Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tnaqqis tal-Livell ta' CO2

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6017 u cioè: Peress li Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea hija obbligata tirrapporta kull sena lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2, u peress li wieħed minn dawn it-targets li Malta għandha hu dak li sal-2020, 10% tal-enerġija tagħna trid tiġi minn sorsi nodfa billi nużaw teknoloġiji ta' enerġija alternattiva mix-xemx jew riħ, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija se timplimenta Malta biex tilħaq din il-mira?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6018 u cioè: Peress li Malta bħala membru tal-Unjoni Ewropea hija obbligata tirrapporta kull sena lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2, u peress li dawn it-targets jirrigwardaw is-setturi bħat-trasport, agrikoltura u skart, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija se timplimenta Malta dwar kif tista' tnaqqas b'mod konkret l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'dan is-settur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Programm ta' Fondi Strutturali — bdiewa u raħħala li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6625 u jgħid kemm kien in-numru ta' bdiewa u raħħala Għawdxin li bbenefikaw mill-Programm ta' Fondi Strutturali taħt il-miżura għal Investiment fi Strutturi Agrikoli f'dawn l-aħħar tliet snin? Jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn il-bdiewa u raħħala u l-ammont ta' għajnuna li ħadu kull wieħed?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

kumitati tar-riabilitazzjoni — informazzjoni fuq ic-chairperson

Question

Jista' l-Ministru jgħid min hi l-persuna maħtura bħala chairperson tal-kumitati tar-riabilitazzjoni? Kemm titħallas din il-persuna? Jista' jpoġġi l-kuntratt tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Pjazza San Gorġ — Proġett - informazzjoni dwar persuna

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8643 u 8434 u jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, fil-proġett ta' Pjazza San Gorġ? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' din il-persuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f’xi seduta oħra.

Cottonera Waterfront — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8646 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qiegħed isir monitoraġġ tax-xogħlijiet previsti skond il-kuntratt għall-iżvilupp tal-Cottonera Waterfront, kemm dak tal-Cottonera Waterfront Group kif ukoll tal-Port Cottonera fit-termini taż-żmien kif previst fl-istess kuntratt? Jekk fl-affermativ, x'xogħlijiet fadal li jsiru sabiex il-proġett ikun komplut kif previst fil-kuntratt?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Tignè u Manoel Island — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8648 li oriġinarjment saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qiegħed isir moniteraġġ tax-xogħlijiet previsti skond il-kuntratt tal-MIDI kemm f'Tignè Point kif ukoll f'Manoel Island b'mod partikolari meta mqabbel maż-żmien li kellhom jitlestew skond l-istess kuntratt? Jekk fl-affermativ, x'xogħlijiet fadal li jsiru sabiex il-proġett ikun komplut kif previst fil-kuntratt?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Żebbuġ — Produzzjoni taż-żejt

Question

Filwaqt li ninforma lill-Ministru li l-perijodu li qed nitlob it-tagħrif dwaru huwa bejn Diċembru 2007 u Diċembru 2008, jista' issa l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 6707, 5566, 4687, 4197, 3430 u 2637 u jgħid kemm-il kilo ta' żebbuġ huwa stmat li jiġi prodott f'Malta? Kemm-il litru ta' żejt jiġi maħdum minn dan? Hemmx xi pjanijiet sabiex din l-industrija tiżviluppa iktar? X'targets irid jilħaq il-Gvern f'dan s-settur?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Industrija tal-apikultura

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5230 u jgħid xi pjan t'azzjoni għandu l-gvern rigward ir-ristrutturar għall-industrija tal-apikultura u jekk għandux il-ħsieb li jifrex dan il-mestjier fin-Nofsinhar ta' Malta ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kuntratt bejn KIM u Produtturi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3037 u jgħid f’kien l-esitu wara l-kuntratt li kien sar fis-sena 1994 għal perijodu ta' għaxar snin bejn il-KIM u erba’ produtturi biex jinbnew tlett multipliers u Sire Unit liema perijodu għalaq fis-sena 2004? Jista' jgħid x’kienet ir-raġuni li lil dawn l-erba' produtturi, li kienu ppretendew li għandhom ikomplu bit-tmexxija tal-istess, ġew rifjutati tant li dawn intavolaw kawża f’dan is-sens kontra l-istess Gvern? Jista' jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn huwa prefera jagħti għajnuna finanzjarja lil dawn il-produtturi minflok jilqa' t-talba tagħhom? Jista' jinforma lil din il-Kamra dwar kemm il-gvern ħallas bħala ex gratia lil dawk il- Multipliers Unit li kellhom ftehim ta’ għaxar snin u li skadilhom il-perijodu u minn liema fond tħallsu? Jista' jgħid x’kienu l-kriterji li fuqhom iddeċieda li jħallas dawn il-flus?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kemmuna — Multiplier Unit - KIM - Kumpens

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3036 u jgħid mil-liema fondi l-gvern ħallas il-kumpens mogħti lil KIM talli kienet tmexxi l-Multiplier Unit fuq il-gżira ta’ Kemmuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħta f'xi seduta oħra.

Użu ta' kontroll bijoloġiku

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5036 u jagħti informazzjoni u jgħid jekk il-Gvern hux qed joffri xi inċentivi lill-bdiewa biex jintuża l-kontroll bijoloġiku? Jista' jgħid jekk il-Gvern hux qed jagħmel reklamar sabiex iħajjar lill-bdiewa li jkabbru l-ħxejjex u l-frott frisk bl-użu tal-kontroll bijoloġiku jinvestu aktar f'din is-sistema?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Kumpanniji li jaħdmu fil-qasam tal-ambjent

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma s-57 kumpanniji li qal li fetħu f’dawn l-aħħar sitt xhur u li jaħdmu fil-qasam tal-ambjent? Jista jgħid x’inhi l-attivita` ta’ kull kumpannija u kemm qed tħaddem nies fil-preżent? Jista' jgħid ukoll jekk dawn il-kumpanniji ndikawx li se jkabbru fil-futur qarib? Jekk fl-affermattiv, jista’ jghid liema huma u kemm se jżiedu nies?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tinagħta f'xi seduta oħra.

Għaqdiet sportivi — għajnuna għal aparat energy saving

Question

Billi l-Gvern qed jagħmel kampanja qawwija biex ikun hemm bdil f'dawk li huma stallazzjonijiet ta' l-elettriku, jista' l-Ministru jikkonsidra l-possibiltà li bħalma l-Gvern ser iqassam numru ta' bozoz lill-familji Maltin kollha, hekk ukoll l-għaqdiet sportivi jibbenefikaw minn għotjiet ta' apparat energy saving, jew jingħataw għajnuniiet finanzjari biex ikunu jistgħu jistallaw dan l-apparat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

ammont ta' għeneb mixtri mill-għassara

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien, b'mod globali, l-ammont ta' għeneb li nxtara mill-għassara fl-istaġun ta' l-għeneb tas-sena li għaddiet? Jista' jagħti tagħrif jekk il-Gvern għandux xi lmenti partikolari dwar il-ħlas dovut lill-bdiewa minħabba dan ix-xiri?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f 'xi seduta oħra.

Bdiewa- Għajnuna għal serer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6652 u jgħid a. Kemm kienu l-bdiewa li bbenefikaw minn għajnuna biex jibnu s-serer tagħhom ? b. Kemm għandna fil-preżent art miksija bis-serer ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li fl-ewwel sejħa tal-Miżura 3.1 – Investimenti fi Strutturi Agrikoli, 15-il benefiċjarju bbenifikaw fuq il-konstruzzjoni u l-manutenzjoni tas-serer. Fit-it-tieni sejħa kien hemm 7 benefiċjarji. Rigward it-tieni parti nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Produtturi tal-Majjal — Sussidju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3034 u jgħid kif tqassmet u ġiet allokata l-ispecial temporary state aid lil produtturi tal-majjal rigward is-sussidju tal-SMPPMA u l-għajnuna ta' restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008? Jista' jgħid jekk kienx hemm xi iffrankar tal-flus ta’ dak il-laħam li ma nqatilx? Kemm kienet din is-somma?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Tweġiba tingħata f 'xi seduta oħra.

Malta bħala membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea — produzzjoni ta' prodotti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6651 u jgħid kemm kienet il-produzzjoni ta' dawn il-prodotti sena b' sena minn mindu Malta daħlet membru sħiħ fl-Unjoni Ewropeja, u cioè mis-2004 sas-sena 2008: a. il-produzzjoni tal-għasel b il-produzzjoni tal-ħalib ċ. il-produzzjoni tal-laħam tal-majjal d. il-produzzjoni tal-laħam tal- broilers e. il-produzzjoni tal-bajd f. il-produzzjoni tal-frott irqiq g. il-produzzjoni tal-agrumi h. il-produzzjoni ta' ħxejjex li jdaħħlu fil-pitkalija i. il-produzzjoni ta' fjuri kemm dawk fis-serrer u dawk fil-beraħ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Produtturi tal-Majjal — Għajnuna - Flus li ma ntnefqux

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3039 u jgħid għar-rigward ta' l-ispecial temporary state aid lil produtturi tal-majjali rigward is-sussidju tal-SMPPMA u għajnuna tal-restructuring taħt l-SMPPMA mis-sena 2002 sas-sena 2008, x’se jiġri mill-flus li ma ntnefqux u jekk hux se jkunu carried forward għal snin li ġejjin ?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.