B'referenza għad-Dar tal-Anzjani ta' Bormla, jista' l-Ministru jgħid kif ikun magħmul l-istaff, skond il-grad, matul il-ġurnata u matul il-lejl?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li d-dettalji mitluba huma kif jidhru hawn taħt:
Matul il-ġurnata:
Head of Home – 1
Secretary - 1
Nurses - 2
Senior Carer - 1
Care Assistants – 11
Handymen – 2
Housekeeper – 1
Domestics – 6
Laundry Assistants – 3
Security/Receptionist – 1
Matul il-lejl:
Care Assistants – 3
In-Nurses, Handymen, Housekeepers, u Laundry Assistants ma jaħdmux nhar ta’ Ħadd.
Jista' l-Ministru jgħid min hu responsabbli mit-tindif ta' dak li jitħalla wara l-Monti fil-Kottonera kull nhar ta' Tlieta? Min iħallas ta' dan ix-xogħol?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Peress li t-tindif tat-toroq ma’ jaqax taħt id-dekasteru tiegħi, nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' anzjani fuq il-waiting list sabiex jidħlu fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla? Jista' jgħid minn liema lokalità huma?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani li kienu qed jistennew is-servizz ta' home help matul ix-xahar ta Ottubru 2009? Jista' jgħid kemm kien hemm anzjani fl-istess perjodu li xtaqu jsaħħu jew iżidu s-servizz li kienu diġà qed jieħdu tal-home help billi l-helper iżżid is-servizzi tagħha minn darba għal darbtejn jew iżjed fil-ġimgħa lill-istess anzjani li diġà għandhom is-servizz?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li f’Ottubru 2009 in-numru ta’ anzjani li kienu qed jistennew li jingħataw is-servizz tal-Home Help kien 79. In-numru ta’ dawk l-anzjani li xtaqu jsaħħu jew iżidu s-servizz kien ta’ 26.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm anzjani li kienu qed jistennew li jingħataw is-servizz tal-home help fix-xahar ta Ottubru 2009? Jista' jgħid għaliex inħolqot din il-waiting list?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li f’Ottubru 2009 in-numru ta’ anzjani li kienu qed jistennew li jingħataw is-servizz tal-home help kien 79. Din il-waiting list inħolqot minħabba nuqqas ta’ helpers. Dan in-nuqqas qed jiġi indirizzat bl-ingaġġ ta’ helpers ġodda li ser jibdew jagħtu s-servizz tagħhom fil-ġranet li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bżonn ta' iktar ħaddiema fis-servizz tal-home help? Meta beħsiebhom jdaħħlu iktar ħaddiema? Dawn il-ħaddiema li jdaħħlu jingħataw taħriġ neċessarju jew le? Kemm ikun twil u fiex jikkonsisti it-taħriġ li jingħataw? Jistgħu japplikaw irġiel biex jidħlu f'dan il-job?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bħalissa jinħtieġu 30 helper addizzjonali għas-servizz tal-home help. L-ewwel grupp ta’ Part Time Social Assistants ġew impjegati fit-3 ta’ Diċembru 2009. Dawn il-ħaddiema jingħataw informazzjoni dwar kif għandu jingħata is-servizz u jkunu kontinwament issapportjati mis-supervisor ta’ l-area fejn ikunu jaħdmu. Għalkemm ma jkunux utilizzati fis-servizz tal-Home Help l-irġiel xorta jistgħu japplikaw bħala Part Time Social Assistants u dawn jaqdu dmirijiet f’San Vinċenz de Paul jew fid-Djar tal-Anzjani tal-gvern.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-membri tal-Korp tal-Pulizija mhumiex minn tal-ewwel persuni li ġew inklużi fit-tlaqqim kontra l-Swine Flu, stante li dawn iħabbtuha ma' kull kwalità ta' nies?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-prioritazzjoni tal-kategoriji li kellhom jirċievu il-vaċċin kontra l-Influwenza A H1N1 ġiet stabbilita fuq kriterji rakkomandati mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa u L-ECDC.
Minbarra fil-każ ta’ ħaddiema li jaħdmu fis-settur tas-saħħa, il-kriterji kienu stabbiliti fuq riskju kliniku u mhux riskju okkupazzjonali.
Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol — notifiki dwar kostruzzjoni
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol irċeviet notifiki li se jinbdew xogħlijiet ta' kostruzzjoni fis-sena 2007, 2008 u 2009 sena b'sena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà rċeviet dawn in-notifiċi fis-snin imsemmija:
2007: 127 notifika
2008: 193 notifika
2009: 175 notifika.
Skond l-Avviż Legali 281/2004, (ir-Regolamenti tal-2004 dwar bżonnijiet minimi tas-Saħħa u s-Sigurtà tax-Xogħol f’Siti ta’ Kostruzzjoni), speċifikament regolament 4 (1), in-notifika għandha tintbagħat fil każ ta’ siti ta’ kostruzzjoni li fuqhom ix-xogħol ikun skedat li jdum aktar minn 30 jum tax-xogħol u li fuqhom ikun hemm jaħdmu aktar minn 20 ħaddiem fl-istess ħin, jew li fuqhom il-volum tax-xogħol huwa skedat li jeċċedi l-500 ġurnata xogħol ta’ persuna. Din-notifika għandha tintbagħat lill-Awtorità mis-
supervisor
tal-proġett ta’ l-anqas erba’ ġimgħat kalendarji qabel ma jibda x-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid xi proġetti infrastrutturali u ta' apparat ta' kura u/jew investigattiv hemm ippjanat għal din is-sena fl-Isptar Sir Paul Boffa?
Response (CASSAR, JOSEPH)
L-isptar Boffa irid ikompli jilqa l-pazjenti u jservi l-funzjonijiet kollha ta’ sptar nazzjonali tal-onkoloġija sakemm jinfetaħ iċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei. Sabiex l-Isptar Boffa jinżamm f’ kundizzjoni xierqa, għaddej bħalissa xogħol ta’ embellishment ġenerali. Dan ix-xogħol jinkludi titjib fl-ambjent ġenerali ġewwa s-swali u xogħolijiet ta’ tkaħħil, tibjid u zebgħa; rranġar ta’ kmamar tal-banju; u għamara ġdida. Dan il-proġett se jinkludi wkoll sala ġdida tal-Palliative Care. Ġiet installata sistema ġdida tal-misħun madwar l-isptar kollhu u dan wassal sabiex ġie eliminat l-użu ta’ boiler antik jaħdem biż-żejt; u biex ġiet eliminata kompletament is-sistema antika ta’ pajpijiet tal-ħadid. Ninformal lill-onorevoli interpellant li x-xogħol ġie komplut mingħajr effetti negattivi fuq il-funzjonijiet ta’ l-isptar, kif ukoll mingħajr ebda nkonvenjent għall-pazjenti.
Bħalissa għaddej wkoll xogħol preparatorju fuq il-bini ta’
contingency bunker.
Dan il-
contingency bunker
ser jospita’ waħda mill-
linear accelerators
ġodda li ser tiġi stallata ġewwa dan l-isptar sabiex tkun eliminata kull possibilita’ ta’ sospensjoni fis-servizz ta’ radjuterapija mogħti lill-pażjenti sakemm jinfetaħ iċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija ġewwa l-Isptar Mater Dei. Il-permessi tal-MEPA għall-
contingency bunker
inħargu u qed jiġi ppjanat li dan ix-xogħol jibda fi żmien qarib.
dekasteru tas-saħħa, anzjani u kura fil-komunità — konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jgħid fl-aħħar ħames snin kemm tqabbdu konsulenti (advisors) fid-dekasteru tas-saħħa, anzjani u kura fil-komunità? Jista' f'kull każ ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratt li sar ma' kull advisor jew kumpanija ta' advisors?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-tweġiba ser tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm fl-aħħar sentejn iddaħħlu ħaddiema fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi? F'kull każ:
x'kien il-grad tagħhom?
ġewx imħaddma part-time jew full time?
kemm kien il-ħlas tagħhom u x'perkaċċi ingħataw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk wara li l-Għaqda Ażmatiċi Maltin għamlet rebħa li t-tfal jistgħu jieħdu l-inhaler huma personali u jużawh huma, ġewx infurmati l-Head of Schools b'din id-deċiżjoni?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant biex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lil Ministru konċernat.
Dipartiment tal-Anzjani — spettorat biex iżur id-djar tal-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk id-Dipartiment ta’ l-Anzjani għandux spettorat biex iżur regolarment id-djar ta’ l-anzjani (tal-Gvern, Knisja u tal-privat) u jassigura li s-servizzi f’dawn id-djar qed jingħataw b’mod professjonali? Jekk hemm spettorat, kemm kien hemm djar ta’ l-anzjani li saritilhom spezzjoni mis-sena l-oħra sal-lum? X’konklużjonijiet waslu għalihom l-inspectors? Jista’ jindika wkoll l-istandards li qegħdin jimxu fuqhom il-Kapijiet ta’ dawn id-djar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onorevoli Interpellant li d- Dipartiment Għal Standards Dwar Is–Servizzi tas-Saħħa fi ħdan id-Divizjoni għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika, għamel spezzjonijiet fid-Djar kollha ta’ l-Anzjani li jinkludu dawk tal–Knisja, tal-privat u tal-Gvern. In-numru tad-djar li gew spezzjonati jammonta għal 37.
Id-djar kollha qed joperaw f’ambjent adekwat u qed jagħtu kura adekwata. Minkejja dan bgħatna rekomandazzjonijiet lid-djar bil-għan biex ikomplu jgħollu l-kwalità ta’ servizz li qed jagħtu.
Rigward l-aħħar parti tad-domanda nixtieq nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13119
Kuntratturi u importaturi tal-mediċini — flus b'lura
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jagħti flus b'lura u kif tela' dan id-dejn, sena b'sena mal-kuntratturi u importaturi tal-mediċini? Minn meta beda tiela' dan id-dejn, kemm ilu u kemm hu l-ammont?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Infurmat li l-ammont ta’ flus dovut lill-kuntratturi u importaturi tal-medicini fl-aħħar ta’ Novembru 2009 kien 15.18 miljun ewro. Dan l-ammont tela’ kif jidher hawn taħt:
Sena
Ammont
(Ewro – Miljun)
2009
14.8
2008
0.1
2007
0.03
2006
nil
2005
0.02
2004
0.01
2003
0.02
2002
nil
2001
nil
2000
nil
Qabel 2000
0.2
Mill-figuri ta’ hawn fuq jidher li l-ammont dovut għas-snin qabel l-2009 niżel għal madwar 2.5% tat-total. L-ammonti dovuti ta’ qabel l-2009 jinkludu talbiet għal pagamenti li kienu kontestati.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistosqijiet parlamentari 14591 u 14314 u jgħid kemm tqum ċesarja (kollox inkluż) lill-Gvern? Kemm saru ċesarji fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li l-eżerċizzju tal-costings wasal fl-aħħar stadji u għalhekk t-tweġiba ser tingħata aktar tard.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14590 u 14313 u jgħid kemm kien l-ammont totali li l-Gvern ħallas bħala maintenance tal-Isptar Mater Dei fis-sena 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-ispiża totali kienet:
Repair & Upkeep (materials)
€ 601,661
Facilities Management Contract
€ 5,478,382
Maintenance Medical Equip. contracts
€ 2,133,653
Total
€ 8,213,696
Labour costs, Engineering & Biomedical Engineering Departments
€ 2,560,515
Grand Total
€ 10,774,211