Legislature:
Category:
Reset
Active:

Apparat ta’ tracking tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Ministeru ta żewġ direct orders lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, liema direct orders jammontaw għal kwart ta' miljun euro biex ifornu lill-Ministeru sistema li diġà kellha tkun mixtrija fl-2018? Jista’ jgħid jekk din il-kumpanija għandhiex rekord ta' kemm-il apparat twaħħal fil-vetturi u kemm-il apparat ingħata lit-tfal biex ikunu tracked mill-ġenituri bih?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Direct orders mogħtija lil kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ingħatat żewġ direct orders li jammontaw għal kważi kwart ta' miljun euro u għaliex ma nħariġx tender għalihom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Bormla – bini ta’ Adventure Park

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 8865 u jgħid fiex waslu l-pjanijiet biex jinbena adventure park f’Bormla quddiem id-daħla ewlenija ta’ De La Salle College, proġett li ssemma fil-Baġit għas-sena 2020?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġiet sottomessa l-applikazzjoni mal-Awtorità tal-Ippjanar filwaqt li ser ikun hemm ftehim ma’ Projects Green sabiex isiru x-xogħlijiet neċessarji u b’hekk jingħata aċċess għall-pubbliku.

Ċentri S.T.E.A.M.

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 9139, 9394, 9896, 10137 u 10418 u jgħid fejn jinsabu ċ-Ċentri S.T.E.A.M.? Kif titħaddem din is-sistema f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'dawn iċ-ċentri? Kemm sar investiment f'kull ċentru?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull skola jew ċentru edukattiv isirilom l-investiment neċessarju kemm biex intejbu l-livell edukattiv u kif ukoll biex ikollom post adegwat fejn jitgħalmu u jistudjaw. L-aħħar ċentru kien inawgurat fl-Iskola Primarja ta’ San Pawl il-Baħar, li huwa attrezzat b’apparat u bir-riżorsi kollha meħtieġa biex l-istudenti jingħataw edukazzjoni hands-on fix-Xjenza, it-Teknoloġija, l-Inġinerija, l-Arti u l-Matematika.

Skejjel primarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10416, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell primarju li bdew l-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel Sekondarji — LSEs, għalliema, assistenti kapijiet u kapijiet li rriżenjaw

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10417, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm LSEs, għalliema, assistenti kapijiet ta' skejjel u kapijiet ta' skejjel fil-livell sekondarju li bdew l-impjieg tagħhom matul l-aħħar 12-il xahar, maqsuma għal kull kategorija?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel tal-Istat u tal-Knisja – LSEs għall-istudenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja li f'April tas-sena 2023 kienu jeħtieġu LSE fuq bażi one-to-one iżda ġew provduti LSE shared?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Skejjel tal-Istat – kiri ta’ swali lil għaqdiet volontarji

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8031 u 9968 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 7593, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija fl-intier tagħha u jgħid x'inhi r-rata tal-VAT użata u x'tip ta' rċevuta qed tingħata f'każijiet ta’ ħlas għall-kiri tas-swali tal-iskejjel lil għaqdiet volontarji u li ma joperawx għall-qliegħ? Jista’ jgħid ukoll x'inhi r-rata li qed tiġi ċċarġjata minn kull Kunsill Skolastiku għall-użu tas-swali tal-iskejjel rispettivi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minħabba l-użu tas-swali huwa bbażat fuq donazzjoniji lill-iskola, it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud ma tinġabarx. Il-Kunsill tal-Iskola joħroġ ittra fejn jikkonferma li jkun irċieva donazzjoni li tkun regolata bi ftehim bil-miktub.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Rwol ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bordijiet huma kollha pubbliċi.

Skejjel sekondarji – tagħlim tal-lingwi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema lingwi ġew offruti għat-tagħlim lill-istudenti fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna fl-aħħar sena akkademika?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Iskejjel tal-Istat, fl-aħħar sena akkademika, ġew offruti dawn il-lingwi; il-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, Spanjol, il-Franċiż, il-Ġermaniż, l-Għarbi u ċ-Ċiniż. Fl-Iskejjel tal-Knisja ġie offrut iċ-Ċiniż, il-Franċiż, it-Taljan u Spanjol filwaqt fl-Iskejjel Indipendenti ġie offrut iċ-Ċiniż, il-Franċiż, it-Taljan, il-Malti, ir-Russu u Spanjol.

Għar Lapsi — pavimentar

Question

Jista’ l-Ministru jagħti istruzzjoni lil Infrastructure Malta biex tneħħi t-tarmak li tpoġġa fin-niżla ta’ Għar Lapsi u minflok tagħmel pavimentar addattat għall-ambjent bħalma wieħed jistenna?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi d-domanda lill-Ministru kkonċernat.

Ħal Għaxaq — Skola Primarja - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru s'issa fl-iskola Primarja ta' Ħal Għaxaq?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Iskola msemmija s’issa sar it-twaqqigħ tas-soqfa l-antiki tas-sular ta’ fuq kollu, kif ukoll il-bini mill-ġdid tas-soqfa l-ġodda tal-istess sular. Tlesta wkoll il-bini ta’ sular ġdid, filwaqt li beda xogħol ta’ installazjoni ta’ servizzi ta’ dawl u ilma, servizzi tat-teknologija tal-Informatika u tal-arja kondizzjonata.

MFHEA – Yearly Business Plan

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8333 u 8705 u jgħid jekk matul dawn l-aħħar erba’ snin fi ħdan il-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) kienx hemm Yearly Business Plan sottomess kull sena lill-Bord għad-diskussjoni u għall-approvazzjoni u jekk iva, jista’ jqiegħed kopja ta’ dawn fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-business plans dejjem ġew sottomessi skont il-proċedura stabbilita.

MFHEA – reviżjoni tal-operat

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8332 u 8706 u jgħid jekk matul dawn l-aħħar snin saritx reviżjoni indipendenti tal-operat tal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u jekk iva, jista’ jgħid x’kienu dawn ir-rakkomandazzjonijiet, minn min saru u jqiegħed kopja ta’ dan fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin saru 2 audits interni.

Ombudsman għall-Edukazzjoni – każ kontra l-MFHEA

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8327 u 8707 u jgħid jekk huwiex minnu li matul is-sena li għaddiet l-Ombudsman għall-Edukazzjoni rrakkomanda każ kontra l-Malta Further & Higher Education Authority, (MFHEA), u jekk dan huwa minnu, kemm kienet l-ispiża inkorsa, x’kienet in-natura tal-każ u min approva l-pagamenti relattivi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża totali kienet ta’ €494.30, dan il-pagament ġie approvat mis-CEO tal-MFHEA.

MFHEA — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8328 u 8708 u jgħid kemm hemm konsulenti ingaġġati mal-Malta Further & Higher Education Authority (MFHEA) u kemm minnhom ġew hekk ingaġġati fl-aħħar sentejn? Jista’ wkoll jgħid jekk dawn sarux bl-approvazzjoni tal-Bord relattiv?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li infurmat li l-MFHEA m’għandhiex konsulenti ingaġġati.

Skejjel sekondarji – tagħlim tal-lingwa Portugiża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna fl-aħħar sena akkademika u jekk setgħux jitgħallmu l-lingwa Portugiża? Jekk iva, kemm ġew mgħallma l-lingwa Portugiż?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lingwa msemmija mhix mgħallma la fl-Iskejjel tal-Istat u lanqas fl-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti.

Skejjel sekondarji – tagħlim tal-lingwa Ġappuniża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna fl-aħħar sena akkademika u jekk setgħux jitgħallmu l-lingwa Ġappuniża? Jekk iva, kemm ġew mgħallma l-lingwa Ġappuniża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lingwa msemmija mhix mgħallma la fl-Iskejjel ta’ l-Istat u lanqas fl-Iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti.

Skejjel sekondarji – tagħlim tal-lingwa Ċiniża

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna fl-aħħar sena akkademika u jekk setgħux jitgħallmu l-lingwa Ċiniża? Jekk iva, kemm ġew mgħallma l-lingwa Ċiniża?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din is-sena skolastika fl-Iskejjel Medji u Sekondarji tal-Istat hemm 12,445 student. Bħalissa hemm 13-il student li qed jitgħallmu ċ-Ċiniż.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — impjegati minn ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra dwar in-numru ta' impjegati jew sigħat maħduma, ta' ħaddiema impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u titħallas mill-Ministeru jew entitajiet governattivi/Awtoritajiet/Kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023 sal-lum?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10169.