Skejjel primarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8996, 9385, 9894 u 10135 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell primarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Grad
Total
ta’ riżenji
KGE
3
LSE
27
Għalliem/a
25*
Assisenti Kapijiet
0
Kapijiet
0
*10 minnhom peripatetic
Skejjel Sekondarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9176, 9386, 9895 u 10136 u jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel, u kapijiet ta' skejjel fil-livell sekondarju li rriżenjaw mill-impjieg tagħhom, matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab hawn taħt:
Grad
Total ta’ riżenji
Kap
0
Asst. Kap
2
LSE
7
Għalliem/a
33
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9139, 9394, 9896 u 10137 u jgħid fejn jinsabu ċ-Ċentri S.T.E.A.M.? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'kull ċentru?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10080 u jgħid, matul is-sena skolastika li għaddiet (2021/2022), kemm kien l-ammont totali li tħallas fi stipendji lill-istudenti?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10081 u jindika kemm kienu l-istudenti li gawdew mill-għoti tal-istipendju, skont l-istituzzjoni edukattiva, matul is-sena skolastika li għaddiet?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10106 u ċjoè: Issa li ntemmu b’suċċess il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li saru f’Malta, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ bed nigħts b’rabta ma’ dan l-avveniment sportiv?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm madwar 13,000 bed nights.
Università ta’ Malta – Forensic Analysis Laboratory — akkreditazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Forensic Analysis Laboratory tal-Università ta’ Malta, fejn issir l-analiżi tad-drogi għal kawżi fil-Qorti, huwiex akkreditat? Jekk le, jista' jgħid għaliex mhux akkreditat? Min huma l-persuni addetti mal-istess laboratorju? X’inhu l-baġit allokat għall-istess laboratorju? Jista’ jgħid jekk inbediex il-proċess ta’ akkreditar? Jekk iva, kemm ilu li beda u min huma l-persuni responsabbli minn tali process, jekk inbeda?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Università għaddejja b’ħidma biex dan il-laboratorju jsir akkreditat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm iggradwaw Speech and Language Pathologists sena b'sena mill-2013 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mis-sena 2013 s’issa ggradwaw total ta’ 124 student fis-suġġett imsemmi.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 6094 u jgħid kemm huwa n-numru ta’ ċentri tal-Klabb 3-16 u fejn huma allokati? Kemm jattendu studenti għal dan is-servizz? X’inhija l-funzjoni tagħhom? Jista’ jgħid jekk dawn humiex bil-ħlas? Jista’ jgħid ukoll x’għandu wieħed jagħmel biex jibda jirċievi dan is-servizz?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Klabb 3-16 huwa programm nazzjonali għal studenti wara l-ħin tal-iskola. Dawn iċ-ċentri jiftħu wkoll waqt il-btajjel skolastiċi. Il-programm imħejji f’dawn iċ-ċentri jinkludi attivitajiet bħal arti, drama, edukazzjoni fiżika, logħob, sessjonijiet ta’ tisjir, esperimenti ta’ xjenza u taħdidiet edukattivi. Apparti dawn l-attivitajiet, tingħata wkoll għajnuna fil-homework minn għalliema ingaġġati apposta għal dan il-għan. Filwaqt li l-ħlas għall-Klabb 3-16 huwa ta’ €0.80 fis-siegħa, niġbed l-attenjzjoni tal-Onor. Interpellant li dawk l-istudenti li qegħdin fuq skema 9 jew każijiet imressqa minn Foundation for Social Welfare Services (FSWS), ma jħallsux għal dan is-servizz. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li permezz ta’ SLC number, il-ġenituri jistgħu jibbenefikaw minn rifużjoni tat-taxxa.
Il-lista taċ-ċentri tal-Klabb 3-16 u t-total ta’ reġistrazzjonijiet, jinsabu hawn taħt:
LokalitàNumru ta’ reġistrazzjonijiet
Attard214
Birkirkara209
Birzebbuġa123
Fgura246
Għargħur51
Guardian Angel RC Hamrun9
Gżira124
Ħamrun GP170
Helen Keller RC Qrendi7
Luqa135
Marsaskala - St Anne200
Marsaskala - St Joachim198
Mellieħa219
Mġarr134
Mosta177
Mosta Annex77
Mqabba91
Naxxar200
Paola180
Pembroke150
Qawra414
Qormi San Bastjan135
Rabat A113
San Ġwann167
San Miguel RC Pembroke3
Siġġiewi170
Sliema183
St. Julians98
St. Paul's Bay218
St. Venera205
Victoria - Gozo76
Wardija Resource Centre3
Żabbar A177
Żabbar B96
Żebbuġ - Malta150
Żejtun196
Żurrieq210
Total5528
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi direttivi min-naħa tal-Malta Union of Teachers (MUT) fir-rigward tal-Iskola Guardian Angel u jekk iva, liema huma, għaliex inħarġu u kemm ilhom fis-seħħ?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm id-direttivi biex jidderieġu lill-edukaturi biex ma jiħdux ritratti, ma jiħdux sehem u lanqas jikkordinaw attivitajiet extra kurrikulari. Dawn daħlu fis-seħħ fil-bidu tax-xahar ta’ Mejju.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Membri Parlamentari humiex jingħataw il-permess biex iżuru skejjel statali u jiltaqgħu mal-amministrazzjonijiet fuq talba tagħhom stess?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li talbiet ta’ dan it-tip għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet kompetenti biex b’hekk inkomplu nżommu l-iskejjel tagħna separati mill-politika.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9223 u 9392 u jgħid jekk jeżistix filter fit-tablet li jingħata lil studenti mir-Raba’ sena ’l fuq sabiex jiffiltra dak li jista’ jkun aċċessibli fuq l-internet għat-tfal ta’ din l-età?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-wifi f’kull skola primarja tal-Gvern li fuqu jaqbad it-tablet tat-tfal huwa mgħammar b’filter tal-internet.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8266, jista’ l-Ministru jindika x’qiegħed isir biex jiġu megħjuna l-1,762 tifel u tifla fl-iskejjel tal-Gvern li għandhom diżabilità intellettwali u l-ġenituri tagħhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma l-Onor. Interpellant li dawn l-istudenti jiġu mgħejjuna mil-LSE tagħhom b’riżorsi neċċesarji ħalli jkollhom aċċess għall-kurrikulu. Minbarra hekk Kap ta’ Dipartiment (Inclusion) hu assenjat f’kull skola biex jgħin bi strateġiji u riżorsi adekwati lill-edukaturi li jaħdmu magħhom, waqt li jeżisti programm ta’ litteriżmu (NWAR) mill-Aġenzija Nazzjonali għal-Litteriżmu li dawn l-istudenti jistgħu jattendu flimkien mal-ġenituri taghhom. Hemm ukoll nurture class jew Learning Support Zones u Multisensory Learning Rooms, skont il-bżonnijiet tagħhom.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9983, jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-titolu li għandha l-fondazzjoni u/jew għandhom il-football clubs ta' Birżebbuġa fuq il-football ground li jinsab fi Triq il-Port Ħieles?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa m’hemm l-ebda titolu għand il-fondazzjoni msemmija. Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li hemm MoU fejn juri li beda x-xogħol fuqu sabiex dan jinbidel f’titlu ta’ ċens.
Small Nations Games – spiża taċ-ċerimonja tal-ftuħ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm swiet jew kemm huwa mistenni li tiġi tiswa flus iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-iSmall Nations Games tat-28 ta’ Mejju 2023 u kemm hu mistenni jintefaq fuq dik tal-għeluq?
Small Nations Games – ħlas għal xogħol lill-kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jelenka kull ħlas li sar jew hu mistenni jsir lil kull kuntrattur li ngħata/rebaħ sejħa għall-offerti għal xi xogħol marbut mal-iSmall Nations Games? Jista’ jgħid f’kull każ:
a) id-data meta ntrebaħ/ingħata l-kuntratt;
b) jekk kienx direct order; u
ċ) isem il-kuntrattur?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — persuni li għandhom disturbance allowance
Question
Jista' l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom disturbance allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?
Response (GRIMA, CLIFTON)
Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9573, ninformah li m’hemm l-ebda persuna li hu intitolat għall-benefiċċju msemmi bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.