Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ix-Xgħajra – Batterija della Grazia — żvilupp

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15112, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx żviluppi rigward il-Batterija della Grazia fix-Xgħajra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

NGO – spazju fl-uffiċċju

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Kunsill Lokali jistax jagħti spazju fl-uffiċċji tiegħu jew fi proprjetà tiegħu jew amministrata minnu lil xi NGO biex din tintuża għal żmien temporanju mill-istess NGO? Jista' jikkonferma jekk biex isir dan, għandux bżonn ikun hemm bye-law jew tista' ssir b'deċiżjoni tal-Kunsill Lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

Kunsill Lokali tax-Xewkija – servizz mill-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jerġa’ jibda jingħata s-servizz mill-uffiċjali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali fl-uffiċċju tal-Kunsill Lokali tax-Xewkija bħala servizz għar-residenti tax-Xewkija, liema servizz kien jingħata sa ftit tax-xhur ilu u twaqqaf u meta dan twaqqaf ħoloq inkonvenjent lil ħafna residenti tax-Xewkija speċjalment anzjani? Jista' jgħid meta se terġa’ tibda l-faċilità fl-istess Kunsill Lokali li jkunu jistgħu jitħallsu l-kontijiet tad-dawl u ilma liema faċilità kienet tingħata sa ftit tax-xhur ilu u twaqqfet għad-detriment ta' diversi residenti tax-Xewkija li kienu jagħmlu użu minnha?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li s-servizz mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali ma twaqqafx imma qed jitħaddem by appointment. Huwa l-Kunsill Lokali stess li jikkomunika mad-Dipartiment għall-appuntamenti,u dawn jiġu mgħoddijja lill-klijenti tas-servizz, li mbagħad ikunu jistgħu jinqdew mill-binja tal-Kunsill. Ninsab infurmat ukoll li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma ma kienux jiġu mħallsa fil-Kunsill Lokali, imma fiċ-Ċentru LEAP fix-Xewkija stess. Bħalissa hemm ħaddiema tal-ARMS li qed jaqdu lir-residenti għall-ħlas tal-kontijiet, li qed jaħdmu skont l-iskeda taċ-Ċentru.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Kuntratti, direct orders, donazzjonijiet jew benefikati oħra lill-Marigold Foundation u National Alliance for Rare Diseases Support

Question

B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 16470, jista' l-Ministru jgħid min awtorizza dawn id-donazzjonijiet u/jew servizzi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li l-avvenimenti mtella fit-Teatru Manoel ġew approvati mis-CEO u d-Direttur Artistiku. Id-donazzjoni mid-dħul u l-kollaborazzjoni min-naħa tal-Okrestra Filarmonika Nazzjonali kienu awtorizzati mill-Executive Chair.

Kunsilli Lokali: records ta' ilmenti/suġġerimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16613 u 16488 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13480, jista’ l-Ministru jgħid kemm u fuqiex kienu l-ilmenti u s-suġġerimenti tar-residenti ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li jżommu records ta’ dawn l-ilmenti/suġġerimenti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Kunsilli Lokali u l-użu mill-Iskejjel tal-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16614 u 16487 u jindika liema huma dawk il-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-Istat wara il-ħin tal-iskola u jekk dan is-servizz huwiex jingħata lilhom bla ħlas?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni miġbura mingħand il-Kunsilli Lokali jirriżulta li hawn għaxar lokalitajiet li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-Istat wara il-ħin tal-iskola. Fi tmienja minnhom is-servizz qed jingħatalhom bla ħlas. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Binjiet u siti storiċi – mudelli għall-persuni nieqsa mid-dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm mill-binjiet, siti jew strutturi oħra li għandna f'pajjiżna u li jiffurmaw parti mill-wirt storiku tagħna, jinkorporaw fihom mudelli li jippermettu li persuni nieqsa mid-dawl ikunu jistgħu jħossu b'idejhom ħalli jifhmu d-dehra ta' dawn il-binjiet, siti jew strutturi? F'każ ta' risposta fl-affermattiv, jista' l-Ministru jindika liema huma dawn il-binjiet, siti jew strutturi u għal kull wieħed jgħid fejn jinsab il-mudell? In oltre, f'każ ta' risposta fl-affermattiv, jista' l-Ministru jindika xi spiża ġiet jew ser tiġi ddedikata f'dan ir-rigward tul din il-leġiżlatura u wkoll mnejn oriġinaw il-fondi? F'każ ta' risposta fin-negattiv, jista' l-Ministru jindika jekk għandux ħsieb li jinstalla faċilitajiet ta' dan it-tip għall-persuni nieqsa mid-dawl?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm spazji riżervati għall-parkeġġ għall-Ministeru tiegħu li għandhom l-uffiċċju tagħhom fil-Belt Valletta u jaqsam l-informazzjoni skont id-dipartiment rispettiv?gre

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li fil-Ministeru tiegħi hemm 10 parkeġġi reservati fil-Belt Valletta.

Il-Gudja – Triq it-Torri — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa Triq it-Torri fil-Gudja li ġiet irranġata? Jista’ jgħid jekk humiex se jsiru xogħlijiet oħra?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li x-xogħolijiet fi Vjal it-Torri saru minn Infrastructure Malta. Għaldaqstant, nitolbu jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.

Knisja ta’ San Pawl f’Bormla — tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara jekk hux possibbli li l-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla tiġi mnaddfa minħabba l-fatt li hemm pjanti li kibru fuq il-koppla tagħha?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li diġa sar ftehim bejn il-Kottonera Foundation/Uffiċċju tar-Rijabilitazzjoni tal-Kottonera u d-Direttorat tar-Restawr, sabiex il-Knisja ta’ San Pawl f’Bormla tkun inkluża fil-pjan tax-xogħolijiet ta’ restawr għas-sena 2021.

Bormla – Ground Peppi Delceppo — progress

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13373, jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi progress rigward il-ground Peppi Delceppo f’Bormla?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bormla illi tqabbad perit sabiex jagħmel reviżjoni tal-bills of quantities. L-imsemmija tpoġġew għad-diskussjoni u ġew approvati mill-Kunsill Lokali waqt seduta li nżammet f’Awissu 2020. Ninsab infurmat ukoll illi se tinħareġ sejħa għall-offerti għar-riġenerazzjoni tas-sit.

Kunsilli Lokali — telework

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi s-sitwazzjoni dwar teleworking vis-à-vis tal-Kunsilli lokali, kemm hemm staff li qed jaħdmu bit-teleworking u jekk dan hu possibbli jsir?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 17–il persuna impjegati mall-Kunsilli Lokali li jaħdmu bit-teleworking. Il-Kunsill Lokali jista’ fid-diskrezzjoni tiegħu jaddotta dawk il-mi¿uri neċessarji għall-impjegati tiegħu inkluż it-teleworking. It-Tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tati dettalji dwar liema Kunsilli jħaddnu t- teleworking għal konvenjenza tal-impjegati tagħhom.

Il-Gudja – Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina — xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġi jiswa u meta hu previst li jispiċċa x-xogħol li qed isir fiż-żona ta’ Triq id-Dejqa u Triq Santa Katarina fil-Gudja?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor.Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja li dawn ix-xogħlijiet fl-imsemmija toroq qiegħdin isiru minn Infrastructure Malta. Ninsab infurmat wkoll illi l-Kunsill Lokali ser ikun qed jieħu ħsieb il-pavimentar wara li jitlestew ix-xogħlijiet min-naħa tal-Infrastructure Malta. Bħalissa għaddejja evalwazzjoni ta’ sejħa għall-offerti għal dan ix-xogħol ta’ pavimentar. Il-pavimentar maħsub li jinbeda bejn Novembru u Diċembru ta' din is-sena, u qed jiġi ppjanat li f'sitt xhur ikun lest il-proġett.

Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fix-xogħol ta’ restawr li qed isir fil-Kappella ta’ Santa Katarina fil-Gudja, il-Ministeru tiegħu hux involut jew ikkonsultat? Jekk iva, b’liema mod?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Gudja, li l-Kunsill qatt ma kien involut b'mod dirett fir-restawr ta' din il-kappella. Ix-xogħol ta’ restawr qed isir mill-istudenti tal-MCAST.

Iż-Żebbuġ – Belveder – Triq Santa Marija – tender għal xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 15472 li ġiet imwieġba fit-30 ta' Ġunju 2020, fejn kien ingħad li 'ix-xogħlijiet li qed jagħmel il-Kunsill taż-Żebbuġ fil-Belveder li jinsab fi Triq Santa Marija kellhom jitlestew sa l-aħħar ta Lulju 2020 u biex jiġi evitat kull periklu, dan ix-xogħol qed isir bħala parti mit-tender Period Contract for General Paving Works at Żebbuġ and Marsalforn, Gozo' jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li ma tkompla ebda xogħol fuq dan il-Belveder bil-konsegwenza li dan baqa’ magħluq u ma infetaħx għall-pubbliku għax-xhur tas-sajf u għadu sal-lum magħluq kompletament l-aċċess u mas-sar l-ebda xogħol? Jista’ jgħid meta ħa jitkompla x-xogħol, kemm ħa jiġi jiswa dan il-Belveder u meta xahar u sena hu ppjanat jitlesta x-xogħlu kollu fuq dan il-Belveder?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ Għawdex li x-xogħol beda i¿da minħabba raġunijiet oħra ta’ urġenza l-kuntrattur ma kompliex ix-xogħol b’mod regolari. Hu ppjanat li x-xogħol se jitkompla fil-ġimgħat li ġejjin. L-istima tal-Perit tal-Kunsill għal dawn ix-xogħlijiet hija ta' €30,581.65. Infurmat ukoll li x-xogħlijiet għandhom jitlestew sa' l-aħħar ta' Diċembru 2020.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali – talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16438 u jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn nhar it-3 ta' Ġunju 2017 sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’¿ieda mal-informazzjoni li diġà ngħatat fil-PQ 16438, li kopriet il-perjodu sa Ottubru li għadda, nixtieq in¿id li n-numru ta’ talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lil dan il-Ministeru, bl-entitajiet u l-awtoritajiet taħtu inklu¿i, hu kif ġej: Ottubru-Diċembru 2019: 2 talbiet Jannar-Settembru 2020: 8 talbiet Minn dawn kien hemm 4 talbiet milqugħa u 6 rifjutati. Dawk li ġew irrifjutati kien minħabba li l-informazzjoni mitluba ma kinitx taqa’ fil-parametri tal-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni. It-talbiet saru minn midja differenti u minn individwi privati u kienu dwar aspetti varji tal-operat tal-Ministeru, l-entitajiet u l-awtoritajiet li jaqgħu taħtu.

Tender għal resurfacing fi Triq il-Kbira fix-Xewkija

Question

Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'Works Tender For The Resurfacing Of Triq Il-Kbira, Xewkija' li għalqet fl-1 ta' Ġunju 2020 u jgħid x'inhuma r-raġunijiet li din l-imsemmija tender għadha ma ġietx awarded? Meta hu maħsub li jibda u jitlesta x-xogħol fuq din it-triq?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li l-evalwazzjoni ta’ dan it-tender qiegħda tiġi konkluża. Il-proċess tal-evalwazzjoni ħa ftit fit-tul minħabba li kellhom jintalbu xi kjarifiċi. Ir-rapport tal-evalwazzjoni kellu mbagħad jgħaddi għall-approvazzjoni tal-Kunsill Lokali. Malli jintemm il-perjodu tal-appell, il-Kunsill Lokali jkun jista jiltaqa mal- kuntrattur li ssottometta l-aktar offerta vantaġġuża, sabiex jiġi ffirmat il-kuntratt.

Kunsill Lokali Mellieħa – Triq Għajn Żejtuna u toroq f’Santa Maria Estate – tindif ta’ culverts u bankini

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jieħu ħsieb li l-culverts li hemm tul it-Triq Għajn Żejtuna u t-toroq l-oħra fiż-żona ta’ St. Maria Estate fil-Mellieħa jitnaddfu u anke jinqata’ l-ħaxix u z-zkuk li hemm fuq numru ta’ bankini fl-istess żona?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li l-culverts indikati tnaddfu fit-12 ta’Ottubru 2020, filwaqt li ż-żbir ta’ siġar u qtugħ ta’ ħaxix li qed jostakolaw il-bankini hu skedat li jsir fil-jiem li ġejjin.

Kunsilli Lokali: records ta' ilmenti/suġġerimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16488 u ċjoè: B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 13480, jista’ l-Ministru jgħid kemm u fuqiex kienu l-ilmenti u s-suġġerimenti tar-residenti ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li jżommu records ta’ dawn l-ilmenti/suġġerimenti?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi din l-Informazzjoni għadha qed tinġabar, u tingħata f’seduta oħra.

Kunsilli Lokali u l-użu mill-Iskejjel tal-Istat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16487 u jindika liema huma dawk il-kunsilli lokali li qed jagħmlu użu mill-iskejjel tal-Istat wara il-ħin tal-iskola u jekk dan is-servizz huwiex jingħata lilhom bla ħlas?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi din l-Informazzjoni għadha qed tinġabar, u tingħata f’seduta oħra.