Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq Camillo Scibberas, Dun Karm Sciberras, id-Dawr, il-Buqqanier, il-Battaljun, il-Garrier, il-Wied, is-Snajja, l-Imsaqqfin, l-Imsiebaħ, l-Ortolan, u Mons.Edgar Salamone li kollha ġabu 90 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq San Anton Abbati Nru 1, Dun Mikiel Xerri, E.B.Vella, il-Fdalijiet Preistorici, il-Ġnejna, il-Ħbit mill-Ajru, il-Kartacinizi, il-Lunzjata, il-Papa Giovanni XXIII, il-Papa Piju XII, il-Parroċċa (works in progress), il-Plejju, in-Naqqax, ir-Refuġjatti tal-Gwerra, ir-Rimona, Patri Avartan Fenech u Sir Arthuro Mercieca li kollha ġabu 85 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq Anton Schembri Adami, Ġanni Chetcuti, Gio. M. Camilleri, iċ-Ċiklisti, il-Fuħħar, l-Għerien Tal-Wied, il-Kissier, il-Leġġenda, il-Wied, ir-Rumani, is-Sgħajtar, Salvu Dimech u Sant' Anna li kollha ġabu 80 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?
In vista tad-diversi rapporti konfliġġenti li kien hawn minn sezzjoni tal-medja, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal eżattament il-proċess tal-karti tal-identità il-ġodda u meta hu maħsub li jibdew jinħarġu?
Response (GATT, AUSTIN)
Għal darba oħra, nerġa ninforma illi l-Ministeru tiegħi mhux responsabbli għall-proċess tal-ħruġ tal-karti ta' identita' liema proċess hu - u se jibqa'- responsabbilta' tal-Kummissjoni Elettorali. Konsegwentement minix f'pożizzjoni li nirrispondi d-domanda magħmula.
Il-Ministeru tiegħi hu, iżda, responsabbli għall-iżvilupp tal-proċess elettroniku ġdid li jintuża biex, fost oħrajn, jinħarġu eID's. Wara li issa ġew approvati l-finanzjament mill-EU u t-tender ittieħed minn De La Rue, beda l-iżvilupp tas-sistema elettronika.
Ministeru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni — kuntratti lill-kumpaniji
Question
Jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti mogħtija bejn is-sena 2000 u llum, sena b'sena, lill-kumpaniji Where's Everybody?, WE Events u WE Marketing & PR Services? Jista' jgħid fiex kien jikkonsisti kull kuntratt, minn min ingħata u jekk ingħatax wara sejħa għall-offerti jew b'direct order? Jista' jgħid x'kien il-ħlas mogħti għal kull kuntratt?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20142, jista' l-Ministru jgħid meta se jintemm l-istħarriġ li qed jirreferi għalih u jiġu implimentati l-konklużjonijiet tiegħu peress li sadattant in-nies li jużaw it-trasport pubbliku fl-inħawi ta' San Pawl il-Baħar qed ikomplu jbatu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li dan l-istħarrig għadu għaddej u l-konklużjonijiet tiegħu sejrin jiġu diskussi l-ewwel mal-operatur il-ġdid tat-trasport pubbliku u wara mal-kunsilli lokali.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20789 li saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u issa ġiet riferuta lilu u jassigura li dwal bħalma huma l-pelican lights li hemm fit-triq li minn Burmarrad twassal sax-Xemxija li f'wieħed mid-dwal li hemm jitkissru b'mod regolari, it-tiswija ssir fi żmien qasir minħabba l-periklu għal dawk li jkunu qed jaqsmu f'dawn l-inħawi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġbidt l-attenzjoni ta' Transport Malta dwar dan.
Malta Air Traffic Services Ltd — Radar Surveillance
Question
Peress li f'Marzu 2009 ġie ffirmat kuntratt biex tiġi istallata sistema ta' Radar Surveillance għall-Malta Air Traffic Services Ltd biex jibdew jintużaw minflok dawk preżenti li issa wara 15-il sena għamlu żmienhom, jista' l-Ministru jgħid:
a) skont il-kuntratt, x'tip ta'
radars
inxtraw u meta suppost li kellhom jiġu
delivered
;
b) jekk dawn ir-radars għadhom ma ġewx delivered skont it-termini tal-kuntratt, x'kienet ir-raġuni għal dan id-dewmien;
ċ) jekk is-sit fejn suppost għandhom jiġu istallati dawn ir-radars hux diġà ġie identifikat biex darba jaslu jkunu jistgħu jiġu istallati;
d) dan id-dewmien fl-istallazzjoni ta' dawn ir-radars ġodda jista' joħloq xi tip ta' periklu għat-traffiku tal-ajru fl-approach tal-Ajruport; u
e) bis-sistema antika li għandna bħalissa qegħdin konformi mar-regoli tal-Eurocontrol?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 20306, jista' l-Ministru jgħid kemm kumpaniji oħra tefgħu tender bids għall-provision of online e-forms and related services? Liema kienu? X'kienu l-offerti tagħhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li apparti it-tender magħżul, in-numru tal-offerti mitfugħa għal dan it-tender tal-eForms kienu sitta u kienu minn għand 2i Ltd, Exigy Ltd, IBM Malta Ltd, Netwise Applications Ltd, Spenta Consulting SLU u Web-Labs Ltd.
Billi l-offerti kienu magħmulin f’pakketti separati, ir-rizultati wara l-għeluq ta’ kull pakkett kien imħabbar u ppubklikat fuq il-website tal-MITA kif imsemmi hawn taħt:
Spenta Consulting SLU
Eliminat wara il-ftuh tal-ewwel pakkett ghax ma presentax il-Bid Bond
Exigy Ltd, IBM Malta Ltd, Netwise Applications Ltd
Eliminati wara l-evalwazzjoni teknika u ma ghaddewx gha-ftuh tat-tielet pakkett.
2i Ltd
Web-Labs Ltd
TecServ Consortium (Loqus Solutions u Systec Ltd)
€920,850
€1,083,098
€987,936
Kif kien provdut fit-tender nniffsu, l-evalwazzjoni kienet magħmula skont kriterju kif hemm provdut fil-liġi jiġifieri skont ‘
Most Economic Advantageous Tender’.
Jista' l-Ministru jispjega l-proċess li se jintuża sabiex jieħdu u jitqassmu l-liċenzji l-ġodda tax-taxis?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li r-Regolamenti tal-2010 dwar Servizzi tat-Taxi jintroduċu 50 liċenzja ġdida għal taxis li se jinħarġu skont l-iskeda li ġejja:
2010:
20 liċenzja ġdida biex jiġu operati
taxis
f’Malta;
2011:
20 liċenzja ġdida biex jiġu operati
taxis
f’Malta;
2012:
10 liċenzji ġodda biex jiġu operati
taxis
f’Malta.
Dan ma japplikax għall-Liċenzji ta'
electric minicabs
li għalihom tista’ ssir applikazzjoni f’kull ħin, sakemm l-applikant jipprova li hu eliġibbli għall-Liċenzja ta’ Operatur ta’
Taxi
, u li l-vetturi reġistrati huma konformi mat-tifsira ta’
electric minicabs
li tinsab fir-Regolamenti.
Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jagħti l-proċedura għall-għoti tal-ewwel 20 liċenzja ġdida ta'
taxi
li se jingħataw din is-sena.
Malta Communications Authority — permess lil GO Plc
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Malta Communications Authority tatx permess lil GO Plc. sabiex jibblokka s-sinjal tad-digital terrestrial li televisions mixtrija riċentament ikunu mgħammra jirċevuh awtomatikament? Jekk ir-risposta hi fl-affermattiv, jista' l-Minsitru jagħti l-ġustifikazzjoni ta' dan?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-awtorità ma tagħtx u lanqas tagħti permessi biex sinjali tad-digital terrestrial television jiġu mblokkati.
Jista' l-Ministru jara li l-bus shelter li qiegħda fil-proċess li titpoġġa fuq il-parti ta' Triq il-Kostituzzjoni, Mosta ma tkunx qed tostakola ftuħ li kien sar sabiex minnu jgħaddi l-ilma tax-xita? Jista' jara li kemm-il darba l-bus shelter ikollha titpoġġa f'dak il-post, isir xogħol fuq il-post sabiex ikun hemm aktar postijiet minn fejn jgħaddi l-imla tax-xita, sabiex meta tagħmel ix-xita l-ilma ma jinġabarx fuq il-post fejn ma jkollux minn fejn jinżel fil-kanal?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-bus shelter li qiegħed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant mhux qed jiġi stallat minn Transport Malta.
Jista' l-Ministru jinvestiga l-każ ta' wires li huma proprjetà tal-GO Plc. li fil-preżent jinsabu fuq il-bankini u l-parapetti ta' residenzi privati għax hemm ukoll allegazzjoni li dawn il-wires qed joħolqu periklu u nuqqas ta' aċċessibilità? Jista' jieħu passi sabiex jekk dawn il-wires jitneħħew biex jitnaqqas il-periklu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jara li talba ta' residenti, li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatment, li ilhom jitolbu biex isiru t-traffic lights quddiem il-Kodak, Raħal Ġdid tiġi milqugħa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li talba simili tiġi milqugħa biss kemm-il darba hi konformi mas-sinjali tat-traffiku u l-policies viġenti.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20107 li oriġinarjament saret lill-Ministru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid meta mistenni jkompli l-proġett ta' pavimentar fi Triq Melita, il-Belt Valletta n-naħa ta' wara Kastilja? Sa fejn mistenni jsir il-pavimentar fi Triq Melita?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li x-xogħol fi Triq Melita bejn Triq il-Merkanti u Triq il-Batterija huwa ppjanat li jibda għal madwar Marzu 2011.
Jista' l-Ministru jgħid skont il-liġi li tirregola l-bini ta' toroq u bankini, il-bankini għal min għandhom jinbnew, għall-konvenjenza tal-vetturi li jkunu ħerġin jew deħlin fil-garaxx jew għall-persuni li huma mexjin fuq il-bankini?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mhix konswetudni ta' dan il-Parlament illi Ministru jagħti pariri legali.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-futur tal-ħaddiema tal-ground handling fl-Air Malta? Bħalissa qed isiru diskussjonijiet dwar il-futur tagħhom? Jekk iva ma min? Hemm il-ħsieb li jitnaqqsu ħaddiema?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-materja ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi.
Jista’ l-Ministru jgħid ħariġtx it-tender għall-kuntratturi biex jinbnew it-toroq mferrxa f’pajjiżna? Meta se jibda xogħol fuq dawn it-toroq? Jista’ jagħti informazzjoni liema huma t-toroq magħżula fil-lokalitajiet, lokalità b’lokalità? Meta beħsiebu jispiċċa x-xogħol f’kull lokalità u kemm se tkun in-nefqa b’mod globali għal dawn it-toroq kollha?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jgħid għal liema toroq qed jirreferi.
Grand Harbour Regeneration Corporation — Direct Orders
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 19852 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' direct orders mogħtija mill-Grand Harbour Regeneration Corporation mit-twaqqif tagħha sal-lum, billi f'kull każ jgħid lil min ingħatat id-direct order, f'kull każ inkisibx il-permess tal-Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment fejn meħtieġ, kemm kien il-valur ta' kull direct order, għal liema servizz jew xogħol kienet meħtieġa kull direct order? X'ġustifikazzjoni kien hemm biex ingħatat direct order u f'kull każ jgħid minn meta ngħatat id-direct order sal-lum xi tħallas fuq direct order u jekk kienx hemm il-ħtieġa ta' approvazzjoni supplimentari peress li nqabeż il-valur tas-servizz jew tax-xogħol approvat oriġinarjament? Jista' jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra b'mod dettaljat lista ta' sejħiet għall-offerti li l-istess Korporazzjoni ppubblikat fl-istess żmien referut kemm minnha direttament jew permezz tad-Dipartiment tal-Kuntratti? F'kull każ jista' jgħid x'kien il-valur ta' kull offerta, lil min ġew assenjati l-istess offerti, xi tħallas mill-assenjament tagħhom sal-lum mill-istess korporazzjoni? Jista' jgħid kienx hemm ħtieġa li tingħata approvazzjoni għal extras and variations f'kull każ, kienx hemm xi appelli għar-rakkmandazzjonijiet magħmula biex jiġu assenjati u f'kull każ jgħid minn min kien magħmul il-bord ta' aġġudikazzjoni ta' kull offerta ppubblikata?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ direct orders mogħtija mill-GHRC mit-twaqqif tagħha sal-aħħar ta’ Awwissu 2010. Jien infurmat li taħt it-termini tal-Public Procurement Regulations il-GHRC hija entita’ klassifikata f’ Schedule 3 u dan ifisser li l-approvazzjoni għad-direct orders issir mill-Ministru responsabbli mill-kumpanija. Id-direct orders ingħataw għaliex il-każijiet ikunu jaqgħu taħt il-parametri tal-Public Procurement Regulations 2010, Part VI, Sezzjoni A, Artiklu 60(b).
Il-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħti l-informazzjoni ta’ xi tħallas sal-aħħar ta’ Awwissu 2010. Kif turi din il-lista l-unika
direct order
li l-valur tagħha kien maqbuż, u li fuqu kien hemm l-approvazzjoni meħtiega, huwa dak fuq il-proġett tal-lift tal-Barrakka, dan għaliex il-proċess tal-permess tal-MEPA ġie mtawwal minħabba li d-disinn kellu jiġi mibdul iktar minn darba.
Qed inpoġġi wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra lista dettaljata ta’ sejħiet għall-offerti (
tenders
) li nħargu minn GHRC bl-informazzjoni mitluba. Kif jidher mil-lista l-unika kuntratti li qabżu il-valuri mogħtija fit-tenders huma dawk b’konnessjoni max-xogħol ta’ restawr ta’ Banca Giuratale, liema valur kellu bilfors jiżdied għaliex ir-restawr u x-xogħol ta’ alterazzjoni tal-istruttura prinċipali tal-post kien kumpless u ħafna mix-xogħol ma kienx mistenni u li dwaru kien hemm ukoll l-approvazzjoni meħtiega.
Jien infurmat ukoll li kien hemm tlett appelli fuq tenders li ħarġet il-GHRC mil-bidu tat-twaqqif tagħha. Wieħed minn dawn għadu fil-proċess, it-tnejn l-oħra ġew mogħtija sentenza mill-Appeals Board tad-Dipartiment tal-Kuntratti, liema sentenzi ġew ippubblikati fil-gazzetta tal-gvern kif huwa mitlub mill-liġi. Il-lista tat-tenders li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tagħti aktar informazzjoni fir-rigward, inkluż dettalji dwar il-kompożizzjoni tal-bord ta’ aġġudikazzjoni f’kull każ.