Jista’ l-Ministru jgħid x’postijiet vojta għandha l-Awtorita’ tad-Djar għall-allokazzjoni, f’liema lokalitajiet u kemm-il kamra tas-sodda għandhom? Jista’ jgħid x’allokazzjonijiet għamlet l-Awtorita’ tad-Djar minn Marzu 2008 sa’ nofs Ġunju 2008, f’liema lokalitajiet u x’kienu l-punti tal-familji eċċ li lilhom ġew allokati dawn l-istess postijiet? Jista’ jgħid jekk sarux trasferimenti minn post tal-Gvern għall-iehor u f’liema lokalitajiet?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm-il persuna, xahar b’xahar, fl-ewwel ħames xhur ta’din is-sena talbu l-għajnuna taċ-Ċentru tad-Detox minħabba dipendenza fuq id-droga? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom kienu barranin u ta’ liema nazzjonalita’ huma? Kemm kien hemm persuni li kienu għadhom m'għalqux it-18-il sena li talbu l-għajnuna?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li bejn Jannar u April ta’ din is-sena kien hemm sitt persuni taħt it-18-il sena li rċevew għajnuna miċ-Ċentru Detox.
Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub, minbarra dak għax-xahar ta’ Mejju li għadu qed jinġabar, hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’għajuna tingħata mill-Gvern lill-għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb dawk li jridu jagħmlu programm biex ifiequ mid-droga? Liema huma dawn l-għaqdiet u x’għajnuna tingħata lil kull waħda?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-Kumitat għall-Għażla ta' Proġetti mill-Għaqdiet Volontarji fil-Ministeru għall-Politika Soċjali joħroġ sejħa annwali sabiex għaqdiet volontarji li jaħdmu fil-qasam soċjali jissottomettu proġetti li għalihom jingħataw għotjiet mill-gvern. Min-naħa tiegħu dan il-kumitat jevalwa l-proġetti li jkunu tressqu u jagħti r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
L-għaqdiet li jieħdu ħsieb dawk li jridu jagħmlu programm biex ifiequ mid-droga u li matul l-2008 se jkunu bbenefikaw mill-għotjiet li jingħataw mill-Ministeru għall-Politika Soċjali (Vot Rikorrenti 22, Item 5070), huma dawn li ġejjin:
Caritas (New Hope): EUR 349,406
Caritas (Shelter): EUR 69,887
OASI: EUR 139,762
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx waiting list għal persuni li jixtiequ jattendu l-kors ta' riabilitazzjoni mid-droga? Il-gvern għandu ħsieb li jiftaħ aktar ċentri minn dawn?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Aġenzija Sedqa għandha seba’ talbiet pendenti minn persuni li jixtiequ jattendu kors residenzjali ta’ riabilitazzjoni mid-droga. F’dan l-istadju m’hemmx ħsieb li l-Aġenzija tiftaħ ċentri oħra għal dan l-iskop.
Ta’ min jgħid li l-Aġenzija tipprovdi programmi oħra ta’ riabilitazzjoni li mhumiex residenzjali.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux studji fejn juri kemm hija kbira l-popolazzjoni li hija dipendenti mid-droga f'Malta llum? Liema tip ta' droga hija l-aktar użata minn din il-popolazzjoni? X'inhuma l-pjanijiet tal-gvern f'dan ir-rigward?
Response (DALLI, JOHN)
Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-Rapport Nazzjonali dwar il-Qagħda tad-Droga f’Malta, ippubblikat fl-2006 mill-Punt Fokali Nazzjonali fi ħdan il-Kummissjoni Nazzjonali dwar l-Abbuż tad-Droga, Alkoħol u Dipendenzi Oħra.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għad-dokument dwar il-Politika Nazzjonali dwar id-Droga, li ġie ppubblikat f’Jannar ta’ din is-sena, wara li kien inħareġ abbozz għal konsultazzjoni pubblika fl-Lulju 2007.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li għamlu programm ta' riabilitazzjoni mid-droga matul is-sena 2007? Kemm min dawn kienu rġiel, kemm nisa u l-eta' ta' kull persuna? Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li minn dawn il-persuni baqgħu 'l bogħod mid-droga sal-lum?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant fl-ewwel żewġ partijiet tal- Mistoqsija hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninsab infurmat ukoll li ma tinżammx statistika dwar it-tagħrif mitlub fl-aħħar parti tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Gvern jaqbilx ma' dak li ċ-chairman tad-Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija fl-iSptar Mater Dei, Thomas Fenech qal fil-gazzetta "The Times" tal-15 ta' Ġunju dwar il-waiting list għall-operazzjonijiet tal-kataretti meta kiteb: "The tremendous increase in volume was not accompanied by an increase in man power. The man power plan recommended in 1998 to deal with what was clearly foreseen as an increasing trend in the demand for this procedure has to this day not yet been implemented and today we have the same man power but more than double the patients!" Jikkonferma l-eżistenza ta' man power plan imfassal għaxar snin ilu, li rrefera għalih is-sur Fenech? Jekk jikkonferma l-eżistenza ta' dan il-pjan, jista' jgħid x'azzjoni ttieħdet dwaru ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-man power plan tad-Dipartiment ta’ l-Oftalmoloġija ilha fis-seħħ għal dawn l-aħħar 10 snin. Minn dak iż-żmien saru numru ta’ ħatriet fil-livelli ta’ Konsulent, Resident Specialist, Higher Specialist Trainee u Basic Specialist Trainee. Fl-istess ħin f’dan id-Dipartiment kien hemm diversi riżenji. Għaldaqstant in-numru ta’ tobba / specjalisti proġettat fil-man power plan ma ntlaħaqx. Is-sitwazzjoni fil-preżent hija kif ġej:
Grad
Plan
In Post
+/-
Chairperson
1
1
0
Konsulent
4
3
-1
Resident Specialist
4
2
-2
HST / BST
8
5 (+6)*
-3
Houseman
2
3**
+1
* 6 tobba qegħdin jistudjaw barra minn Malta.
** dawn it-3 tobba se jiġu assenjat mad-Dipartiment mis-7 ta’ Lulju 2008
Dan juri li meta is-6 tobba li qegħdin jistudjaw barra jiġu lura, ikun hemm biżżejjed tobba biex jintlaħaq in-numru rikjest fil-
man power
plan
. Bħalissa qed jiġu processati applikazzjonijiet għal reklutaġġ fil-grad ta’ BST u qed jiġu preparati sejħiet fil-grad ta’ HST u Resident Specialist
Il-Ministeru ser jittratta dan il-każ fi pjan ħolistiku li qegħdin naħdmu fuqu bħalissa biex tiġi ndirizzata l-problema tal-
waiting lists
.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-landing helicopter pad tħalliet barra mill-istruttura ta' l-Isptar Mater Dei oriġinali? Huwa minnu li issa biex ikun jista' jinżel helicopter fil-landing area provduta ser ikollu jitwaqqaf it-traffiku inkluż id-dħul ta' l-ambulanzi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-helicopter landing pad fl-istruttura oriġinali ta’ l-Isptar Mater Dei kienet ippjanata li ssir fuq il-bejt ta’ swali ta’ l-isptar. Iżda din id-deciżjoni tbiddlet għal raġunijiet ta’ sigurta ta’ l-istess pazjenti. Fil-fatt kienu l-istess bdoti tal-helicopter li taw pariri li inċident waqt l-inżul tal-helicopter kien ikollu konsegwenzi serji kemm fuq il-pazjenti kif ukoll fuq l-istess bdoti.
Il-kostruzzjoni tal-
helicopter landing pad
fuq sit alternattiv wassal għal tnaqqis fl-ispiża ta’ dan il-proġett.
Hija proċedura normali illi waqt l-inżul tal-
helicopter,
jitwaqqaf it-traffiku li jgħaddi minn taħt ir-rotta tal-
helicopter
għal raġunijet ta’ sigurta'. L-Ambulanza tuża rotta alternattiva minn naħa ta’ l-Università.
Jista' l-Ministru jgħid x'tagħrif għandu l-gvern dwar diżugwaljanza li għadha teżisti fuq il-post tax-xogħol għan-nisa f'dak li għandu x'jaqsam ma' livell ta' dħul u kundizzjonijiet oħra ta' xogħol? X'differenza hemm fis-salarji bejn irġiel u nisa għall-istess xogħol u fl-istess grad?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Fi studju li kien ippublikat fl-2005 kien intqal li kiem hemm tliet fabbriki tan-nar li kienu qed jiksru l-kodiċi tas-saħħa u sigurta skond regolamenti ta' l-1937. Fid-dawl tat-traġedja li seħħet fin-Naxxar, jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern hux se jieħu passi biex dawn il-fabbriki jew jingħalqu jew jirrimedjaw is-sitwazzjoni tagħhom?
Meta se jiġu mplimentati r-rakkmandazzjonijiet tal-Pyrotechnics Commission li ħareġ f'Diċembru li għadda?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li s-suġġett li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant hu regolat mill-Ordinanza dwar l-Isplussivi u għalhekk nitolbu jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta' kanċer tas-sider ġodda fil-gzejjer Maltin sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin? X'kienu l-etajiet medji ta' dawn il-pazjenti? Kemm kien hemm, jekk kien hemm, irġiel minnhom? Kemm minnhom ġew operati, kemm minnhom ġew mogħtija radiotherapy u jew chemotherapy biss? X'kienet il-pronjosi għal kull sena? Kemm hi twila l-lista ta' stennija biex isir (1) mammogram (2) ultrasound tas-sider, fir-repart tar-Radjoloġija?
X'inhi l-inċidenza tal-kanċer tas-sider f'pajjiżna? Kif tipparaguna din mal-medja ta' pajjiżi oħrajn Ewropej? Il-Gvern għandu ħsieb li jvara programm ta' prevenzjoni ħolistika dwar dan is-suġġett?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba ser titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat ukoll li xi informazzjoni għada qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid fid-dipartiment tad-Dentistrija f'Mater Dei kemm hemm nies jistennew intervent taħt General Anaesthesia? Kemm isiru interventi f'kull sessjoni tal-GA? Kemm trid iddum tistenna bħala average biex isirlek intervent ta' din ix-xorta?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-waiting list u ż-żmien ta’ stennija għal pazjenti li qegħdin jistennew intervent taħt General Anesthesia fid-dipartiment tad-Dentistrija fl-iSptar Mater Dei hu hekk :
- Oral Surgery (General Anaesthesia)
Kategorija
Numru
Żmien ta’ stenn
ija
Adulti
150
Bejn 6 u 10 xhur
Tfal
40
3 xhur
F’Kull sessjoni tal-GA isiru bejn 6 u 7 interventi.
- Oral Surgery/conservation special cases (General anesthesia)
Hemm 27 persuna fuq il-
waiting list
. Il-perjodu ta’ stennija huwa ta’ sena u nofs.
F’każ ta’ xi emerġenza (bħal ksur ta’ xedaq) ġieli jkollhom jitħassru xi appuntamenti mil-lista jew sessjoni sħiħa biex jiġi ttrattat dan il-każ ta’ emerġenza.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il darba ssejħet l-ambulanza mill-emerġenza ta' l-isptar u mill-bereġ matul Jannar u Diċembru 2007? Kemm-il darba din is-sejħa kienet fażulla? Kemm tiġi tiswa kull darba li tissejjaħ ambulanza? Kemm hija kbira l-flotta ta' ambulanzi li għandna fil-preżent għas-servizz pubbliku? Dan is-servizz se jibqa' b'xejn jew le?
Response (DALLI, JOHN)
Informazzjoni dwar sejħiet għall-ambulanza mill-emerġenza ta’ l-isptar bejn Jannar u Dicembru 2007 hija miġbura fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li ma jingħata l-ebda servizz ta’ ambulanza mill-bereġ.
L-ispiża għas-servizz ta’ l-ambulanza hija determinata minn diversi fatturi u għaldaqstant tvarja. Fost dawn il-fatturi hemm: jekk l-ambulanza tkunx ħarġet bix-xufier biss jew akkumpanjata wkoll minn
nurse
jew
nurse
u tabib, il-mudell ta’ ambulanza, tip ta’
fuel
li tieħu l-vettura, eċċ.
Informat ukoll li l-flotta ta’ ambulanzi fil-preżent għas-servizz pubbliku huwa ta’ 16, li minnhom 7 huma stazzjonati fl-iSptar Mater Dei għall-użu ta’ emerġenza.
Ma hemm l-ebda ħsieb li dan is-servizz isir bil-ħlas.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-istaff li jaħdem ma' l-anzjani fil-homes privati huwiex imħarreġ biex jagħmel dan jew le? Jista' jgħid x'tip ta' taħriġ jieħu u jekk isirux korsijiet ħalli dawn il-ħaddiema jkomplu jitħarrġu matul il-karriera tagħhom? Jista' jgħid min jorganizza dawn il-korsijiet u jekk huwiex obbligatorju li dawn il-ħaddiema jattendu għalihom?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li n-numru ta' djar jagħmlu 'in service courses' fuq inizjattivi tagħhom stess. Biss l-ETC jorganizza courses speċifiċi għall-istaff tal-homes kollha, kif ukoll għal min qed jirreġistra għal xogħol ta' carer fuq bażi regolari. Minn żmien għal żmien l-MCAST ukoll torganizza korsijiet simili. Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jagħti impjegati ta' dawn il-homes. Dawn il-courses kollha m'humiex obbligatorji.
Informat ukoll li dawk kollha li jaħdmu fl-ippreparar jew tqassim ta' l-ikel huma obbligati, skond l-Avviż Legali 178/2001, li jagħmlu kors fl-iġene ta' l-ikel. Dawn it-tip ta' korsijiet jingħataw kemm mill-ETC, kif ukoll minn nies privati jew voluntiera.
Jista' l-Ministru jagħti nformazzjoni ta' kemm hawn homes ta' l-anzjani u fejn jinstabu? Kemm hemm anzjani f'kull home? Kemm hawn applikazzjonijiet għal homes ġodda? Kemm hemm ħaddiema jaħdmu f'dawn il-homes u xi gradi qegħdin?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 36 djar ta' l-anzjani u dawn jinkludu 8 tal-Gvern.
Ser inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu pazjenti l-emerġenza wara li waqgħu mill-għoli matul is-sena 2007? Kemm minn dawn kellhom bżonn operazzjoni minħabba ksur fl-għadam? Kemm minn dawn saritilhom operazzjoni f'dik il-ġurnata stess? Kemm minn dawn tħallew jistennew għal aktar minn ġurnata sabiex ġew operati? Kemm tħallew jistennew dawk li ma ġewx operati mill-ewwel?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li l-każ ta' koppja li għandhom plot tal-Gvern li ilu mibni mill-1982 li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, u issa se jifdu ċ-ċens u jixtiequ li jsir il-kuntratt fuq l-art? Peress li hemm ħafna plots li għamlu l-kuntratt, jista' jgħid x'inhuma l-aħħar żviluppi dwar dan il-kuntratt?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-Awtorita’ tad-Djar għad m’għandiex titolu legali fuq l-art indikata biex tkun tista’ tiffinalizza l-kuntratt.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm il-Ministeru tiegħu nefaq flus (bħal fl-Aġenzija Sedqa u fl-isptarijiet) f'dawn l-aħħar tliet snin minħabba l-użu ħażin ta' l-alkoħol? Kemm daħlu nies f'dan il-perijodu fl-isptarijiet minħabba din il-problema serja li għandna f'pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li li ma tinżammx statistika dwar nefqa ta’ flus fl-isptarijiet kategorizzata skond id-dijanjożi. Ninsab infurmat ukoll li l-kumplament tat-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Mater Dei jissupplixxix demm u prodotti oħra tad-demm lill-isptarijiet privati? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk dan isirx bi ħlas jew le? Jekk isir bi ħlas, kemm?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li ċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfuzżoni tad-demm jissupplixxi demm u prodotti oħra tad-demm lill-isptarijiet privati. Dan is-servizz jiġi provdut bla ħlas. Bejn l-1 ta’ Jannar u l-24 ta’ Ġunju 2008 ingħataw 284 borża demm lill-isptarijiet privati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' tuberkulożi djanostikati sena b'sena tul dawn l-aħħar għaxar snin?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta’ każijiet rrapurtati ta‘ Tuberkulożi f’dawn l-aħħar għaxar snin jidhru fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.