Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6535 u jgħid fuq liema kriterji ġiet reklutata u assenjata s-Sinjura li isimha qed jintbagħat separatament sabiex tevalwa l-applikazzjonijiet fl-ERDF għal ħlas ta' €50 fis-siegħa? Jista' jispjega kif is-Sinjura tista' tassessja l-applikazzjonijiet ta' ħuha, li ismu qed jintbagħat separatament, li hu konsulent ta' ħafna individwi u entitajiet li japplikaw għal fondi meta dan hu każ ta' konflitt ta' interess?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5610 u jgħid, wara li s-sena l-oħra rajna l-ħsara kbira li qed jagħmel il-Bumunqar Aħmar tal-Palm,
a) Kemm instabu siġar tal-palm mejta matul l-2007 u l-2008?
b) Jekk il-Ministeru tiegħu għadux iħalli l-importazzjoni ta’ siġar tal-palm, u jekk iva minn fejn qegħdin jigu importati dawn is-siġar?
ċ) Jekk jafx min huwa l-importatur jew importaturi li importaw is-siġar tal-palm infettati, u jekk hux beħsiebu jieħu xi passi?
d) Jekk hux se jikkompensa lil dawk l-individwi li tilfu s-siġar tal-palm stabbiliti fil-ġonna privati tagħhom, aktar u aktar meta l-Ministeru tiegħu approva l-importazzjoni ta’ siġar tal-palm minn pajjiżi fl-Ewropa fejn il-bumunqar tal-palm kien diġà magħruf?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lid-Dipartiment għas-Saħħa tal-Pjanti, jżomm rekords ta’ kemm nstab palm infettat u palm li nqala’. Matul l-2007 saru 160 spezzjoni u nstabu 90 palma infettata. Fl-2008 saru 478 spezzjoni u rriżulta li ġew maqlugħa 193 palma. Sa l-aħħar t’April ta’ din is-sena saru 127 spezzjoni u ġew maqlugħa 183 palma.
L-importazzjoni tas-siġar tal-palm huwa rregolat mill-Att tal-Kwarantina tal-Pjanti u mill-miżuri ta’ emerġenza skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea 2007/365/KE. Din tistabilixxi li l-importazzjoni ta’ siġar tal-palm jista’ jsir biss minn dawk il-pajjiżi terzi li jiddikjaraw li huma zona ħielsa minn dan l-insett. M’hemm l-ebda pajjiż fil-preżent li jissodisfa din il-kundizzjoni tant li matul l-aħħar sena ma kienx hemm importazzjoni ta’ palm.
Il-Ministeru għandu lista tal-importaturi kollha tal-pjanti jew prodotti tal-pjanti, inkluż tal-palm. Passi jittieħdu biss meta importaturi jiksru r-regolamenti.
Il-kumpens irid jitqies f’sens wiesa’ għax il-Gvern qed jgħin b’diversi modi inkluż għajnuna teknika f’forma ta’ pariri għal-prevenzjoni ta’ din il-marda lil dawk li jkunu irreġistraw mad-Dipartiment is-siġar suxxettibli. Barra minhekk, palm infettat f’residenzi privati, jinqala’ minn impjegati tal-Gvern mingħajr ħlas sakemm ikun ppruvat li ttieħdu l-miżuri neċessarji biex il-palm ma jiġix infettat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il edizzjoni ta' l-On Site ġew ppublikati minn Mejju 2008 sal-lum? Kemm-il kopja ta' din il-pubblikazzjoni tiġi ipprintjata? Kemm tiswa flus, inkluż persentaġġ kull edizzjoni ta' On Site? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-On Site li ġew ippubblikati minn Mejju 2008 sal-lum?
Ministeru għar-Riżorsi u Affarjiet Rurali — Mobile phones u fixed lines
Question
Jista' l-Ministru jinforma jekk hemmx xi impjegati tal-gvern, inkluż is-segretarjat tal-Ministru, li għandhom iktar minn mobile wieħed u aktar minn fixed line wieħed imħallas mill-gvern? Min huma dawn il-persuni u x'inhu l-ammont li tħallas kull xahar mill-2008 sal-lum?
individwi, kumpanniji u entitajiet — xogħol promozzjonali, edukattiv, ta’ brand identity jew publicity campaigns
Question
Jista' l-Ministru jippublika lista sħiħa u komprensiva ta’ dawk l-individwi, kumpanniji u entitajiet kollha li ingħataw xogħol promozzjonali, edukattiv, ta’
brand identity
jew
publicity campaigns
b’xi mod relatati mal-Ministeru u id-dipartimenti u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħek kemm b’
public tender
, fuq bażi ta' sempliċi konsulenza jew inkella bħala
direct orders
bejn l-1.12.08 u l-15.5.09?
Jista’ l-Ministru jgħid min hu responsabbli mill-manutenzjoni tal-Ġnien Kottonera f’Bormla? Jista’ l-Ministru jara li minn dan il-ġnien jinqata’ il-kwantità kbira ta’ ħaxix ħażin li kiber matul ix-xhur tax-xitwa ?
Wara li nbew l-appartamenti ġodda fi Triq San Ġwann Bormla, li issa huma abitati wkoll, u wara li ġnien żgħir li kien jitgawda mill-ġirien li jinsab quddiem il-club ta’ Cospicua Rangers tkisser sabiex setgħu jsiru x-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, jista’ il-Ministru jgħid meta ser jerga’ jinbena dan il-ġnien, li kien iservi ta’ żvog għar-residenti tal-akkwati ?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern għandhux ħażniet ta' second class water għall-użu tiegħu minflok ilma li ġej dirett mill-vit? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid ukoll min jista' jixtri dan l-ilma għall-użu bħal ngħidu aħna f'toilets eċċ.?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3291 u jgħid kemm kien hemm extension services joperaw fil-perjodu ta' bejn 1996-2007 sena b'sena? Jista' jgħid x'kienet ir-raġuni li dawn l-extension services ġew magħluqa fl-irħula? Jista' jgħid x'alternattiva ser jagħti fid-dawl tad-diffikulta' enormi li l-bdiewa qed jaffaċċjaw issa li qed jikkompetu f'suq akbar u f'ambjent ta' kompetizzjoni aktar wiesgħa u f'realtà ġdida?
Jista' jgħid, f'każ li jirriżulta li ġie reġistrat telf ta' flus, x'kienet ir-raġuni li setgħet waslet għal dan it-telf, in vista tal-fatt li tul dawn l-aħħar snin sew l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Gvern Malti taw tant sussidji lil produtturi lokali?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7786 u jgħid meta ser isir il-pagament rigward is-sussidju dovut lil tal-pitkalija għas-sena 2008 stante li sal-lum dawn għadhom ma rċevew xejn?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 7231 u jgħid meta ser isir il-pagament rigward is-sussidju dovut lil tal-pitkalija għas-sena 2008, stante illi sal-lum dawn għadhom ma rċevew xejn?
Produtturi tal-majjal — Special Temporary State Aid
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3038 jgħid għar-rigward ta' l-ispecial temporary state aid lil produtturi tal-majjali rigward is-sussidju tal-SMPPMA u għajnuna tal-restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008,
i. X‘fondi kien hemm disponibli?
ii. Kemm minn il-fondi ma intużawx?
iii. X’qed jagħmel il-Gvern fuqhom ?
iv. X’qiegħed il-Gvern jirraporta f’dan ir-rigward lil Unjoni Ewropea?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6654 u jgħid:
a. Kemm applikaw bdiewa għall-għajnuna matul dawn l-aħħar erba' snin biex jirristrutturaw l-irziezet tagħhom?
b. Jekk sarx xi forma ta' awditjar fuq proġetti li ġew iffinanzjati mill-fondi tal-Unjoni Ewropeja?
c. Min huma l-uffiċjali li jwettqu dan l-awditjar tar-ristrutturar tal-irziezet ?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8397 u jgħid fiex wasal il-management plan tal-Park tal-Majjistral? Meta beda jitfassal u meta mistenni jitlesta? Min huma n-nies involuti fit-tfassil tiegħu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat li l-Management Plan tal-Park tal-Majjistral wasal fil-fażi finali. Dan ħa ċertu żmien minħabba d-diskussjonijiet estensivi li saru mal-bdiewa, mad-diversi għaqdiet ambjentali, ma’ n-nies tal-Manikata u ma’ users oħra, biex eventwalment jinstab bilanċ bejn il-bżonnijiet tan-nies u l-esiġenzi tas-sit ta’ Natura 2000. Kif titlesta din il-fażi, ssir it-tieni konsultazzjoni pubblika u wara, jrid jigi approvat mill-MEPA.
Il-Pjan ġie mfassal minn esperti tekniċi tal-MEPA u rfinat wara sensiela twila ta’ konsultazzjonijiet pubbliċi li saru mill-Bord tal-Park tal-Majjistral.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8399 u jgħid meta mistennija jiġu fis-seħħ il-Building Energy Regulations?
X’kienu l-problemi li wasslu għal dewmien fl-ipproċessar tat-
tender
marbut max-xiri ta’
software
marbut mal- verifika ta’ dawn l-i
standards
?
Meta mistenni jkollna assessuri kwalifikati għal dawn l-
audit energy efficiency requirements
meta r-regolamenti oriġinali ilhom li ġew introdotti kważi tliet snin?
X’sar min-naħa tal-Ministeru
vis-a-vis
l-iżviluppaturi f’dawn l-aħħar snin biex jagħmilhom konxji tal-ħtieġa obbligatorja ta’dawn l-i
standards
kif ukoll tal-impatt negattiv li jista' jkollu fuq il-bini tagħhom jekk ma jiksbux
energy performance certificates
tajbin?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Ninforma l-Onor Membru li parti mill-Energy Performance of Buildings Regulations daħlu fis seħħ fl-ewwel ta’ Novembru 2006 permezz ta’ l-avviż legali No. 269 tal-2006. Dawn kienu jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għar-rendiment tal-bini fl-użu ta’ l-enerġija. Parti oħra minn dawn ir-regolamenti li jirrikjedu li jsir ċertifikat dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu ta’ l-enerġija daħlu fis-seħħ fit-2 ta’ Jannar 2009 permezz ta’ l-avviż legali 261 ta’ 2008.
Id-dewmien fl-ipproċessar tat-tender marbut max-xiri ta’ software kien kawżat minn appell li sar minn wieħed minn dawk li kienu tefgħu l-offerti.
Il-ġimgħa l-oħra spiċċa kors għal erbghatax-il assessur li ser ikunu reġistrati fi ftit ġranet. Illum beda t-tieni kors u fil-ġimgħat li ġejjin ser jiftħu numru ta’ korsijiet oħra. Hawnhekk nixtieq nipreċiża li l-bżonn li jsir ċertifikat dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu ta’ l-enerġija daħal fis-seħħ fit-2 ta’ Jannar 2009 u mhux tliet snin ilu.
Matul dawn l-aħħar tliet snin il-Ministeru organizza numru ta’ Seminars u Konferenzi għall-iżviluppaturi, periti, inġiniera u estate agents biex jagħmilhom konxji tal-ħtieġa obbligatorja ta’dawn ir-regolamenti. Kien spjegat ukoll lilhom l-impatt negattiv li jista' jkun hemm fuq il-bini tagħhom jekk ma jiksbux energy performance certificates tajbin
Pjazza ta' quddiem il-Parlament — Proġett ta' tisbiħ
Question
In vista tal-proġett tat-tisbiħ tal-Pjazza ta' quddiem il-Parlament, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8365 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jindika:
1) fejn se jinżamm il-monument tas-Sette Giugno sakemm dan jitqiegħed biswit il-bini l-ġdid tal-Parlament;
2) jekk intlaħaqx ftehim għar-rilokazzjoni tal-karozzini u fil-każ fejn se jiġu rilokati dawn il-karozzini?
3) fejn se jiġu rilokati l-parkeġġi uffiċjali kollha (jiġifieri tal-Avukat Ġenerali, staff tal-Public Service Commission, staff tal-Parlament u l-membri tiegħu u oħrajn)?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8553 u jgħid meta se jitkomplew ix-xogħlijiet taz-zuntier tal-Knisja l-ġdida ta' Santa Venera, liema xogħol inbeda ftit qabel l-elezzjoni li għaddiet u li prattikament intelaq wara li għaddiet l-elezzjoni. Meta hu maħsub li se jitlesta x-xogħol kollu?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Jien infurmat lix-xogħol fuq iz-zuntier ta’ Santa Venera tlesta ħlief għax-xogħol ta’ balavostrar li kellu jsir minn kuntrattur privat li ngħata x-xogħol b’tender f’Mejju tal-2008.
Kif ħabbarna pubblikament, il-kuntrattur ma onorax il-kuntratt u għalhekk twaqqaf u qed jiġi mfittex għad-danni li jammontaw għal madwar €25,000.
Issa, skond il-kuntratt, qed jittieħdu l-passi neċessarji biex jitqabbad kuntrattur ieħor li jagħmel dan ix-xogħol ta’ lavur.
informazzjoni dwar il-koordinatur tal-kumitat tar-riabilitazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8436 u jgħid min hi l-pesuna maħtura bħala l-koordinatur tal-kumitat tar-riabilitazzjoni? Kemm titħallas din il-persuna? Jista' jpoġġi l-kuntratt tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (PULLICINO, GEORGE)
Rigward l-ewwel mistoqsija nirreferi l-Onor Membru għar-risposta tal-mistoqsija nru 2552. Il-persuna li qed jaqdi d-dmirijiet tiegħu mal-Kumitat tar-Riabilitazzjoni hu mpjegat mal-Gvern fi skala 6 b’mod indefinit.
Pjazza San Gorġ — Proġett - informazzjoni dwar persuna
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8434 u jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-proġett ta' Pjazza San Gorġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' din il-persuna?
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2229 u jgħid jekk l-Environmental Landscape Consortium (ELC) għandux l-inkarigu li jsebbaħ l-open spaces, central strips,roundabouts eċċ. li hemm fit-triq li minn Ħal Qormi tagħti għalfejn l-arjuport il-qadim (Triq Ħal Qormi/Ħal Luqa/San Tumas)? Jekk iva, għaliex dawn il-postijiet m'humiex miżmuma fi stat tajjeb? Jekk le, jikkonsidra l-Gvern li dawn il-postijiet għandhom jingħataw lill-ELC inkella lil xi kumpannija oħra biex jinżammu fi stat tajjeb partikolarment meta wieħed jikkonsidra li minn din it-triq ħafna turisti jieħdu l-ewwel u l-aħħar impressjoni ta' pajjiżna?