Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5244 Sitting 110 2018-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4871 u ċjoe: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 5243.
Leg 13 PQ #2330 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – newspaper advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq newspaper advertising, maqsuma skont digital advertising u print advertising, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #5062 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Spejjeż ta’ Media Events

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4861 u jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tiegħu? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u dawn intgħażlu wara sejħa pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif l-Onor. Interpellant konxja, ladarba kienet hi wkoll tagħmel parti f’tim ta’ tmexxija għall-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili, it-tagħrif speċifiku mitlub diffiċli li jinġabar mingħajr ma jinvolvi spejjeż oħrajn li mhumiex relatati. Ninformaha li l-organizzazzjoni ta’ attivitajiet simili tinvolvi wkoll xogħol u materjali li spiss jintużaw aktar minn darba f’attivitajiet simili, bħal pereżempju kif inhu l-każ f’kampanji li jtulu. Il-medja ta’ spejjeż għal kull attività tvarja bejn €400 u €600.
Leg 13 PQ #5064 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni – Spejjeż ta’ Media Events

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4862 u jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lil-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 5062. Minbarra hekk ninformah ukoll li s-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni ma kienx jezisti qabel Ġunju 2017.
Leg 13 PQ #5065 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - spejjeż ta' media events

Question

Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4863 u jgħid mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum, xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività u kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet u jekk dawn intgħażlux wara sejħa pubblika?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lil-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari nru 5062. Minbarra hekk ninformah ukoll li s-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni ma kienx jezisti qabel Ġunju 2017.

Rapporti fuq gazzetta Franċiża

Question

B’referenza għar-rapporti negattivi li dehru fl-ewwel ħames paġni tal-ħarġa tal-gazzetta xellugija Franċiża “Le Monde” tal-Ġimgħa 20 ta’ April 2018, jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba hux ser ikun hemm tweġiba uffiċjali għalihom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Niġbed l-attenzjoni tal-Onorevoli Interpellant li l-Gvern wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-konsorzju tal-ġurnalisti ‘Daphne Project’ bil-miktub fuq l-allegazzjonijiet kollha li ġew irrapportati fuq il-mezzi tax-xandir.

Żjara ġewwa l-Awstralja — nefqa

Question

B’referenza għar-rapport li deher fis-sitt paġna tal-ħarġa tal-gazzetta The Malta Independent on Sunday tat-22 ta’ April 2018, jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra min ħallas għall-vjaġġ, akkomodazzjoni u l-ispejjeż relattivi ġewwa l-Awstralja kif ukoll minn min kienet komposta d-delegazzjoni u min ħallas għall-istess vjaġġ, akkomodazzjoni u għall-ispejjeż relattivi għall-istess delegazzjoni? Jista’ jinforma kemm kienet l-ispiża komplessiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ninsab informat li f'dan l-istadju għad fadal kontijiet relatati ma' din iż-żjara li ma humiex magħluqa, u għalhekk għadu mhux possibli li tingħata l-ispiza komplessiva. It-tagħrif sħiħ jingħata f'seduta ohra.
Leg 13 PQ #5507 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

MFSA – kopja ta’ ittra

Question

Jista' l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ittra li l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) tat lill-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament jew lill-Avukati tal-istess individwu u li permezz tagħha jingħad li l-imsemmi individwu mhux qed jiġi investigat?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kif jaf l-Onor. Membru l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta topera taht l-obbligu legali tas-segreteza professjonali u l-informazzjoni mitluba hija tat-tip li, kieku d-dokument li għalih hemm referenza fid-domanda kien jeżisti, kienet taqa’ fil-kategorija ta’ informazzjoni koperta bis-sigriet professjonali. Madankollu l-Awtorita ma għandha ebda għarfien jew indikazzjoni li hija qatt ħarġet ittra bħal dik imsemmija fid-domanda.
Leg 13 PQ #5509 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Laqgħat ma’ individwu

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 5292 waqt is-seduta ta' nhar it-23 ta' April 2018, jista' l-Prim Ministru jagħti ż-żewġ dati ta' meta huwa ospita u ltaqa' mal-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5292.
Leg 13 PQ #5561 Sitting 109 2018-05-08 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Deputati Parlamentari li huma impjegati fis-settur pubbliku

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5172 u 4813 u ċjoè: Peress li dan l-aħħar dehru xi rapporti f’sezzjonijiet tal-midja dwar impjiegi mal-gvern u entitajiet pubbliċi barra mis-servizz pubbliku, inkluż il-każ tad-Deputat Parlamentari li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u peress li l-impjieg fis-settur pubbliku huwa regolat b’Artikolu 110 tal-Kostituzzjoni u li kull impjieg ma’ kull korp stabbilit bil-Kostituzzjoni jew b’xi liġi jew taħt xi liġi oħra, u ma’ kull soċjetà jew korp ieħor li fih il-Gvern ta’ Malta, jew xi korp kif intqal qabel, ikollhom sehem biżżejjed biex jikkontrollaw jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv, għandu, kemm-il darba dak id-dħul ma jkunx sar wara eżami pubbliku li jkun ġie avżat kif imiss, isir permezz tas-servizz għall-impjegar (jiġifieri Jobs Plus jew l-ekwivalenti tiegħu fil-passat), jista’ l-Prim Ministru jgħid: 1) min huma dawk id-deputati eletti fil-Parlament li sal-jum tat-tweġiba ta’ din il-mistoqsija huma impjegati fis-settur pubbliku u/jew li qed joffru servizzi ta’ konsulenza b’kuntratt lill-istess settur pubbliku, fit-tliet kategoriji msemmija (a) Dipartimenti tal-Gvern, (b) Korpi Pubbliċi jew Awtoritajiet u (ċ) kumpaniji kummerċjali fejn il-gvern għandu l-kontroll effettiv; 2) meta kienu ingaġġati dawn id-deputati fis-servizz pubbliku jew entitajiet fuq imsemmija u b’liema metodu msemmija fil-Kostituzzjoni; 3) x’kuntratt ta’ impjieg/servizz għandhom dawn id-deputati kif ukoll id-dħul gross annwali tagħhom; u 4) x’inhi l-kariga u grad li jokkupaw illum?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #5494 Sitting 108 2018-05-07 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali – Ftehim dwar l-Operat tal-Aġenzija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5274 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Ftehim dwar l-Operat tal-Aġenzija li abbażi tiegħu jitwettaq l-operat tal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali skont dak li jipprovdi l-artikolu 8 tal-Ordni dwar it-Twaqqif tal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali (Leġislazzjoni Sussidjarja 497.12) u l-artikolu 40 tal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika (Kap. 497 tal-Liġijiet ta' Malta)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Il-ftehim dwar l-opeat tal-Aġenzija dwar il-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali huwa ftehim intern bejn il-Gvern u din l-Aġenzija dwar l-operat tagħha. Peress li huwa meqjus li l-pubblikazzjoni ta’ dak il-ftehim jista’ jkollha effett ħażin fuq it-tmexxija xierqa u effiċjenti tal-operazzjonijiet tal-fond, mhuwiex indikat li l-istess rapport jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra u b’hekk isir pubbliku kemm f’Malta kif ukoll barra.
Leg 13 PQ #5500 Sitting 108 2018-05-07 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Konsulent tal-Prim Ministru – rigali mill-Gvern tal-Ażerbajġan

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ rigali li aċċetta mill-Gvern tal-Ażerbajġan il-konsulent tiegħu li ismu qed jingħata separatament meta dan kien deputat parlamentari u membru tad-delegazzjoni parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa? Jista’ jgħid meta ngħataw dawn ir-rigali u x’inhu l-valur tagħhom individwalment?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna li qed isemmi fl- interpellanza tiegħu kien membru ta' delegazzjoni parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa fil-vesti tiegħu ta' membru ta' din il-Kamra u mhux bħala rappreżentant tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru.
Leg 13 PQ #2315 Sitting 107 2018-05-02 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — production costs għal TV advertising - nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal production costs għal TV advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5405 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bank investigat

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4609 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għal Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Peress li ġie mħabbar li l-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jiġi investigat minn awtoritajiet fil-Lussumburgu minħabba ħasil ta’ flus, jista’ l-Ministru jgħid xi due diligence sar meta ġie aċċettat dan il-bank meta kien magħruf li ċertu pajjiżi Ewropej kienu qed jinvestigaw wieħed mis-sidien tal-bank? Jista’ jgħid meta l-aħħar saret spezzjoni fuq dan il-bank mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) u kemm-il darba saret spezzjoni għal kull sena, waħda wara l-oħra, mis-sena 2014?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #5466 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għoti ta’ pariri dwar kumpanija reġistrata barra minn Malta

Question

B’referenza għal dak li qal il-Prim Ministru meta mistoqsi minn ġurnalisti jekk jafx ta’ min hi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u fejn il-Prim Ministru wieġeb li l-parir li għandu huwa li ma jagħtix kummenti biex ma jippreġudikax il-proċeduri li hemm għaddejjin fil-Qrati, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk dan il-parir ingħatax mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nikkonferma li dwar materja li tkun quddiem il-Qrati jew li tkun relatata fil-viċin ma' materja quddiem il-Qrati, inħalli lill-Qrati jaħdmu fis-serenità u fl-indipendenza li tixirqilhom. Nikkonferma wkoll li din il-pożizzjoni hija kondiviża minn parir li ħadt u li l-parir imsemmi mill-Onor. Membru m’huwiex wieħed li ġej minn xi awtorità pubblika u dan peress li m’huwiex it-tip ta’ parir li normalment jintalab jew jingħata mingħand xi awtorità pubblika.
Leg 13 PQ #5467 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għoti ta’ pariri dwar kumpanija reġistrata barra minn Malta

Question

B’referenza għal dak li qal il-Prim Ministru meta mistoqsi minn ġurnalisti jekk jafx ta’ min hi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u fejn il-Prim Ministru wieġeb li l-parir li għandu huwa li ma jagħtix kummenti biex ma jippreġudikax il-proċeduri li hemm għaddejjin fil-Qrati, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk kienx hu li talab li jingħata parir dwar jekk għandux jitkellem fuq il-kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5466.
Leg 13 PQ #5468 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għoti ta’ pariri dwar kumpanija reġistrata barra minn Malta

Question

B’referenza għal dak li qal il-Prim Ministru meta mistoqsi minn ġurnalisti jekk jafx ta’ min hi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u fejn il-Prim Ministru wieġeb li l-parir li għandu huwa li ma jagħtix kummenti biex ma jippreġudikax il-proċeduri li hemm għaddejjin fil-Qrati, jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-parir li ngħata biex ma jitkellimx fuq il-kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5466.
Leg 13 PQ #5469 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għoti ta’ pariri dwar kumpanija reġistrata barra minn Malta

Question

B’referenza għal dak li qal il-Prim Ministru meta mistoqsi minn ġurnalisti jekk jafx ta’ min hi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u fejn il-Prim Ministru wieġeb li l-parir li għandu huwa li ma jagħtix kummenti biex ma jippreġudikax il-proċeduri li hemm għaddejjin fil-Qrati, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk huwa tkellimx mal-Avukat Ġenerali dwar il-kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5466.
Leg 13 PQ #5470 Sitting 106 2018-04-30 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Għoti ta’ pariri dwar kumpanija reġistrata barra minn Malta

Question

B’referenza għal dak li qal il-Prim Ministru meta mistoqsi minn ġurnalisti jekk jafx ta’ min hi l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u fejn il-Prim Ministru wieġeb li l-parir li għandu huwa li ma jagħtix kummenti biex ma jippreġudikax il-proċeduri li hemm għaddejjin fil-Qrati, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk huwa tkellimx mal-Kummissarju tal-Pulizija dwar dan il-parir u dwar il-kumpanija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5466.
Leg 13 PQ #5242 Sitting 105 2018-04-25 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Bejgħ ta’ passaporti

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il passaport Malti nbiegħ fis-sena 2016 u kemm-il passaport Malti nbiegħ fis-sena 2017 bl-iskema tal-Individual Investor Programme (IIP)? Jista' jgħid kemm kien id-dħul tal-Gvern minn dan il-bejgħ ta' passaporti fis-sena 2016 u kemm kien id-dħul tal-Gvern fis-sena 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Inerpellant li l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment ma jbiegħx passaporti. L-informazzjoni mitluba hija pubblika u tingħata fir-Rapport Annwali tar-Regolatur.