fiċ-Ċittadella?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jispeċifika eżatt il-perijodu li għalih qed jirreferi.
Leg 13 PQ #1502 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Testijiet siżmiċi dwar il-bini ta’ mina bejn Malta u Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-Kamra u tgħid jekk it-testijiet siżmiċi, dwar bini ta' mina bejn iż-żewġ gżejjer, li saru mill-Università ta' Malta u Transport Malta ġewx konklużi? Jekk fl-affermattiv tista' tagħti informazzjoni dwar dawn ir-riżultati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat
Leg 13 PQ #1503 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex

Question

B'referenza għad-Diskors tal-Baġit għas-sena 2017 fejn f'paġna 89 ingħad li " Fl-istess ħin sar progress sostanzjali fuq il-konnessjoni permanenti bejn Malta u Għawdex. Kmieni fl-2017 għandhom isiru eżamijiet ġeoloġiċi biex b'dan it-tagħrif se nkunu nistgħu nibnu mudell ġeoloġiku ta' taħt qiegħ il-bahar “ Tista' l-Ministru tgħid jekk dawn l-eżamijiet sarux u jekk fl-affermattiv tgħid x'kienu dawn ir-riżultati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat
Leg 13 PQ #1504 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Sub seabed tunnel – sejħa ta’ design, build and operate

Question

Dwar il-proposta ta' konnessjoni permanenti bejn iż-żewġ gżejjer tista' l-Ministru tgħid jekk inħarġitx l-ewwel fażi tas-sejħa pubblika ta' design, build and operate għal sub seabed tunnel ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat
Leg 13 PQ #1505 Sitting 24 2017-10-09 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Proċess ta’ devoluzzjoni ta’ ċerti responsabilitajiet għall-gżira ta’ Għawdex – ħruġ ta’ white paper

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Gvern għadux bil-ħsieb li joħroġ white paper li permezz tagħha jingħata bidu għall-proċess ta' konsultazzjoni dwar id-devoluzzjoni ta' ċerti responsabilitajiet għall-gżira ta' Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Manifest Elettorali għal din il-leġiżlatura hemm diversi eżerċizzji li jridu jsiru. Għadu kemm ġie ffinalizzat l-abbozz, ‘Integrated Territorial Development Strategy For Gozo’, li dalwaqt tibda l-konsultazzzjoni pubblika dwaru.