Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2187 Sitting 49 2017-11-07 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema ngaġġati bħala stone masons

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema bħala stone masons mal-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid fejn ħarġet is-sejħa biex ġew ingaġġati dawn il-ħaddiema u tpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra? Xi kwalifiċi u/jew esperjenza ġiet mitluba? X'etajiet għandhom dawk li ġew magħżula u kemm kien ilhom jirreġistraw għax-xogħol? Tista' tikkonferma jekk dawn li ġew ingaġġati llum humiex qed jagħmlu x-xogħol li għalih ġew ingaġġati jew qed jagħmlu xogħol ieħor u jekk qed jagħmlu xogħol ieħor x’inhu dan ix-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li ma kien hem l-ebda ingaġġspeċifiku ta’ stone masons minn Marzu 2013 sal-lum. Iżda fl-1 ta’ Ġunju 2017 ġew ingaġġati 5 labourers li minnhom wiħef (1) qed jgħamel xogħol elatat ma stone masonry ukoll.
Leg 13 PQ #2157 Sitting 48 2017-11-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq ippjanati b’ko-finanzjament tal-fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'toroq hemm ippjanati li jsiru f'Għawdex b'ko-finanzjament tal-fondi tal-Unjoni Ewropea matul is-snin 2018, 2019 u 2020? Tista' tgħid meta hu mistenni li jibda x-xogħol fuq kull waħda minn dawn it-toroq, fiex wasal il-proċess u meta hu mistenni jkun lest ix-xogħol f'kull każ kif ukoll kemm hu mistenni li jiswa?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-toroq ippjanati li jsiru f'Għawdex is-sena d-dieħla ser isiru minn fondi nazzjonali.
Leg 13 PQ #2186 Sitting 48 2017-11-06 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex — Tarmac

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser jingħata l-wiċċ tat-tarmac (it-tieni kisja) fit-triq magħrufa bħala l-Qasam bejn ir-Rabat, Għawdex u Sannat? Tista' tgħid meta hu ppjanat li titkompla t-tieni parti ta' din it-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kuntrattur ingħata l-inkarigu biex isir dan ix-xogħol u x-xogħol fuq din it-triq ser jibda fil-ġranet li ġejjin.
Leg 13 PQ #276 Sitting 47 2017-11-01 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — ħaddiema - xogħol

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtha li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li f’waħda mill-entitajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħi, u cioe’ il-Gozo Channel (Operations) Ltd, in-numru ta’ ħaddiema li għandhom xogħol li jsir b'kuntratt definit ta' xogħol huwa ta’ tnejn (2). Dawn qegħdin fuq kuntratt definit fuq għażla tagħhom.
Leg 13 PQ #2006 Sitting 47 2017-11-01 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — first aiders

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm first aiders ċertifikati fid-dekasteru tagħha u jagħti l-informazzjoni skont id-dipartiment/entità rispettiva?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2123 Sitting 47 2017-11-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ labourers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm daħlu labourers mal-Ministeru għal Għawdex bejn it-8 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Settembru 2017? Tista' tgħid mil-liema lokalitajiet f'Għawdex kienu dawn il-persuni li ġew ingaġġati u f'kull każ kemm kien ilhom jirreġistraw mal-ETC jew Jobs Plus għax-xogħol? Tista' tgħid f'kull ingaġġ li sar meta nħarġu l-calls, fejn ġew ippubblikati l-calls, kemm damu miftuħa u x'tip ta' kwalifiċi u esperjenza ried ikollhom? Kemm applikaw u kemm intgħażlu għal kull sejħa? Tista' l-Ministru tgħid każ b'każ ta' dawk li ġew ingaġġati x'tip ta' xogħol qed jagħmlu illum u jekk intbagħtux jagħmlu xi korsijiet u jekk iva x'korsijiet kienu? Kemm minn dawk ingaġġati f'dan il-perjodu diġà ngħataw promozzjoni? Hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati iżjed labourers matul is-sena 2018?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #2125 Sitting 47 2017-11-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Sannat – Sannat Road – xogħol

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk Sannat Road fis-Sannat hux ser issir din is-sena? Jekk le meta hemm il-ħsieb li ssir u meta ser toħroġ it-tender biex jinbeda x-xogħol fuq din it-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu pjan fuq it-Toroq u ser jkun qed jgħati dettalji fuqhom minn żmien għal żmien. Sannat Road qiegħda fil-pjanijiet tal-Gvern.
Leg 13 PQ #2126 Sitting 47 2017-11-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm Diretturi Ġenerali, Diretturi u Assistenti Diretturi fil-Ministeru għal Għawdex? X'inhu x-xogħol ta' kull wieħed minn dawn? Tista' tgħid jekk fl-aħħar ġimgħat inħarġux calls biex jiżdiedu d-Diretturi jew Assistenti Diretturi? Jekk iva għaliex inħasset il-ħtieġa li jkomplu jiżdiedu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. L-unika differenza mis-sena li għaddiet kienet iż-żieda tal-Pożizzjoni ta' Assistent Direttur (Ministerial Procurement Unit) li hija pożizzjoni neċessarja għal finijiet ta’ Artikolu 79 tar-Regolamenti dwar l-Akkwist Pubbliku (S.L. 174.04). Hemm ukoll is-sejħa għall-Assistent Direttur (Policy, Planning, Monitoring and Evaluating), liema sejħa ħarġet minflok dik ta' Senior Manager (Policy, Planning, Monitoring and Evaluating) – iż-żewġ pożizzjonijiet qegħdin fl-istess skala ta’ salarju. Mentri l-pożizzjoni ta’ Direttur Servizzi Korporattivi ilha vakanti minn Diċembru 2016.
Leg 13 PQ #2127 Sitting 47 2017-11-01 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Sports Board — ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema assenjati mal-Gozo Sports Board? Tista' tgħid kemm minn dawn il-ħaddiema huma mislufa jew issekondati mal-Gozo Sports Board u ma’ liema dipartiment u f’liema Ministeru kienu jaħdmu qabel, kif ukoll x’kien ix-xogħol u l-grad tagħhom qabel u x’inhu x-xogħol tagħhom u grad li għandhom issa mal-Gozo Sports Board? F'kull każ, f’liema sena u xahar bdew jaħdmu mal-Gozo Sports Board?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-Gozo Sports Board hemm total ta’ erbgħin (40) ħaddiem, li huma kif ġej: 1 Uffiċjal Kap Eżekuttiv [Minn Ġunju 2014] 3 Skrivani (li 2 minnhom huma fuq ba¿i part time ) [Minn Mejju 2014; Settembru 2015; April 2017] 1 Assistent tal- Uffiċjal Kap Eżekuttiv [misluf mill-MGOZ fejn kien Uffiċjal fi Skala 11, minn Awissu 2015] 1 Sports Promotion/ Coach [mislufa mill-MEDE fejn kienet LSA, minn Mejju 2017] 1 Supervisor [misluf mill-MGOZ, mill-5 ta’Ġunju 2017] 1 Receptionist [fuq il-kotba tal-ERL u assenjat mal-MGOZ, minn Marzu 2017] 25 mill- Community Worker Scheme [20 minn Novembru 2016, 2 minn Mejju 2017, 1 mill-1 ta’ Ġunju 2017, 1 mill-5 ta’ Ġunju 2017 u 1 mit-12 ta’ Ġunju 2017] 7 mill- Work and Training Exposure Scheme [minn Mejju 2017]
Leg 13 PQ #1934 Sitting 46 2017-10-31 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħaddiema li ħadu promozzjoni

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 57 u tagħti lista tal-ħaddiema fid-dipartimenti u l-entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li tmexxi li ħadu promozzjoni fil-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Tista’ tagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2118 Sitting 46 2017-10-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Bini ta’ Qorti ġdid — spiża

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża totali li għamel il-Ministeru għal Għawdex biex jippjana l-bini ta' Qorti ġdid inkluż fi pjanti, permessi, testijiet, ħruġ ta' tenders eċċ fl-aħħar ħames snin? Tista’ tgħid kif kienet maqsuma din l-ispiża u f'kull każ tista’ tgħid ukoll jekk min tħallas, ingħatax ix-xogħol b'direct order, wara tender jew wara ġbir ta' kwotazzjonijiet?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #2119 Sitting 46 2017-10-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Dar San Ġużepp – ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kurja ta’ Għawdex

Question

Tista' l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ftehim li hemm bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kurja ta' Għawdex dwar l-użu ta' Dar San Ġużepp fi Triq l-Imġarr, Għajnsielem? Tista' l-Ministru tgħid kemm tħallset il-kurja sal-lum a bażi ta' dan il-ftehim?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kummerċjalment sensittiva u għaldaqsant ma tistax tiġi rilaxxata.
Leg 13 PQ #2120 Sitting 46 2017-10-31 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur – Triq it-Tiġrija – bini mill-ġdid tat-triq

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta ser tinħareġ it-tender biex tinbena mill-ġdid Triq it-Tiġrija fin-Nadur? Tista' tgħid jekk fit-tender hux ser ikun hemm inkluż ix-xogħol fuq water culvert li tant hu bżonnjuż f'din it-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu pjan fuq it-Toroq u ser jkun qed jagħti dettalji fuqhom minn żmien għal żmien.
Leg 13 PQ #261 Sitting 44 2017-10-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – Aquatic Centre – Memorandum of Understanding

Question

Tista' l-Ministru tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-Memorandum of Understanding tal-Aquatic Centre f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kopja tal-Memorandum of Understanding tal-Aquatic Centre f'Għawdex, qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 13 PQ #262 Sitting 44 2017-10-25 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ċittadella – Ċentru tal-Viżitaturi – manutenzjoni – spiża

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm żebgħa, xaħx u żrar inxtraw fl-2015, fl-2016 u fl-2017 għall-manutenzjoni regolari taċ-Ċentru tal-Viżitaturi fiċ-Ċittadella?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-Ċentru tal-Viżitaturi taċ-Ċittadella ġie inawgurat fit-30 ta’ Ġunju 2016. Minn dakinnhar sal-illum qatt ma saret xi manutenzjoni fuq dan iċ-Ċentru li kienet teħtieġ il-materjali msemmija.
Leg 13 PQ #1920 Sitting 44 2017-10-25 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati ġodda

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 16 u jgħid kemm daħlu impjegati ġodda jaħdmu fid-dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mill-ministeru li tmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta' Mejju 2017 sat-2 ta' Ġunju 2017? Tista’ tagħti l-istess informazzjoni għall-perjodu 7 ta' Jannar 2013 sat-8 ta' Mejju 2013?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u ser tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #253 Sitting 42 2017-10-24 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — nefqa fuq promotions fuq mezzi tal-media soċjali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm nefaq flus l-Uffiċċju tagħha, inkluż kull entità taħtha, għall-promotions fuq Twitter, Faceboook u social media oħra, minn Marzu 2013 sal-lum, xahar b'xahar?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitlub hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #905 Sitting 39 2017-10-23 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — defibrillator

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ dawk il-postijiet fis-Servizz Pubbliku fejn hemm Defibrillator?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-Kumpless Sportiv fir-Rabat Għawdex, wieħed mill-postijiet fis-Servizz Pubbliku li jaqa’ fid-dekasteru tiegħi hemm Defibrillator. Ta’ min jgħid ukoll li fid-daħla prinċipali taċ-Ċittadella se jkun installat Defibrillator fl-4 ta’ Diċembru 2017.
Leg 13 PQ #1895 Sitting 35 2017-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ħaddiema li jaħdmu f’Kemmuna li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema jaħdmu Kemmuna u li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex? Tista' tgħid kemm ikun in-numru ta' ħaddiema fis-sajf u kemm ikun in-numru ta' ħaddiema fix-xitwa? Tista’ tgħid x’inhuma l-gradi tagħhom, u liema xogħol huwa assenjat jagħmel fis-sajf u fix-xitwa kull wieħed minn dawn il-ħaddiema?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li hemm 11-il ħaddiem li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex u qed jaqdu dmirijiethom f’Kemmuna fis-sajf. Ix-xogħol li dawn il-ħaddiema jwettqu jikkonsisti fi ġbir ta’ skart madwar Kemmuna, u tindif u manutenzjoni tal-latrini pubbliċi fil-bajjiet ta’ Santa Marija u l-Blue Lagoon. Meta ma jkunx għad hemm lok għalihom fuq Kemmuna, jirrapportaw Għawdex stess biex iwettqu dmirijiethom skont il-bżonnijiet li jkun hemm.
Leg 13 PQ #1760 Sitting 32 2017-10-19 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex — Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni - talbiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Tista’ tgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Tista’ tgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.