Legislature:
Category:
Reset
Active:

Transport Malta — emission tests għall-karozzi kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi kwalifiki kellhom l-uffiċjali ta' Trasport Malta li għamlu emission testsgħall-karozzi kummerċjali mis-sena 2009 'l quddiem?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-uffiċjali attendew għal kors mogħti mill-Vehicle and Operator Services Agency (VOSA) tal-Ingilterra

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni 14

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 14 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma' taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 17

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 17 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma' taqax taħt id-dekasteru tiegħi.

Programm Ten Ts — toroq li għadd iridu jsiru

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma t-toroq li jiffurmaw parti mill-programm Ten Ts u li b'xi mod qegħdin jistennew il-permess neċessarji tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar qabel ikunu jistgħu jinbdew? Meta saru l-applikazzjonijiet relatati?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li t-toroq li jagħmlu parti mit- TEN-T li bħalissa qed jistennew il-permess tal-MEPA huma: - Il-proġett tal- junction tal-Kappara. L-applikazzjoni PA4917/09 ġiet sottomessa fis-6 ta’ Novembru 2009. - Il-proġett tal- Coast Road tas-Salini. L-applikazzjoni PA3883/08 ġiet sottomessa fil-5 ta’ Awissu 2008 u l-applikazzjoni PA3758/09 ġiet sottomessa fil-21 ta’ Awissu 2009. - Il-proġett tat-Triq tal-Għadira. L-applikazzjonijiet 330, 331 & 332/09 ġew sottomessi fid- 29 ta’ Jannar 2009 u l-applikazzjoni 1023/09 ġiet sottomessa fis-16 ta’ Marzu 2009.

Land registry — pjanti

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni biex il-pjanti li jinxtraw mil-Land Registry Department ma jibqgħux ikunu dawk li ilhom snin sħaħ ma jiġu updated u dan bil-konsegwenza li l-persuni li jridu jużawhom (u llum qed jintużaw għal diversi raġunijiet fosthom banek u suċċessjoni) jistgħu jingħataw informazzjoni mhux korretta jew jidħlu fi spejjeż żejda biex ikunu jistgħu jinqdew b'dawn il-pjanti?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-pjanti li jinxtraw mir-Registru tal-Artijiet huma prezentement ibbazati fuq verzjoni tal-basemap qadima. Fir-rigward tal-basemap aġġornata tal-Gżejjer Maltin, ninsab infrumat illi, in konformita` mal-ftehim li sar dan is-Sajf bejn ir-Reġistru tal-Artijiet u l-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar sabiex din tal-aħħar tgħaddi l-basemap aġġornata tagħha lir-Reġistru bla ħlas u mingħajr dewmien, il-MEPA għaddiet diska kompatta lir-Reġistru li għandha fiha l-basemap aġġornata fil-15 ta’ Ottubru 2010. Bħalissa il-MITA qed taħdem sabiex isir l-istħarriġ (testing) neċessarju sabiex din il-basemap aġġornata tibda tintuża mill-ħaddiema u l-klijenti tar-Reġistru mill-aktar fis. Dan l-istħarriġ għandu jdum bejn wieħed u ieħor tlett ġimgħat. Jekk ma jinqalgħux problemi dwar din il-fażi, huwa mistenni li l-basemap il-ġdida tkun f’postha lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Sadanittant pero`, ta’ min wieħed jgħid li min irid jirreġistra propjeta` llum, xorta jista jagħmel dan billi il-perimetru tal- propjeta xorta jista` jiġi indikat fuq ir-Reġistru elettroniku preżenti.

MCA — investigazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kienu l-każijiet mressqa quddiem l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta minn internet services providers biex din tinvestiga lmenti fil-konfront tal-kumpanija, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament, matul l-aħħar tnax-il xahar? Kemm il-każ ġie deċiż matul dan il-perjodu? X'kien l-eżitu ta' dawn l-investigazzjonijiet?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li matul il-perjodu ottubru 2009 sa ottubru 2010 ma kien hemm l-ebda ilment ossia dispute minn internet service provider kontra il-kumpanija li rrefera għaliha l-Onor Interpellant.

Talba għal reserved parking

Question

Jista’ l-Ministru jara li Transport Malta tikkunsidra mill-ġdid l-applikazzjoni miċħuda mill-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, dwar reserved parking bay minħabba li l-qagħda fizika tas-Sinjura ddeterjorat f’dik li hi mobilità u din tbati minn total abdominal impairment?

Response (GATT, AUSTIN)

Ma naħsibx li għandi ngħaddi din l-informazzjoni personali sakemm ma jkollix il-kunsens ta' l-individwu konċernat.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 10

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 10 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 11

Question

Jsta' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 11 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

spiża fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-ispiża s'issa li ntefqet fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt? Jista' jgħid minn liema fondi ġew il-flus sabiex jitħallas dan l-infiq?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat l-ispiża totali li ntefqet fuq il-proġett ta' Bieb il-Belt sal-aħħar t'Awwissu 2010 kienet ta' € 5,137,576. Il-Grand Harbour Regeneration Corporation tagħmel tajjeb għal dan l-infiq.

proġetti fuq bini, titjib jew irranġar ta' toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-infiq proġett bi proġett fuq proġett ta' bini, titjib jew irranġar ta' toroq arterjali u residenzjali li saru f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 19277.

konċessjoni għall-istallar ta' bus stops

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-konċessjoni għall-istallar ta' bus stops li kienet ittieħdet minn kumpanija privata skaditx jew meta se tiskadi?

Response (GATT, AUSTIN)

Jiena nfurmat illi ma hemm ebda konċessjoni għall- installar ta' Bus Stops, iżda jekk l-Onorevoli Interpellant qed jitkellem fuq Bus Shelter nitolbu jagħmel il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Speed cameras

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20458, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema mill-ħames cameras indikati fir-risposta kienu diġà approvati minn Transport Malta qabel? Fil-każ fejn kien hemm diġà approvazzjoni, jista' jagħti tagħrif dwar meta kienu approvati dawn il-cameras? Fil-każ partikolari tal-camera fil-bypass ta' San Pawl il-Baħar, jista' jagħti tagħrif dwar x'wassal biex l-istallazzjoni tagħha tieqaf ukoll wara li kien diġà sar parti sostanzjali mix-xogħol relatat?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li l-ispeed cameras li kienu diġà approvati minn Transport Malta huma fil-Bypass ta' San Pawl il-Baħar, fi Triq l-Imġarr Għawdex u fi Triq il-Kosta (limiti tan-Naxxar) u dawn kollha ġew approvati fis-17 ta' Diċembru 2008. L-istallazzjoni ta' l-ispeed camera ta' San Pawl il-Baħar twaqqfet sabiex it-talba terġa' tiġi eżaminata fl-isfond ta' l-Ispeed Policy il-ġdida li ġiet imħejjija minn Transport Malta.

Breakwater

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20459, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk fil-fatt minn dan ir-rapport li għamel referenza għalih fir-risposta jirriżultax li f'partijiet mill-breakwater hemm partijiet fejn għaddas jista' jgħaddi min-naħa ta' barra għan-naħa ta' ġewwa tal-breakwater billi jgħaddi minn toqob tal-istess breakwater? Jista' jagħti tagħrif ukoll dwar xi ħsarat saru matul is-snin fit-tarf ta' barra tal-istess breakwater?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li r-rapport li għamilt referenza għalih fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20459 ma jindikax li f'partijiet mill-breakwater hemm partijiet fejn għaddas jista' jgħaddi min-naħa ta' barra għan-naħa ta' ġewwa tal-breakwater billi jgħaddi minn toqob tal-istess breakwater. Ir-rapport jindika li hemm partijiet taħt il-baħar fejn hemm scouring u erosion tal-concrete b'mod partikolari fuq in-naħa ta' barra.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 6

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 6 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma’ taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

Strateġija għall-Industrija ta' Malta — Rakkmandazzjoni numru 7

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif twettqet rakkmandazzjoni numru 7 tal-istrateġija għall-industrija ta' Malta 2007-2010? X'miżuri ttieħdu f'dawn it-tliet snin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma’ taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

proprjetà tal-ex Marsa Shipbuilding — mogħtija lil kumpanija privata

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux fi ħsieb il-gvern jew jekk hux għaddejjin diskussjonijiet biex parti mill-proprjetà tal-ex Marsa Shipbuilding tingħata lil kumpanija privata?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma’ taqax taħt id-dekasateru tiegħi.

skejjel biex tingħata l-liċenzja tas-sewqan ta' ajruplani

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' skejjel stabbiliti f'Malta li jgħallmu persuni biex jakkwistaw il-liċenzja tas-sewqan ta' ajruplani, kemm dawk li huma liċenzji privati u anke dawk li huma liċenzji kummerċjali, separatament? Kemm minn dawn l-iskejjel huma ta' sidien barranin?

Response (GATT, AUSTIN)

Ninsab infurmat li f'Malta għandna tliet skejjel li jgħallmu persuni biex jakkwistaw il-liċenzja privata tas-sewqan ta' ajruplani filwaqt li għandna skola waħda li tipprovdi teorija għall-liċenzja kummerċjali. Waħda mill-iskejjel li jgħallmu persuni biex jakkwistaw il-liċenzja privata tas-sewqan ta' ajuplani għandha ishma b'maġġoranza barranija.

Ċirkewwa — tiswija fid-dawl tat-triq

Question

Jista' l-Ministru, flimkien mal-Ministru responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta jikkonsidra l-ħidma neċessarja biex l-istreet lighting li hemm fl-inħawi taċ-Ċirkewwa jinxtegħlu għaliex nurmu ta' bozoz li hemm fl-inħawi qed ikunu miftija? Meta saret l-aħħar manutenzjoni fid-dawl ta' dawn l-inħawi?

Response (GATT, AUSTIN)

Filwaqt li nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija Parlamentari Nru 20457, nitolbu jindikali eżatt fejn jinsabu dawn il-bozoz biex jekk dawn jaqgħu taħt ir-responsabilta tal-Ministeru tiegħi nara li tittieħed l-azzjoni li jkun hemm bżonn.