Tista' l-Ministru tgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tagħha fuq dawn it-toroq indikati fit-tweġiba tagħha għall-mistoqsija parlamentari 1500 u ċjoe:
1) Triq Baqqari, Xewkija
2) Triq Ta’ Ċenċ, Sannat
3) Triq il-Fanal, Għasri
4) Triq Għajn Qasab, Nadur
5) Triq Gerxija, Sannat
6) Triq Pompej, Rabat
Tista' tgħid kemm kien it-tul ta' xogħol li sar f'kull triq u jekk f'kull każ saritx it-triq kollha? Tista’ tpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq dawn it-toroq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Tista' tgħid kemm tħallas fuq ix-xogħol li sar fuq kull triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Tista' tgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru? Tista' tpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet tista' tagħti r-raġuni għaliex ma sarux?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw metri kubi ta' konkos (ready mix) xahar b' xahar mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta' Lulju 2017? Tista' tgħid minn min saret it-talba għar-ready mix (konkos) u f'kull każ fejn intuża' (raħal/belt, triq u dettalji oħra)? Min kien il-perit jew persuna/i inkarigat għal kull waħda minn dawn ix-xogħlijiet u f'kull każ min kien li ċċertifika l-kwalità tar-ready mix (konkos) u f’liema laboratorju saru t-testijiet biex ikun assigurat il-kwalità tal-konkos li ntuża?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji dwar din ir-risposta għadhom qed jinġabru u ser jingħataw f'xi seduta oħra
Proġett tat-twettiq tal-Master Plan taċ-Ċittadella
Question
Tista’ l-Ministru tgħid b'kollox kemm sewa l-proġett tat-twettiq tal-Master Plan taċ-Ċittadella? Tista’ tagħti lista fiex intefaq dan l-ammont? Kemm tħallas kull kuntrattur li ħadem fuq dan il-proġett u f'kull każ ix-xogħol ingħata b'direct order, wara sejħa għall-kwotazzjonijiet jew b'tender?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji dwar din ir-risposta għadhom qed jinġabru u ser jingħataw f'xi seduta oħra
Ministeru għal Għawdex – uffiċjali li ħadu kumpens għas-servizz telefoniku
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, u li x-xogħol tagħhom mhux regolat b’kuntratt, irċevew xi tip ta’ kumpens għas-servizz telefoniku permezz ta’ amenda fis-salarju rispettiv tagħhom jew permezz ta’ rimbors jew inkella permezz ta’ għotja ta’ top up mobile cards? Tista’ tgħid min kienu dawn l-uffiċjali kif ukoll tispeċifika r-raġuni u fiex kien jikkonsisti l-kumpens f’kull każ, inkluż l-ammont rispettiv u jagħti dan it-tagħrif minn Marzu 2013 sal-lum, maqsum sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji dwar din ir-risposta għadhom qed jinġabru u ser jingħataw f'xi seduta oħra
Għawdex – parroċċi li ngħataw kontribuzzjonijiet jew għajnuna mill-Ministeru
Question
Tista' l-Ministru tgħid liema parroċċi f'Għawdex ingħataw kontribuzzjonijiet jew għajnuna fi flus mill-Ministeru tagħha jew minn xi waħda mill-entitajiet li taqa' taħt il-Ministeru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid f'kull każ kemm kien l-ammont li ngħata jew ġie miftiehem li jingħata lil kull parroċċa u għal liema skop ingħata?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Attachments:Copy of PQ 1799 - Għajnuna lill-Parroċċi_Tabelli (002).pdf
Tista' l-Ministru tgħid liema toroq f'Għawdex ġew miksija bit-tarmac matul din is-sena (2017)? F’kull każ kemm kien it-tul ta' kull triq u kemm sewa' x-xogħol fuq kull triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li diġa` tajt għall-mistoqsija parlamentari 1500. Ġentilment ninforma wkoll li l-informazzjoni mitluba fit-tieni parti ta’ din il-mistoqsija, għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru tgħid meta ser jibda jopera l-fast ferry service bejn iż-żewġ gżejjer ta' Malta u Għawdex? Min ser ikun qed jopera dan is-servizz? Tista' tgħid jekk dan hux ser ikun għall-passiġġieri biss jew jekk hux ser ikun qed joffri servizz għall-vetturi wkoll? Kemm hu maħsub li se jkun jista' jġorr passiġġieri f'kull vjaġġ u kemm hu maħsub li se jibdew jsiru vjaġġi kuljum? Liema port f'Malta ser ikun qed juża dan is-servizz?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 1501.
Ministeru għal Għawdex u d-Djoċesi ta’ Għawdex – Memorandum of Understanding
Question
Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Memorandum of Understanding li ġie ffirmat ftit tal-jiem ilu bejn il-Ministeru għal Għawdex u d-Djoċesi ta' Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li qed inpoġġi kopja tal-Memorandum of Understanding fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid jekk is-sistema tal-online bookings tal-Gozo Sports Complex hijiex qed taħdem? Jekk din is-sistema qed taħdem, minn meta bdiet titħaddem? Jekk mhux qed taħdem x’inhi r-raġuni li mhux qed taħdem u meta hemm il-ħsieb li tibda titħaddem?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li s-sistema ta’ online bookings fil-Kumpless Sportiv t’Għawdex ġiet introdotta fi Frar 2017. Minn dak iż-żmien ‘l hawn sar proċess ta’ evalwazzjoni tas-sistema u din qed tiġi mtejba biex tkun aktar user friendly. Huwa ppjanat li s-sistema emendata tidħol fis-seħħ għall-aħħar t’ Ottubru 2017.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess biex titpoġġa baga akbar fix-Xlendi li magħha jkunu jistgħu jorbtu l-cruise liners? Tista' tgħid jekk dan il-proġett li ġie msemmi f'diversi budgets tal-leġislatura l-oħra, hux ser isir jew le u jekk ser isir meta mistenni li jitlesta? Jekk ġie deċiż li mhux ser isir, x’inhi r-raġuni?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex qed iħejji pjan ħolistiku għax-Xlendi li jinkludi r-riġenerazzjoni ta’ dan il-post u li fih jinkludi faċilitajiet turistiċi fosthom landing place aktar adekwata biex tilqà turisti li jiġu bil-cruise liners. Dan ġie wkoll inkluż fil-Baġit 2018 fejn ukoll ingħatat allokazzjoni finanzjarja għall-ewwel fażi tal-proġett.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 1227, jista’ l-Ministru jgħid kemm żaru ċ-Ċentru tal-Viżitaturi fiċ-Ċittadella sa minn meta infetaħ dan iċ-Ċentru?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li sa mill-ftuħ taċ-Ċentru tal-Viżitaturi fiċ-Ċittadella fil-5 ta’ Lulju 2016 sat-30 ta’ Settembru 2017 in-numru ta’ persuni li żaru ċ-Ċentru kien ta’ 279,845.
Tista’ l-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol fuq il-fibre optic link bejn Malta u Għawdex? Tista’ tgħid liema kumpanija ser tkun qed tpoġġi dan il-fibre optic link u meta hu mistenni jkun f’postu u jibda jintuża?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li x-xogħol kollu fuq id-dokument għas-sejħa għall-offerti huwa lest u d-dokument intbagħat għall-vetting lid-Dipartiment tal-Kuntratti. Is-sejħa għall-offerti mistennija tiġi ippubblikata fil-ġimgħat li ġejjin. Skont it-tender document, ix-xogħol kollu tat-tqegħid għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena 2018.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ir-restawr tal-Mitħna tax-Xewkija, li kien propost fil-budget għas-sena 2017? Meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol ta' restawr u kemm intefaq fuq dan ix-xogħol ta' restawr sa issa? Min qed jagħmel dan ix-xogħol u kif ġie magħżul?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li nħarġet sejħa għall-offerti għal xogħlijiet ta' restawr tal-bini tal-Mitħna waqt li s-sejħiet għall-offerti għall-materjal tal-mekkaniżmu magħha qed jiġu finalizzati. Ix-xogħol tar-rijabilitazzjoni tal-Mitħna kollha hu mistenni li jitlesta sal-aħħar tas-sena 2019.
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal ir-restawr fuq l-Għar ta' Kalipso fix-Xagħra, li kien propost fil-budget għas-sena 2017? Meta hu mistenni li jitlesta dan ix-xogħol ta' restawr u sa issa kemm intefaq fuq dan ix-xogħol ta' restawr? Min qed jagħmel dan ix-xogħol u kif ġie magħżul?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li qed jitħejjew it-tenders sabiex jiġi kkonsolidat l-Għar ta’ Kalipso. Ix-xogħol mistenni jitlesta fi żmien sena minn meta jiġi ffinalizzat il-proċess ta’ tendering.
Devoluzzjoni ta’ aktar responsabilità għal Għawdex – White Paper
Question
Tista' l-Ministru tgħid jekk il-White Paper dwar devoluzzjoni ta' aktar responsabilità għall-gżira ta' Għawdex kif proposta fil-budget għas-sena 2017 ġietx ippubblikata? Jekk ġiet ippubblikata, tista' l-Ministru tpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk sal-lum ma ġietx ippubblikata meta hu maħsub li din il-White Paper se tiġi ppubblikata kif imwiegħda fil-budget għal din is-sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari 1505.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1508, peress li t-tweġiba qed tirreferi għall-mistoqsija parlamentari 1639, u peress li dawn il-mistoqsijiet kienu fuq suġġett differenti, fejn filwaqt li l-mistoqsija parlamentari 1508 kienet dwar il-Proġett ta' Qorti ġdida, il-mistoqsija parlamentari 1639 kienet dwar xogħlijiet fuq taraġ mill-Bus Terminus sa Pjazza San Franġisk, tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1508 u tinforma lill-Kamra u tgħid xi twettaq s'issa fuq il-proġett ta' Qorti ġdida f'Għawdex?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari 1643 tad-9 ta’ Ottubru 2017.
Għawdex – twaħħil ta’ tabelli bis-sinjali tat-traffiku
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk, madwar Għawdex, twaħħlux tabelli bis-sinjali tat-traffiku u tat-toroq mit-3 ta' Ġunju 2017 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jekk fl-affermattiv tista' tgħid jekk dan ix-xogħol sarx permezz ta' direct order jew b'tender? Tista' tgħid min kien il-kuntrattur li għamel it-tabelli, il-post fejn saru u min ta l-approvazzjoni għal dan ix-xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li twaħħlu tabelli fejn kien meħtieġ, mill-istess kuntrattur li kien rebaħ it-tender fil-15 ta’ Frar 2016, liema tender kienet għal perjodu ta’ sena. Sadanittant ħarġet tender oħra li qegħda fil-proċess ta’ evalwazzjoni.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Għal dawn is-segwenti toroq:
i) It-triq bejn ir-Rabat u s-Sannat;
ii) Triq Għajn Qatet Rabat;
iii) Triq San Leonardu Rabat/Xewkija;
iv) Triq tal-Għajn Fontana;
v) Triq il-Vajringa, Rabat;
vi) Triq ta’ Sdieri/Triq ta’ Pinu, Għarb;
vii) Triq il-Kapuċċini, Rabat;
viii) Triq Għajn Abdul, Santa Luċija, Kerċem;
ix) Triq is-Salina, Marsalforn, Żebbuġ;
x) Triq il-Mitħna, Xewkija;
xi) Triq Ninu Cremona, Rabat;
xii) Triq il-Qbajjar, Marsalforn, Żebbuġ;
xiii) Triq tal-Ħanaq, in-Nadur; u
xiv) Triq ta' Ċenċ, Sannat, Għawdex
fejn fl-aħħar erba' snin u nofs sar xogħol ta' re-surfacing jew xogħol ieħor relatat mill-Ministeru għal Għawdex, tista' l-Ministru tgħid kemm sewa' x-xogħol fuq kull waħda minn dawn it-toroq, mil-liema kuntrattur twettaq u sarx b'direct order jew wara tender?
a) Min kien il-Perit nkarigat mix-xogħlijiet?
b) Għal kull xogħol, tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ċ-ċertfikat tal-Perit li juri li x-xogħol sar tajjeb u skont it-
tender
?
c) Tgħid jekk sarux testijiet tat-tarmak għal kull triq, minn min saru u tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat li juri li saru dawn it-testijiet u r-riżultati tal-istess testijiet?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.