Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema li huma minn skala 6 ’l fuq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fil-mument li tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li huma minn skala 6 ’l fuq? Kemm minnhom huma nisa u kemm irġiel?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’ seduta oħra.

Film 'Carmelo' — fondi utillizati

Question

Fid-dawl li mill-2016 il-Ministeru ghall-Kultura ġie allokat somma ta' € 200,000 fis-sena għal PBS Ltd - Film Malti, u peress li kif jien informat li nħarġet sejħa waħda biss għal dan il-proġett - fl-ewwel sena, li rriżultat fil-film 'Carmelo', jista’ l-Ministru jgħid kif ġew utilizzati jew imqassma dawn il-fondi li jammontaw għal €600,000 minn dakinhar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn is-snin 2016 sa 2019, il-fondi vvutati għall-PBS-Malta film ġew utilizzati hekk: 1. Carmelo 2. Parti mill-fondi għall-produzzjoni tal-film ‘Ħabbilni Ħa Nirbaħ’ 3. Parti mill-fondi għall-produzzjoni ta’ film għall-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali bl-isem ta ‘Storbju’ Fis-sena 2020, dan il-fond ma ngħatax.

Ħal Tarxien — Triq Joseph Burlo - art f'idejn dipartiment fi ħdan il-Ministeru jew Kunsill Lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-art li hemm fi Triq Joseph Burlo f'Ħal Tarxien faċċata tal-Iskola Maria Goretti hiex f'idejn xi dipartiment fi ħdan il-Ministeru jew il-Kunsill Lokali? Jekk iva, huwiex previst li jsir xi żvilupp fuqha?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni li nġabret, ma kien hemm l-ebda devoluzzjoni fuq dan is-sit lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien. Il-Kunsill Lokali m’għandu l-ebda pjanijiet għal din l-art.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema li ħarġu bil-kwarantina

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt ma’ persuni bil-COVID-19?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi total ta’ sitta u ħamsin (56) ħaddiem fis-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbilitá tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali li ħarġu bi kwarantina minħabba kuntatt má persuni li rriżultaw posittiv għall-virus tal Covid 19.

Torri tal-Qbajjar

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16592 u 15475 li oriġinarjament saru lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġew riferuti lilu u jgħid x’inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru tiegħu fuq it-Torri tal-Qbajjar li jinsab fi stat ħażin ħafna u fil-periklu imminenti li jiġġarraf? Ma jaħsibx il-Ministru li għandha ssir xi ħaġa mmedjata biex dan il-bini storiku ma jiġġarrafx?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq informazzjoni li ġbarna, din il-mistoqsija għandha tiġi riferuta lill-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali.

Birżebbuġia – CCTV Cameras fejn l-Iskatepark

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġu installati CCTV cameras fejn l-iskatepark ta' Birżebbugia biex tkun sorveljata l-area mill-atti vandali li jsiru ta' sikwit?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Birżebbuġia li l-iskatepark diġà mgħammar bil-kameras ta’ sorveljanza.

Aċċessibilità lill-persuni b’diżabilità

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 15624, jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret jew qed issir minn kull kunsill lokali f’dawn l-aħħar tliet snin sabiex jiggarantixxu aċċess għall-persuni b’diżabilità speċjalment fil-binjiet u servizzi li jaqgħu taħt il-kunsilli lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella bl-informazzjoni mitluba, korretta sal-aħħar ta’ Ġunju, fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħaddiema infettati bil-Covid-19

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li kienu infettati mill-COVID-19?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li b’kollox kien hemm 14-il persuna fis-settur pubbliku li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali li ġew infettati mill-CoVid-19.

Kunsilli Lokali – nefqa fuq libreriji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq kull kunsill lokali matul is-sena 2020 fuq il-librerija lokali kemm fejn hemm libreriji li huma devoluti lill-kunsill lokali kif ukoll fejn hemm libreriji li twaqqfu u huma operati mill-kunsill lokali?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Wied il-Għajn — Torri ta’ San Tumas - Mużew tas-Sibi u Piraterija

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf dwar il-progress o meno fil-proġett tat-twettiq tal-Mużew tas-Sibi u Piraterija li suppost kellu jsir fit-Torri ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mis-Sovrintendenza għall-Wirt Kulturali, illi l-gwardjani tat-Torri huma Fondazzjoni Wirt Artna. Ir-restawr, għal kemm għadu fil-fa¿i inizjali tiegħu, diġa beda skond il-permess PA3604/15, u qed ikun iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-I¿vilupp Reġjonali, flimkien ma’ fondi oħra mill-Awtorita Nazzjonali għat-Turi¿mu, u l-istess Fondazzjoni Wirt Artna. Il-Fondazzjoni organizzat numru ta’ avvenimenti u open days fit-Torri ta’ San Tumas qabel faqqgħet il-pandemija. Dawn l-avvenimenti jgħinu biex l-NGO tiġġenera l-fondi li jiffinanzjaw l-operat tagħha ta’ restawr. Il-Fondazzjoni Wirt Artna għandha taħt il-gwardja tagħha, diversi siti ta’ mportanza storika, fosthom Bieb is-Sultan, is-Saluting Battery u l-Forti Rinella. Dan il-portafoll ta’ suċċessi jserrħilna moħħna li, meta jkun lest, il-Mu¿ew tas-Sibi u Piraterija ser ikun addizzjoni importanti għall-patrimonju Malti.

Heritage Malta – restawr ta’ Forti Delimara

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf dwar jekk hemmx xi ħsieb o meno min-naħa ta’ Heritage Malta, sabiex jibda xi forma ta’ programm ta’ restawr ġewwa l-Forti Delimara u dan in vista tad-deġenerazzjoni rapida li qed tiffaċċja din il-Forti hekk important u ta’ valur storiku tant kbir?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra

kunsilli lokail — persuni li qed jaħdmu bit-telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u liema huma dawk il-kunsilli lokali li fi ħdanhom, minħabba l-imxija tal-COVID 19 ‘għandhom ħaddiema li qed jaħdmu bit-teleworking jew xi miżura oħra simili (family measures) ?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għadha qed tinġabar, u tingħata f’xi seduta oħra.

Kunsilli lokali — talba għal telework u remote working

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ħaddiema fil-kunsilli lokali li talbu għal teleworking jew remote working minn kemm ilha li bdiet l-imxija tal-COVID 19 (Marzu 2020) u dawn it-talbiet ġew rifjutati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsilli Lokali li kemm ilha li bdiet l-imxija tal-CoVid19 f’Marzu, kien hemm erbgħa talbiet għal teleworking jew remote working li ġew rifjutati.

Kunsilli lokali li ffumigaw l-uffiċċji tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kunsilli lokali f’Malta u Għawdex li bejn Ġunju 2020 u Ottubru 2020 ffumugaw l-uffiċini rispettivi tagħhom?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-informazzjoni miġbura mill-Kunsilli Lokali, kien hawn 22 Kunsill Lokali li ffumigaw l-uffiċini tagħhom bejn Ġunju u Ottubru ta’ din is-sena kif muri f’din it-tabella annessa. Il-Belt VallettaIl-Mellieħa L-IslaL-Imġarr BormlaIn-Nadur Ħal QormiIn-Naxxar Ħaż-Żebbug Ir-Rabat (M) Ħad-DingliSan Ġiljan FlorianaSan Ġwann Il-GudjaSan Pawl il-Baħar Il-ĦamrunTas-Sliema Ħal KirkopIx-Xgħajra Ħal LuqaIż-Żurrieq

Mellieħa – Triq Sant’Elena – manutenzjoni fuq bankina

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa jagħmel jew jawtorizza li ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq bankina fi Triq Sant’Elena fil-Mellieħa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li ser jara li ssir il-manutenzjoni meħtieġa fuq il-bankina indikata.

San Pawl il-Baħar – Triq San Pawl – ħinijiet tal-parkeġġ

Question

Jista’ l-Ministru jitlob li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jara li jiġu rispettati u infurzati mill-awtoritajiet konċernati l-ħinijiet allokati dwar il-parkeġġ fi Triq San Pawl fl-istess lokalità?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li din l-informazzjoni għada qed tinġabar, u tingħata f’seduta oħra.

Festival Mużika Musika — Festival tal-Kanzunetta Maltija - organizzazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-organizzaturi tal-Festival Mużika Musika - Festival tal-Kanzunetta Maltija? Jista' jgħid jekk hemmx bord li qed jieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta' dan il-festival u jekk iva, min huma l-membri ta' dan il-bord? Jista' jgħid x'baġit hemm għal dan il-festival u min se jkun qed jiffinanzja l-istess festival?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat minn Festivals Malta illi huma l-organizzaturi ta’ dan il-festival, bl-organizzazzjoni mmexxijja minn bord tekniku. Id-dettalji dwar il-kompo¿izzjoni tal-bord jinstabu fit-tabella hawn taħt imniżżla. Il-festival ser ikun iffinanzjat minn vot allokat għalih, kif ukoll minn numru ta’ kollaborazzjonijiet oħra li għadhom qed jiġu ffinalizzati. Isem u Kunjom Rwol Ray Bugeja Chairperson Albert Marshall Deputy Chairperson Norman Hamilton Deputy Chairperson Frank Zerafa Member Alfie Fabri Member Simon Abela Member Adrian Sciberras Member Trevor Fenech Member Roanna Grixti Member Randolph Spiteri Member Annabelle Stivala Member Roderick Azzopardi Custo Member Gabriella Agius Secretary

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — Ħaddiema - telework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-1 ta’ Marzu 2020 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, kemm kien hemm ħaddiema tas-settur pubbliku li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu li applikaw għat-teleworking? Kemm minnhom ingħataw il-permess? Kemm minn dawk li applikaw kienu nisa u kemm minnhom irġiel? Kemm minn dawk li fil-fatt ħadmu (jew qed jaħdmu) permezz tat-teleworking kienu nisa u kemm minnhom irġiel?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li kien hemm total ta’ mija u tmien (108) talba għat-telework mill-1 ta’ Marzu, maqsumin tmienja u sittin (68) mara u erbgħin (40) raġel, ħaddiema tas-settur pubbliku. Kull talba ġiet milqugħa.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali — ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kwalsiasi entità fi ħdanu ħalsitx kwalsiasi spejjeż jew ħlas għal xogħol ta’ interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li ebda dipartiment jew entitá fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali ma ħallset għal kwalsiasi spejje¿ relatati ma interior design jew interior decoration fil-Palazz tal-Girgenti, bejn Marzu 2013 u Diċembru 2019.

Il-Birgu — Pjazza tal-Vittorja - pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu sabiex il-pjazza ċentrali magħrufa bħala tal-Vittorja fil-Birgu hiex se tiġi rranġata u pavimentata?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Birgu li x-xogħol tat-tiswija u pavimentar tal-Pjazza tal-Birgu se jkun jista’ jinbeda ladarba jitlestew numru ta’ toroq residenzjali. Intant il-Kunsill Lokali diġa ltaqa’ mal-Awtoritá Maltija għat-Turiżmu li offriet li tkopri l-ispejje¿ tal-pavimentar fil-waqt li Infrastructure Malta tgħaddi s-servizzi kollha meħtieġa. Aktar informazzjoni tingħata ġaladarba jitlestew id-diskussjonijiet neċessarji.