Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14556 u jgħid kemm kien in-numru ta' barranin li użaw l-isptarijiet u ċentri tas-saħħa f'Malta u Għawdex separatament matul l-2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ċentri tas-Saħħa
Ninsab infurmat li n-numru ta' barranin li użaw ic-ċentri tas-saħħa f'Malta fl-2009 huwa dak ta’ 2,131.
Sptar Mater Dei
L-informazzjoni li qed tingħata hawn taħt ġiet miġbura mill-
Admissions Discharges & Transfers Module, Out-patient Module
u
A&E
Module
tal-
Patient Administration System
. F’din is-sistema in-numru ta’ identita huwa użat bħala identifikazzjoni uniku għal kull pazjent.
Ghalhekk f’dawk il-persuni li m’humhiex ċittadini Maltin jew residenti f’Malta, jingħatalhom numru li jispiċċa bl-ittra
‘F’
bħala identifikazzjoni
fis-sistemi tal-Isptar Mater Dei. Għall-iskop ta’ din it-tweġiba dawk li kellhom in-numru li jispiċċa bl-‘F’ jew li huma residenti u għalhekk
għandhom in-numru ta’l-identita jispiċċa bl-ittra
‘A’
ġew meqjusa bħala barranin.
In-numru ta’
episodji
ta’ kura fejn dawk li għandhom in-numru ta’identifikazzjoni fis-sistemi ta’l-Isptar Mater Dei jispiċċa b’ ‘F’ jew ‘A’
u li għamlu użu minn servizzi tas-saħħa msemmija fis-sena 2009 jidhru separatament fit-tabelli hawn taħt:
Dawk l-episodji fejn in-numru ta’ identifikazzjoni jispiċċa b’ ‘F’
‘F’ Identification Number
Total 2009
In-Patient & Day Case Admissions
Source: ADT-Module, PAS
1562
Out-Patient Attendances to OP Clinics
Source: Out-patient Module, PAS
3706
A&E Attendances
Source: A&E Module, PAS
5740
Dawk l-episodji fejn in-numru ta’ identifikazzjoni jispicca b’ ‘A’
‘A’ Identification Number
Total Number 2009
In-Patient & Day Case Admissions
Source: ADT-Module, PAS
2711
Out-Patient Attendances to OP Clinics
Source: Out-patient Module, PAS
12467
A&E Attendances
Source: A&E Module, PAS
5171
Importanti li w
iehed jkun jaf li l-istess persuna seta’ uża wieħed jew aktar minn dawn is-servizzi imsemmija f’dan il-perjodu
ta’ żmien. Dawn il-figuri jirreferu għan-numru ta’ episodji u mhux għal persuni.
Sptar Sir Paul Boffa
In-numru ta' pazjenti barranin li għamlu użu mill-isptar matul is-sena 2009 kien ta’ 632.
Sptar Monte Carmeli
Matul 2009 kien hemm 176 persuna li għamlet użu mis-servizz ta’ l-isptar Monte Carmeli.
Għawdex (Sptar u Ċentri tas-Saħħa)
Nitlob lill-onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14611 u jara li jitmexxa l-każ ta' anjzana, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li tinsab fl-Isptar Karen Grech tistenna biex tidħol fir-Residenza San Vinċenz de Paule fis-sala tad-demensia mill-aktar fis fuq talba tagħha u tal-familja?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-anzjana msemmija f’din il-mistoqsija parlamentari ġiet ammessa fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul fid-29 ta’ Jannar 2010.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14610 u jara li jkun hemm is-servizz ta' lifter fis-Sala S4, Ward Green, 3rd Floor, Sptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li hemm preparamenti għaddejja biex jinxtraw numru ta’ patient lifters addizzjonali fl-Isptar Mater Dei, u dan eventwalment b’għotja ta’ kuntratt. Fost is-swali li se jibbenefikaw hemm Surgical Ward 4. Biex temporanjament tissolva dil-problema ġie allokat patient lifter li kien allokat f’sala fejn l-utilizzazzjoni tiegħu ma kenitx bżonnjuza daqstant.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar x’sar miċ-ċilindri li kienu jintużaw mill-pazjenti fl-Isptar San Luqa? Dawn inbiegħu u jekk iva, lil min u b’kemm inbiegħu? Jekk inbiegħu, jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-irċevuti u l-ftehim li sar bejn il-Gvern u l-kumpanija li xtrat dawn iċ-ċilindri?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li ċ-ċilindri mediċinali li kienu jintużaw fl-Isptar San Luqa ġew trasferiti għall-isptar Mater Dei. Oħrajn li ma baqgħux jintużaw ġew irritornati lill-Multigas Ltd. Ma kien hemm l-ebda pagament lill-Multigas Ltd peress li dawn iċ-ċilindri huma proprjetà ta’ Multigas Ltd u kienu mikrija lid-dipartiment mill-istess Multigas Ltd. Għaldaqstant ma sar l-ebda bejgħ ta’ dawn iċ-ċilindri.
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar sentejn kemm kien hemm karozzi mikrija mid-dekasteru tas-saħħa u f'kull każ liema dipartiment uża l-vettura, x'tip ta' karozza, għal liema użu, mingħand min inkrew, għal kemm żmien u kemm kienet tiswa l-kirja fil-ġurnata?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar. Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn mad-distributuri tal-mediċini u medical/surgical equipment kemm lokali kif ukoll barrani fil-31 ta' Diċembru 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-total ta’ dejn dovut lid-distributuri tal-mediċini u medical/surgical equipment fl-aħħar tas-sena 2009 kien ta’ Ewro 14,983,989.44.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien id-dejn mad-distributuri tal-mediċini u medical/surgical equipment kemm lokali kif ukoll barranin fil-31 ta' Diċembru 2008?
għajnuna soċjali tal-Kunsill tal-Ewropa biex inbena l-Isptar Mater Dei
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm issellef il-Gvern u/jew il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi mill-fond għal għajnuna soċjali tal-Kunsill tal-Ewropa biex inbena l-Isptar Mater Dei?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi issellfet mill-fond għal għajnuna soċjali tal-Kunsill ta’ l-Ewropa l-ammont kif jidher hawn taħt:
Council of Europe Social Development Fund - Mater Dei Hospital
Year Of
Year Of
Currency
Amount of
Amount in
Amount in
Issue
Repayment
Loan
MLT
€
1994
2005
$
6,800,000
2,516,332
5,861,477
1997
2007
$
6,400,000
2,478,410
5,773,142
2001
2006
€
17,000,000
6,839,100
17,000,000
2002
2017
€
25,500,000
10,563,380
25,500,000
2003
2018
€
75,500,000
32,196,162
75,500,000
54,593,384
129,634,619
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-interventi li saru matul l-2009 mill-Pest Control Unit? Fejn saru dawn l-interventi matul dan il-perjodu ta' żmien?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14933, jista' l-Ministru jgħid fuq liema kriterji ġie deċiż li jitlaqqam kulħadd u mhux biss min kien f'riskju li jiżviluppa kumplikazzjonijiet tal-Influwenza A H1N1 bħalma kien sar fil-każ ta' swabbing sa Diċembru 2008?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-policy dwar it-tilqim f’każ ta’ influwenza giet stabbilita meta kien qed jiġi formulat il-pjan ta’ kontingenza. Peress li virus li jikkawża pandemija ikun virus ġdid, is-severità tas-sintomi ma tkunx magħrufa għandu tendenza li jbiddel il-karatteristiċi tiegħu u n-numru ta’ nies suxxettibbli huwa kbir, kien ġie deċiż li fl-interess tas-saħħa tal-pubbliku t-tilqima tingħata lill-popolazzjoni kollha. Ittieħdet ukoll in konsiderazzjoni li f’pajjiż li huwa populat bħal Malta, it-tixrid tal-marda huwa aktar faċli u għalhekk ried jiġi wkoll żgurat li f’każ ta’ marda qawwija ma jkunx hemm numru kbir ta’ nies morda b’impatt negattiv fuq l-ekonomija.. Wieħed iħares ukoll lejn ir-rakkomandazzjonijet tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa kif ukoll deċiżjonijiet meħuda minn pajjiżi oħra.
Armerija tal-Birgu — day care centre għall-anzjani tal-Birgu
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb u forsi l-possibilità li parti mill-Armerija fil-Birgu tinbidel u tibda tintuża bħala day care centre għall-anzjani tal-lokalità?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninfurma l-Onor Interpellant li t-tweġiba ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabru boroż ta' demm bejn Settembru 2008 u Settembru 2009? Jista' jgħid normalment kemm tkun id-domanda għad-demm f'sena kalendarja u kemm jiġbor demm il-bank tad-demm?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bejn Settembru 2008 u Settembru 2009 inġabru 15,335 boroż demm. Il-medja ta’ boroż demm li jinġabru f’sena hija bejn 14,000 u 15,000 borża. Fis-sena 2006 inġabru 14,408 borza, fl-2007 inġabru 14,125 borża u fl-2008 inġabru 14,810 borża. Bil-ġenerożita tal-poplu Malti u Għawdxi, s'issa il-bank tad-demm qed jiġbor biżżejjed demm biex ikopri l-bżonnijiet ta’ Malta u Għawdex. Nappella minn hawn għal aktar donaturi regolari sabiex il-Bank tad-Demm itejjeb ir-riżerva tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kellna nimportaw demm biex inkunu nistgħu nlaħħqu mad-domanda li l-pajjiż ikollu bżonn jew jekk aħna bħala pajjiż ikollniex donazzjonijiet ta' demm biżżejjed biex naqdu d-domandi li jkollu l-pajjiż?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li qatt ma kien hemm il-ħtieġa li nimpurtaw demm biex inlaħħqu mad-domanda. S’issa dejjem konna self sufficient u l-pjan huwa li inkomplu hekk filwaqt li dejjem intejbu il-kwalità u s-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn pazjenti bil-CAPD (Continuous Ambulatory Peritoneal Dialysis) fuq bażi ta' out patients? Kemm hemm pazjenti li għamlu dialysis fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar u Settembru 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li sa l-aħħar ta’ Novembru 2009 kien hawn 112-il pazjent li kienu qegħdin jingħataw trattament ta’ CAPD fuq bażi ta’ outpatients. Bejn Jannar u Settembru 2009 kien hemm 174 pazjent li għamlu użu mill-haemodialysis fl-Isptar Mater Dei.
Jista' l-Ministru jara li jitmexxa l-każ biex l-anzjana, li dettalji tagħha qed jinbagħtu separatament, tiġi trasferita għar-Residenza San Vinċenz de Paule?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-anzjana msemmija f’din il-Mistoqsija Parlamentari iddaħħlet fl-Isptar Karen Grech fit-18 ta’ Diċembru 2009. Hija applikat biex tidħol fir-Residenza ta’ San Vinċenz fil-25 ta’ Jannar 2010 u ġiet approvata mill-Bord tal-Ammissjoni fil-11 ta’ Frar 2010 b’hekk qiegħdha fil-lista tal-istennija għal din ir-Residenza. Sadanittant fl-1 ta’ Frar 2010 hija ġiet trasferita mill-Isptar Karen Grech għall-Dar tal-Anzjani privata fuq l-Iskema ta’ Partnerarjat Privat mall-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm u min huma l-kirurgi li għalqu l-61 sena u ngħataw iċ-ċans u aċċettaw li jkompli jaħdmu? F'liema qasam jispeċjalizzaw? Dawn baqgħu taħt l-istess kundizzjonijiet ta' qabel?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ Kirurgi li għalqu l-61 sena u li applikaw sabiex ikomplu jaħdmu huwa ħamsa.
Dawn huma:
Ortopedija – tnejn
Taħriġ
Postgraduate
– wieħed
Ortopedija u Kirurġija Ġenerali – wieħed
Oftalmologija - wieħed
Filwaqt li żewġ kirurgi baqgħu bl-istess kundizzjonijiet ta’ qabel, it-tliet kirurgi l-oħra qegħdin jaħdmu ħinijiet ta’ xogħol inqas minn qabel.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14230 u jgħid kemm kien il-budget għax-xiri ta' Herceptin matul l-2009? Kemm inxtraw fjali ta' Herceptin u kemm fjali ġew fornuti lill-pazjenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Skond informazzjoni li għandu d-Dipartiment tas-Saħħa matul is-sena 2009 il-Gvern xtara 536 fjala Trastuzumab (Heceptin) li minnhom 350 ġew imqassma lill-pazjenti.