Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hemm fil-Ministeru tiegħu u x’livell ta’ edukazzjoni u esperjenza għandhom, speċjalment fil-qasam li l-Ministeru jirrappreżenta?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13975.
Jista’l-Ministru jgħid jekk il-Medical Council, bħala korp regolatorju, investigax il-każ li jirrigwarda ħruġ ta’ ċertifikati mediċi foloz u li fih hu involut l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Mediku investiga l-każ.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji f’kull xahar tas-sena 2023, maqsuma skont l-età (age groups) u l-ġeneru?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li skont ir-Registru Nazzjonali tal-Imwiet, matul is-sena 2023 kien hemm 27 suwiċidju f’Malta. Minn dawn kien hemm 24 ragel u 3 nisa.
Tabella 1 turi dawn l-imwiet skont ix-xahar u l-ġeneru u tabella 2 turi dawn l-imwiet skont l-età (age groups) u l-ġeneru.
Tabella 1
Xahar
Irgiel
Nisa
Total
Jannar
2
0
2
Frar
1
0
1
Marzu
3
1
4
April
0
1
1
Mejju
3
1
4
Gunju
2
0
2
Lulju
2
0
2
Awissu
2
0
2
Septembru
4
0
4
Ottubru
4
0
4
Decembru
1
0
1
Total
24
3
27
Tabella 2
Eta
Irgiel
Nisa
Total
<45
14
2
16
45-64
7
1
8
65+
3
0
3
Total
24
3
27
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm suwiċidji fl-2023 minn persuni taħt it-18-il sena?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Skont ir-Reġistru Nazzjonali tal-Imwiet, matul is-sena 2023 kien hemm 2 suwiċidju minn persuni taħt it-18-il sena f’Malta. Din l-informazzjoni għadha proviżorja.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10849, jista' l-Ministru jgġid kemm kien hemm suwiċidji, maqsuma bl-età (age groups) bejn l-2013 u l-2023?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-rata ta’ suwiċidju f’pajjiżna f’dawn l-aħħar 11-il sena baqgħet – f’termini ta’ sinifikanza statistika – l-istess kif turi t-tabella t'hawn taħt:
Meta tqis id-daqs tal-popolazzjoni ir-rata ta’ mortalita’ għal kull 100,000 kienet 5.16 fl-2013 u 4.9 fl-2023.
Residenti
Sena
<45
45-64
65+
Total
2013
9
12
1
22
2014
13
12
7
32
2015
17
15
2
34
2016
15
8
1
24
2017
11
9
5
25
2018
14
5
4
23
2019
13
5
3
21
2020
11
10
1
22
2021
20
12
3
35
2022
12
9
6
27
2023*
16
8
3
27
*Id-data għall-2023 għadha proviżorja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm Bereġ tas-Saħħa f'Għawdex li fil-mument qegħdin jiffunzjonaw? Kemm ħin fil-ġimgħa qed tinfetaħ għall-pubbliku kull waħda minn dawn il-bereġ? Jista’ jgħid ukoll x'servizzi qed jiġu offruti fil-mument minn dawn il-bereġ u kemm hemm ippjanati li jerġgħu jinfetħu bereġ fl-irħula f’Għawdex fil-ġimgħat li ġejjin?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għat-Tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3628. Kif ġie spjegat, l-irwol il-ġdid tal-Kliniċi tal-Komunità jmur ferm lil hinn mill-funzjoni li kellhom il-bereġ sa ftit żmien ilu.
Il-Kliniċi tal-Kommunità saru kliniċi moderni f’dik li hija dehra u mgħammra bl-aħjar apparat mediku biex jiġi offrut servizz ta’ kura primarja multidixxiplinaru tal-ogħla livell. Il-Kliniċi tal-Kommunità huma ukoll imqabbda mas-sistema tal-electronic patient recrod biex l-istorja medika tal-pazjent tkun aċċessibbli f’ħin reali minn kullimkien fil-Primary HealthCare.
L-għan prinċipali hu lis-servizzi tal-kura primarja jersqu aktar qrib il-post tar-residenza tal-pazjenti u l-post tax-xogħol tagħhom. Għaldaqtant, il-Kliniċi tal-Kommunita jinfetħu f’postijiet strateġiċi.
Filwaqt liċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Victoria jkopri l-Għawdex kollu, bħalissa hemm il-Klinika tal-Kommunità fix-Xewkija li tkopri l-lokalitajiet tan-naħa tal-Grigal, u l-Klinika tal-Kommunità tal-Għarb li tkopri dawk tan-naħa tal-Majjistral. Fil-ġimgħat li ġejjin ser tiżdied magħhom Klinika tal-Kommunità fil-Qala li ser tkun tkopri n-naħa tax-Xlokk.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-servizzi offruti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk f'pajjiżna sarx xi studju dwar diżabilitajiet li rriżultaw minħabba l-injezzjonijiet tal-Covid 19? Jista’ jgħid ukoll jekk sarux xi studji, f’Malta, dwar effett long term fuq il-persuni li salvaw wara li kienu pazjenti tal-Covid? Jekk le, jista' l-Ministru jikkunsidra li jsiru studji f'dan ir-rigward? Jista’ wkoll jagħti dettalji dwar kemm kien in-numru totali ta' pazjenti li fil-fatt kellhom il-Covid, u kemm ġew dikjarati li mietu bil-Covid?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi għat-tweġibiet tal-mistoqsijiet parlamentari 15101 u 15102.
Għar-rigward tal-aħħar mistoqsija, ninsab infurmat li t-total ta’ każijiet irraportati li kellhom il-COVID-19 mill-bidu tal-pandemija sal-20 ta’ Frar 2024, huwa ta’121,392.
Ninsab infurmat ukoll li t-total ta’ każijiet ta’ mwiet mill COVID-19 mill-bidu tal-pandemija sal-20 ta’ Frar 2024 huwa ta’ 882.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li rriżultaw li għandhom mard trasmess sesswalment matul is-snin 2019, 2020, 2021, 2022, u 2023 separatament għal kull sena? Jista’ jgħid ukoll liema kien il-mard li rriżulta matul dawn is-snin u x'kienu n-numri għal kull marda?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kull meta jsir assesjar fuq persuni li jieħdu mediċini mill-POYC biex jiġi assessjat li dawn verament għandom bżonnhom?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninsab infurmat li l-assessjar dwar użu tal-mediċini isir mill-Ispizjar kull sitt xhur. Dan huwa servizz li jithallas mill-Gvern.
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċertu intitolament jingħatha għall żmien definit, biex il-konsulent jew tabib ikun jista’ jerġa jirrevedi it-trattament u jekk hux qed jaħdem.
Jista’ l-Ministru jgħid fl-2023 u sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm hi l-medja ta’ stennija mill-ħin li persuna tagħmel kuntatt mas-servizzi ta’ emerġenza sakemm tasal l-ambulanza, u jgħid ukoll kemm kienet l-itwal stennija?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn djar tal-anzjani f'Malta u f’Għawdex u jelenka lista li turi kemm hija l-kapaċità tagħhom ta' sodod? Għal kull każ, jista’ jgħid kemm minn dawn is-sodod huma taħt ftehim ta' Public Private Partnership?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l- kapaċità ta’ sodod, kif ukoll dawk li huma parti mill-ftehim ta' Public Private Partnership, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Numru totali ta Djar Residenzjali ghall-Anzjani huwa ta 38
L-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità għandha ftehim ma’ diversi djar privati għal xiri ta’ sodod. B’kollox hemm ftehim għal 2,898 sodda f’19-il dar. Għandha wkoll ftehim ta’ Public Private Partnership (PPP) ma’ tlett id-djar oħra ta’ 515-il sodda. Il-lista ta’ djar kollha li magħhom hemm ftehim hija kif imiss:
Public Private Partnership – total ta’ 515-il sodda:
Id-Dar tal-Madonna tal-Mellieħa
Id-Dar taż-Żejtun
Id-Dar ta’ Zammit Clapp
Djar privati fejn nixtru sodod – total ta’ 2,898-il sodda:
Central Home, Mosta
Casa Arkati, Mosta
Casa San Paolo, St. Paul’s Bay
Casa Paola, Raħal il-Ġdid
Casa Pinto, Qormi
Casa Serena, St. Paul’s Bay
St. Thomas community living, M’Scala
Villa Messina, Rabat
St. Elizabeth Home, Rabat
Roseville, Attard
Golden Care Home, Naxxar/Għargħur
Casa Leone, St. Julians
Casa Francesco, Ħamrun
Dar San Ġużepp, Fgura
Ghigo community Residence, Għaxaq
Dar l-Annunzjata, Tarxien
The Imperial, Sliema
Vivan, Gżira
Porziuncola
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16291 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’Malta u Għawdex li fihom jingħata ħalib b’xejn lill-istudenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Skejjel li jħaddmu l-iskema tal-ħaxix u l-frott b’xejn
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16290 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni u jgħid liema huma dawk l-iskejjel f’Malta u Għawdex li qed iħaddmu l-iskema tal-ħaxix u l-frott b’xejn għall-istudenti?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministeru kkonċernat.
Dar l-Annunzjata –Carers li jakkumpanjaw anzjani meta jkollhom imorru l-isptar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16370 u jgħid għaliex f’Dar l-Annunzjata mhux qed jintbagħat carer mal-anzjani li jkollhom appuntamenti l-isptar jew ikunu jeħtieġu jmorru l-Isptar Mater Dei b’emerġenza? Jista’ jgħid ukoll x’jiġri meta l-qraba ma jkunux jistgħu jattendu għal kull appuntament jew emerġenza li jkollhom l-anzjani u wkoll meta l-anzjani ma jkollhom ebda qraba?
Response (ABELA, JO ETIENNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fejn hemm anzjani f’din id-Dar li huma skont il-ftehim mal-Anzjanitá Attiva u Kura fil-Komunità, l-anzjani għandhom safejn hu possibbli jkunu akkumpanjati mill-qraba meta jmorru l-Isptar Mater Dei. Jekk dan mhux possibbli, għandhom ikunu akkumpanjati minn Carer. Jekk ikun hemm xi nuqqas, l-ilment għandu jitressaq l-ewwel lill-Amministrazzjoni tad-Dar. Jekk jibqa’ jiġi ripetut, l-ilment għandu jitressaq lill-Awtorità għall-Istandards ta’ Persuni Anzjani (OPSA).