Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #5727 Sitting 115 2018-05-22 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex – atti tal-mewt reġistrati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati atti tal-mewt fir-Reġistru Pubbliku ta' Għawdex mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista annessa: Sena Total 2008 246 2009 291 2010 265 2011 257 2012 262 2013 289 2014 238 2015 313 2016 245 2017 295
Leg 13 PQ #5728 Sitting 115 2018-05-22 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Pubbliku ta’ Malta – digrieti ta’ adozzjoni fir-Reġistru tal-Persuni adottati reġistrati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il digriet ta' adozzjoni ġie rreġistrat fir-Reġistru tal-Persuni Adottati fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta mis-sena 2008 sas-sena 2017, sena b'sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tagħrif mitlub huwa fil-lista annessa: Sena Total 2008 71 2009 44 2010 75 2011 61 2012 74 2013 66 2014 48 2015 55 2016 38 2017 52

Żjara ġewwa l-Awstralja — nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 5421 u ċjoè: B’referenza għar-rapport li deher fis-sitt paġna tal-ħarġa tal-gazzetta The Malta Independent on Sunday tat-22 ta’ April 2018, jista’ l-Prim Ministru jinforma lill-Kamra min ħallas għall-vjaġġ, akkomodazzjoni u l-ispejjeż relattivi ġewwa l-Awstralja kif ukoll minn min kienet komposta d-delegazzjoni u min ħallas għall-istess vjaġġ, akkomodazzjoni u għall-ispejjeż relattivi għall-istess delegazzjoni? Jista’ jinforma kemm kienet l-ispiża komplessiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5421.
Leg 13 PQ #2360 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — promotional material - nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq promotional material (brochures, websites, flyers, mailshots eċċ ) minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant
Leg 13 PQ #5666 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni - safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5244 u 4871 u ċjoe: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għar-Riforma, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant.
Leg 13 PQ #5667 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 5243 u 4870 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interepellant li għal perjodu Marzu 2013-Jananr 2017 tirreferi għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 2115,17753,26715,26832,26833 u 29670. Għal perjodu minn Frar 2017, qed inpoġġi t-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5687 Sitting 114 2018-05-21 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Żjara fl-Awstralja — rendikont

Question

Jista’ l-Prim Ministru jagħti rendikont taż-żjara li kellu fl-Awstralja lejn tmiem Marzu u l-bidu t’April li għaddew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ninsab informat li f'dan l-istadju għad fadal kontijiet relatati ma' din iż-żjara li ma humiex magħluqa, u għalhekk għadu mhux possibli li tingħata l-ispiza komplessiva. It-tagħrif sħiħ jingħata f'seduta ohra.
Leg 13 PQ #5590 Sitting 113 2018-05-16 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Data Protection Officers

Question

Jista' l-Prim Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tad-Data Protection Officers kollha fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru inkluż dawk l-uffiċjali f kull entità, dipartiment u awtorità li jaqgħu taħt ir-responsabiltà tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

In-numru ta’ uffiċjali li bħalissa qed jaqdu d-dmirijiet ta’ Data Protection Officer fl- Uffiċċju tal-Prim Ministru huwa ta’ 22. Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data se jkun applikabbli fil-25 ta’ Mejju u għaldaqstant il-ministeri, dipartiment u entitajiet qed jaġġornaw il-listi skont il-provvedimenti tar-Regolament.
Leg 13 PQ #2345 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – radio advertising — nefqa

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jelenka kemm intefqu flus minn kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, fuq radio advertising minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi it-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #5331 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – mobile phones mħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 4892 u jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li huma 17-il persuni fis-Segretarjat li għandhom il-kont tal-mobile phone imħallas mill-gvern minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom. Dan huwa numru simili għal dak li kien hemm f’leġiżlaturi oħra preċedenti. L-ispiża minn April 2013 sal-lum fuq ħlasijiet ta’ kontijiet ta’ mobiles kienet ta’ €250,601.
Leg 13 PQ #5584 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Swiss Leaks — Politically exposed persons Maltin

Question

Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta' politically exposed persons Maltin li kienu mniżżla fis-Swiss Leaks u dan peress li nhar id-9 ta' Marzu 2015 huwa stess kien wiegħed li se jippubblika din il-lista?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġibiet mogħtija għall-mistoqsijiet parlamentari 294 u 4772.
Leg 13 PQ #5586 Sitting 112 2018-05-15 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistratur tal-Kumpaniji – informazzjoni dwar beneficial owners

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il talba rċieva r-Reġistratur tal-Kumpaniji għall-informazzjoni dwar beneficial owners skont dak li jipprovdi r-regolament 7 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19) mill-1 ta' April 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-Registru tal-Kumpanniji għandu sistema elettronika fejn persuni eliġibbli bis-saħħa tar-regolament 7(1) jistgħu jingħataw aċċess elettroniku għar-reġistru tal-beneficial owners (kumpaniji waħda waħda). Għalhekk m’hemmx għalfejn isiru talbiet individwali lir-Reġistratur tal-Kumpaniji biex tingħata informazzjoni dwar beneficial owners ta xi kumpanija. Rigward talbiet għal informazzjoni minn persuni msemmija fir-regolament 7(2), ir-Reġistratur ma kellu ebda talba.
Leg 13 PQ #5247 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni - safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4874 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 5243.
Leg 13 PQ #5265 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — konsulenti legali

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4879 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jagħtu konsulenza legali lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm qed jitħallsu ta’ dan ix-xogħol? Jista’ jpoġġi l-kuntratti tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ninforma lill-Onor Interpellant li l-għażla ta’ dawn il-persuni saret bl-istess mod li qabel l-2013 kienu intagħ¿lu ditti legali biex jagħtu konsulenza legali lill-Uffiċċju tal-Prim Ministru fejn kien hemm involuti l-Kap tal-Oppozizzjoni attwali u l-Kap tal-Oppozizzjoni preċedenti u bl-istess mod li mill-inqas membru parlamentari tal-Oppozizzjoni kien intagħżel bħala konsulent legali għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru qabel l-2013 fl-istess waqt li kien President tal-PN.
Leg 13 PQ #5580 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistratur tal-Kumpaniji – dikjarazzjoni ta’ beneficial owners ta’ kumpaniji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il dikjarazzjoni dwar min hu jew min huma l-beneficial owners ta' kumpaniji ġew ippreżentati lir-Reġistratur tal-Kumpaniji skont dak li jipprovdi r-regolament 3 tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19) mill-1 ta' Jannar 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Mill-1 ta’ Jannar ta’ dis-sena kull kumpannija li tiġi kostitwita hija obbligata tagħti dikjarazzjoni dwar il-benefiċċjarji tagħha lir-Reġistratur tal-Kumpaniji, ħlief kumpaniji li s-soċji kollha tagħhom huma individwi kif jidhru fid-dokumenti pubbliċi miżmuma mir-Reġistratur tal-Kumpaniji. Ir-Reġistratur irċieva 760 dikjarazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2018 sas-7 ta Mejju 2018.
Leg 13 PQ #5581 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistratur tal-Kumpaniji – dikjarazzjoni ta’ bdil ta’ beneficial owners

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il dikjarazzjoni dwar bidla f'min hu jew min huma l-beneficial owners ta' kumpaniji, ġiet ippreżentata lir-Reġistratur tal-Kumpaniji skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 6 (1) tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19) mill-1 ta' Jannar 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Kienu 16 id-dikjarazzjonijiet dwar bidla fil-beneficial owners, jew dikjarazzjonijiet li ma kienx hemm tibdil skond ir-regolament 6(2) tar-Regolamenti msemmija li rċieva r-Reġistratur tal-Kumpaniji mil-1 Jannar 2018 sas-7 ta' Mejju 2018. Dawn jirrigwardjaw biss kumpaniji li ġew reġistrati mill-1 ta Jannar 2018 l'hawn, billi kumpanniji li ġew reġistrati qabel il-1 Jannar 2018 ingħataw żmien tranżitorju bil-liġi u s’issa m’għandhomx obbligu li jinnotifikaw dwar il-beneficial owners tagħhom.
Leg 13 PQ #5582 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistratur tal-Kumpaniji – dikjarazzjoni ta’ beneficial owners ta’ kumpaniji

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il dikjarazzjoni dwar min hu jew min huma l-beneficial owners ta' kumpaniji u li dwarhom ikun sar trasferiment jew trasmissjoni ta' azzjonijiet jew żieda jew tnaqqis tal-kapital azzjonarju maħruġ jew ristrutturar tal-kapital azzjonarju jew bidla fil-jeddijiet tal-vot, ġiet ippreżentata lir-Reġistratur tal-Kumpaniji skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 6 (2) tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19) mill-1 ta' Jannar 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 5581. Ma tinżammx informazzjoni separata ta' kemm dikjarazzjonijiet ġew sottomessi skond kif mitlub mir-regolament 6(1) jew 6(2). Għal dan l-iskop tintuża formola waħda ta’ notifikazzjoni (Form BO2).
Leg 13 PQ #5583 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistratur tal-Kumpaniji – reġistrazzjoni ta’ memorandum u artikoli ta’ kumpanija

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba r-Reġistratur tal-Kumpaniji ma rreġistrax memorandum u l-artikoli ta' kumpanija peress li l-istess Reġistratur tal-Kumpaniji ma kienx sodisfatt illi ġew imħarsa l-ħtiġiet tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19) skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 6 (3) tar-Regolamenti dwar Companies Act (Register of Beneficial Owners) (Leġislazzjoni Sussidjarja 386.19) mill-1 ta' Jannar 2018 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-Reġistratur tal-Kumpaniji ma jaċċettax talbiet biex jiġu reġistrati kumpaniji meta id-dikjarazzjoni tkun nieqsa (fejn din għanda tingħata). L-informazzjoni mitluba għalhekk ma tinżammx peress li lanqas biss tiġi kkonsidrata l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ kumpanija mingħajr id-dikjarazzjoni fejn din hemm lokha. Nista però nikkonferma li r-Reġistru tal-Kumpaniji kellu diversi kazi fejn ma’ ġewx aċċettati memorandum u l-artikoli ta' kumpaniji proposti ġodda għax ma kellhomx id-dikjarazzjoni.
Leg 13 PQ #5676 Sitting 111 2018-05-14 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadini ta’ pajjiżi oħra mill-Unjoni Ewropea – assigurazzjoni medika

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk tintalabx assigurazzjoni medika mingħand ċittadini ta’ pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea li jkunu residenti f’Malta? Jekk iva, x’tip ta’ assigurazzjoni tintalab u kemm hemm nies li għandhom din l-assigurazzjoni? Jista’ jgħid jekk din l-assigurazzjoni hijiex kundizzjoni biex tingħata Karta tal-Identità Maltija lil dawn iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti f’Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li karti tal-Identità jinħarġu biss lill-ċittadini Maltin. Ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jgħixu Malta jinħarġilhom dokument ta’ residenza. Il-polza tal-assikurazzjoni medika tintalab lill-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jirreġistraw ruħhom bħala residenti f’Malta skont il-provedimenti tal-liġi sussidjarja L.S. 460.17 – Free Movement of European Union Nationals and their Family Members li timplimenta inter alia id-Direttiva 2004/38/EC tal-Unjoni Ewropea. Fost ċittadini tal-Unjoni Ewropea li jintalbu polza tal-assikurazzjoni medika hemm dawk li jottjenu dokument ta’ residenza għal skopijiet ta’ studju jew fuq bazi ta’ economic self-sufficiency.
Leg 13 PQ #5243 Sitting 110 2018-05-09 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Safar

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 4870 u ċjoè: Jista' l-Prim Ministru jgħid, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum x’kienet in-nefqa totali tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru fuq safar? Jista’ jagħti dawn id-dettalji dwar kull żjara: kemm kienet l-ispiża, x’kien l-għan ta’ din iż-żjara, minn min kienet komposta d-delegazzjoni għal kull żjara u x’kien ir-rwol tal-persuni li attendew?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħrif għadu qed jinġabar.