Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol fuq l-uffiċini ċentrali ġodda tal-Arms Ltd fil-Blata l-Bajda? Xi spiża saret s'issa fuq dawn ix-xogħlijiet? Meta Arms Ltd se tibda topera minn dawn l-uffiċini?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi x-xogħol fi ħdan l-uffiċini l-ġodda ġewwa Gattard House, għaddej kif ippjanat.
L-ispiża mħallsa s’issa kienet ta’ €11,054.60. Din il-figura tinkludi l-iżgombrar li sar fil-post, kif ukoll l-ispejjeż tal-perit u l-inġinier. Sar ukoll depożitu ta’ €210,000 lil Kalaxlokk Ltd għax-xogħlijiet li qed isiru.
Huwa maħsub li dawk l-uffiċini li joffru s-servizz lill-pubbliku, se jkunu qed joperaw minn Gattard House sal-aħħar ta’ dan is-sajf.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ uffiċini miftuħa f’lokalitajiet differenti sal-lum minn Arms Ltd? Fejn huma dawn l-uffiċini? X’inhuma l-ħinijiet tal-ftuħ? Kemm kienet l-ispiża fuq kull wieħed minn dawn l-uffiċini?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ARMS Ltd għandha l-uffiċċji tagħha ġewwa Ħal-Luqa, filwaqt li għandha ieħor ir-Rabat Għawdex. Barra minn hekk, f’dawn l-aħħar ġranet bdiet topera servizz ta’ counter mill-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara. Minbarra li għaddej ix-xogħol ġewwa Gatthard House, Blata l-Bajda, biex l-uffiċċji ta’ Ħal Luqa jiġu rilokati għal hemmhekk, ARMS Ltd qed taħdem ukoll biex tiftaħ counters oħra ġewwa kunsilli lokali oħrajn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu b’mod separat il-kumpaniji ta' avukati li taw konsulenza lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2010, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ħallset l-ammont ta’ €2,620.30 lill-kumpanija Ganado Sammut Advocates għal servizz ta’ konsulenza legali.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapporti li ħejjew il-KPMG in konnessjoni mal-bord ta' inkjesta dwar l-operat tad-Dipartiment tal-VAT wara l-iskandlu ta' frodi li kien hemm, inkluż ir-rakkmandazzjonijiet tagħhom għat-tisħiħ legali permezz tal-emendi proposti minnhom fil-liġi?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi dan ir-rapport huwa sensittiv għall-operat tad-Dipartiment tal-VAT, minħabba d-dettal ta’ informazzjoni,
flow charts
u aspetti oħra li jidħol fihom u li jekk jiġu f’idejn persuni b’għanijiet ulterjuri, dan jista’ ikun ta’ detriment għall-istess Dipartiment.
Madankollu, il-konklużjonijiet ta’ dan ir-rapport huma riflessi fil-konklużjonijiet tar-rapport “Systems Audit of the VAT Department - Report by Board of Inquiry and Reaction by Commissioner of VAT” li ġie mpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra fid-9 ta’ Mejju, 2011.
Jista' l-Ministru jgħid liema data jġibu l-kummenti tad-Dipartiment tal-VAT b'reazzjoni għar-rapport tal-bord tal-inkjesta dwar il-frodi fid-Dipartiment tal-VAT li kien ilu li lesta xogħlu sa mill-1 ta' Frar 2010?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-kummenti tad-Dipartiment tal-VAT b’reazzjoni għar-rapport tal-bord tal-inkjesta jġibu d-data ta’ Lulju 2010.
Dipartiment tal-VAT — direttur ġenerali - inkjesta
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk id-Direttur Ġenerali nnifsu li jmexxi d-Dipartiment tal-VAT ġiex intervistat mill-bord tal-inkjesta dwar il-każ ta' frodi fid-Dipartiment li huwa jmexxi? Jekk iva, meta?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Bord iltaqa’ mad-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tal-VAT nhar id-9 ta’ Novembru, 2009. Wara din il-laqgħa, il-bord għamel xi punti li ħarġu mid-diskussjoni u bagħathom lid-Direttur Ġenerali għall-kummenti tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-KPMG Forensic Advisory Team li għenu lill-bord ta' inkjesta dwar l-iskandlu ta' frodi fid-Dipartiment tal-VAT?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li r-risposta se tingħata f’seduta oħra.
Malta Enterprise — settur tal-manifattura - skema ta' għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu u x’inhuma l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għas-settur tal-manifattura mill-2004 sal-lum? Kemm kienu/huma u min kienu/huma l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm ħa fondi kull benefiċjarju? Kemm minn dawn il-fondi kienu Fondi Ewropej?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta mogħtija ghal Mistoqsija Parlamentari numru 19891.
Illum il-Malta Enterprise tamministra 26 inċentiv li minnhom jista' jibbenefika s-settur tal-manifattura. Fl-2011 il-Malta Enterprise approvat €5.4 miljun minn fondi Ewropej kif ukoll €32 miljun minn fondi lokali għat-total ta’ €37.4 miljun.
Dettalji dwar in-numru ta' benefiċjarji u assistenza approvata qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Enterprise — settur turistiku - skema ta' għajnuna
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu u x’inhuma l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għas-settur turistiku mill-2004 sal-lum? Kemm kienu/huma u min kienu/huma l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm ħa fondi kull benefiċjarju? Kemm minn dawn il-fondi kienu Fondi Ewropej?
Response (FENECH, TONIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill-2004 sal-lum il-Malta Enterprise amministrat seba’ skemi li minnhom erbgħa kienu speċifikament għall-industrija tat-turiżmu u tlieta li minnhom setgħu jibbenefikaw varji intrapriżi fosthom dawk li jopera fis-settur turistiku. Dawn l-iskemi qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu u x’inhuma l-iskemi ta’ għajnuna tal-Malta Enterprise għall-SMEs mill-2004 sal-lum? Kemm kienu/huma u min kienu/huma l-benefiċjarji ta’ dawn l-iskemi f’Malta u Għawdex separatament? Kemm ħa fondi kull benefiċjarju? Kemm minn dawn il-fondi kienu Fondi Ewropej?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 26431.
Dettalji dwar in-numru ta’ benefiċjarji u assistenza approvata huma murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inkluż l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-snin 2008, 2009 u 2010? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista jghid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25574.
Dipartiment tal-Artijiet — art li bdiewa jaħdmu fiha
Question
Jista' l-Ministru jgħid xi dritt għandu d-Dipartiment tal-Artijiet biex joħroġ fuq art li tkun qed tinħadem għal skop ta' biedja minn bidwi full-time, l-encroachment permit temporanju għal skop mhux relatat mal-biedja?
Response (FENECH, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jkun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta s'issa bagħtitx l-inġiniera u l-ħaddiema tagħha għal taħriġ mal-kumpanija BWSC dwar it-tħaddim tal-estensjoni tal-power station f’Delimara, skont kif stipulat fil-kuntratt iffirmat mal-istess Korporazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid min kienu l-inġiniera u l-ħaddiema mibgħuta għal dan it-taħriġ? Meta intbagħtu? Kemm dam dan it-taħriġ? Fejn sar dan it-taħriġ u fiex kien jikkonsisti każ b’każ?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-programm ta’ taħriġ lill-inġiniera u l-ħaddiema mal-kuntrattur dwar it-tħaddim tal-estensjoni tal-power station ġewwa Delimara għaddej kif stipulate. Il-Korporazzjoni tħoss li mhux prudenti tagħti dettalji ta’ min qed jagħmel it-taħriġ.
Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment — servizz ta' konsulenti
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 24410 u jagħti lista ta' konsulenti jew kumpaniji ta' konsulenti, lokali jew barranin, li l-Ministeru tiegħu, inklużi l-enti kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul is-snin 2008, 2009 u 2010? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista jgħid jekk kull servizz mogħti, ingħatax b’direct order jew le?
Response (FENECH, TONIO)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari numru 25574.
tiswija fil-pajpijiet li minnhom jgħaddi l-human waste
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il inspection saret u kemm allura kien hemm ħsarat li ġew imsewwija matul is-sena 2010 fil-pajpijiet li hemm taħt it-toroq Maltin li minnhom jgħaddi l-human waste?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma matul is-sena 2010 għamlet 817 spezzjoni bis-CCTV għal total ta’ 60km ta’ mains.
Instabu 967 il-ħsara li kollha ġew imsewwija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il post f'Malta u Għawdex għadhom jinqdew bil-fossa biex iżommu l-human waste? Jista' jgħid kemm-il inspection saret matul is-sena 2010 sabiex tara li dawn l-fosos ma jiskulawx l-ilma li jkun fihom għal ġewwa l-blat ? X'irriżulta minn dawn l-inspections li saru?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-lista li turi l-lokalitajiet u n-numru ta’ fosos f’Malta u Għawdex qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ l-Ilma tbattal dawn il-fosos b’mod regolari.
Rigward spezzjonijiet ta’ dawn il-fosos nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministru għar-riżori u affarijiet rurali.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-arranġamenti li kellhom isiru biex jiġi esportat l-iskart li se jibda jipproduċi l-impjant il-ġdid f'Delimara meta jibda jopera? Fejn se jiġi esportat? Kemm huwa stmat li se jiġi jiswa l-ġarr u d-depożitar ta' dan l-iskart barra mill-pajjiż?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi t-tender biex tipprovdi s-servizzi ġiet ippubblikata u l-proċess għadu għaddej. Minħabba dan, mhux prudenti li jintqalu d-dettalji mitluba.
Fid-dawl tal-fatt li xhur sħaħ ilu f’din il-Kamra, l-Ministru, meta mistoqsi x'passi ħa l-gvern biex jimponi multa fuq il-BWSC peress li din ħbiet dettalji meta ma ddikjaratx li l-kumpaniji li kienu se jaħdmu għaliha kienu involuti f'każi ta' korruzzjoni, kien wieġeb li l-Avukat Ġenerali intalab għall-opinjoni fuq din il-materja, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra x’kien il-parir mogħti mill-istess Avukat Ġenerali u x’passi ttieħdu fuq il-bażi ta’ dan il-parir?
Response (FENECH, TONIO)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta se tingħata f'seduta oħra.