Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol fil-parti l-ġdida tal-Isptar Mater Dei? Jista' jgħid għal-liema skop partikolari se jsir din il-binja il-ġdida? Kemm huwa stmat li ġejja tiswa u kemm huwa stmat li ddum tinbena?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-onorevoli interpellant li x-xogħol fil-parti l-ġdida tal-Isptar Mater Dei huwa ppjanat li jibda wara li jintemm il-proċess tat-tender għall-iskavar tas-sit. Il-proċess ta’ aġġudikazzjoni huwa għaddej bħalissa.
L-iskop taċ-ċentru ġdid tal- onkoloġija huwa li jservi bħala faċilità għall-kura tal-kanċer. Huwa stmat li dan iċ-ċentru ser jiswa madwar 48 miljun ewro eskluż il-VAT.
Huwa mistenni li ċ-ċentru jitlesta sas-sena 2013.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jsiru arranġamenti mal-pulizija ħalli dawk il-ħaddiema li llum qed jipparkjaw fiż-żona li se jsir ix-xogħol fuqha issa li huwa pjanat li jibda ix-xogħol fiha jibdew jipparkjaw x'imkien ieħor? Huwa ppjanat li l-binja l-ġdida se tirrikjedi parking għall-ħaddiema li llum qed jagħmlu użu mill-għalqa preżenti u għall-ħaddiema ġodda li jridu jiżdiedu biex jagħtu s-servizzi f'dan l-isptar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninforma lill-onorevoli interpellant li qed jittieħdu passi sabiex il-ħaddiema tal-Isptar Mater Dei li llum qed jipparkjaw fis-sit temporanju fejn se jinbena ċ-Ċentru tal-Onkoloġija ikollhom faċilitajiet alternattivi għall-ipparkjar.
Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — salarji u kudizzjonijiet tax-xogħol
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtu mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li n-numru ta’ persuni li bdew jaħdmu ma’dan il-Ministeru mill-1 ta’ Jannar 2010 ‘l quddiem huwa kif ġej:
Impjegati wara sejħa għall-applikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
Grad Skala ta’ Salarju Nru. ta’ persuni
Radiographer (Diagnostic) Skala 10 10
Health Inspector Skala 12 7
Speech Therapist Skala 10 7
Midwife Skala 10 11
Midwife Skala 12 2
Consultant Clinical Haematologist Skala 4 2
Consultant Oncologist Skala 4 1
Psychologist (Clinical) in Palliative Care Skala 8 1
Il-kundizzjonijiet huma dawk marbuta mal-grad u l-iskala rispettiva.
Impjegati fuq kuntratt definittiv ta’ sena
Resident Specialist Minimum Skala 5 + 1 (Czech Republic)
Expatriate Allowance 1 (Serbia)
(€3261.12) u ħlas ta’ 1 (Ukraine)
Passaġġ ta’ l-Ajru bir-
ritorn
Locum Consultant Neurosurgeon (Salarju ta’ Kuntratt A ta’ 1 (UK)
(Kuntratt ta’ sitt xhur) Konsulent skond il-Ftehim
Kollettiv bejn il-Gvern u
l-MAM). Ħlas ta’ passaġġ
ta’ l-ajru bir-ritorn
Medical Officer Minimum ta’ Skala 8 1 (Ukraine)
1 (Slovak Republic)
Staff Nurse (Impjieg Temporanju) Skala 12 5 (Lokali)
1 (Franza)
1 (Bulgaria)
1 (Taiwan)
2 (UK)
Enrolled Nurse Skala 13 1
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċina Lyrica, hijiex waħda minn dawk il-mediċini li jingħataw b'xejn? Jekk mhux il-każ, jista' jgħid jekk hemmx xi mediċini li taqdi l-bżonnijiet tal-istess Lyrica, li tinsab fil-lista ta' mediċina b'xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li l-mediċina Lyrica li fiha l-ingredjent attiv Pregabalin, ma tinsabx fuq il-formularju mediċinali tal-gvern, u
ma tingħatax mis-servizzi tas-saħħa tal-gvern. Il-Gabapentin tintuża għall-bżonnijiet simili u tinstab fil-lista ta’ mediċini b’xejn.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-popolazzjoni fir-Residenza San Vinċenz de Paule maqsuma skont is-sess? Jista' jgħid ukoll x'inhi l-waiting list għad-dħul fl-istess residenza maqsuma ukoll skont is-sess?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ residenti fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paule huwa 1063 - 315 irġiel u 748 nisa.
Il
-waiting list
għar-Residenza San Vinċenz de Paule hija 766 - 236 irġiel u 530 nisa.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn spiżeriji lokal b'lokal? X'inhi l-politika tal-Gvern għal ftuħ ta' spiżeriji ġodda u kif jiġu regolati?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma l-Onor Interpellant li l-lista ta’ numru ta’ spiżeriji li huma liċenzjati lokal b’lokal qiegħda titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Il-ftuħ ta’
spiżeriji ġodda huma suġġetti għal ħrug ta’ liċenzja skond il-kriterji stabbiliti fl-Avviż Legali 279 /2007 kif emendat bl-Avviż Legali 81/2008.
Jista' l-Ministru jgħid jekk dawn l-aħħar xhur kellux ilment minn residenti fi djar tal-anzjani dwar l-ikel? Jista' jgħid x'qed isir, u kull meta ssir xi spezzjoni sabiex jiġi żgurat li l-anzjani jingħataw ikel li ma joħloqx ilmenti?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lil-Onor Interpellant li t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistosqijiet parlamentari 14944, 14591 u 14314 u jgħid kemm tqum ċesarja (kollox inkluż) lill-Gvern? Kemm saru ċesarji fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eżerċizzju tal-costings għadu ma ġiex finalizzat. Għalhekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għalissa.
In-numru ta’ ċesarji li saru fl-Isptar Mater Dei fis-sena 2009 kien 1076. Dan in-numru huwa proviżorju. L-istatistiċi uffiċjali jinħarġu iktar tard matul is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn dawk il-persuni mgħarufa bħala PTSA? Jista' jgħid kif se jaħdmu peress li minn laqgħa li saret nhar l-10 ta' Marzu 2010 fir-Residenza San Vinċenz de Paule ħadd ma fehem xejn?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li fil-laqgħa tal-10 ta’ Marzu 2010 il-PTSA’s ingħataw informazzjoni dwar is-sejħa għal Social Assistants li ħarġet dan l-aħħar mid-Dipartiment tal-Anzjani u Kura fil-Komunità. Il-PTSA’s huma eliġibbli biex japplikaw għal din is-sejħa u b’hekk ikunu jistgħu jaħdmu fuq bażi full time.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 14992 u jgħid għaliex il-pilloli Zocor għal kontra l-cholesterol bħalissa reġa' hawn nuqqas tagħhom fl-ispiżeriji tal-Gvern? Huwa minnu li l-Gvern qed jipprova jimporta mediċina differenti għall-istess marda? Jekk iva, jista' jagħti d-dettalji? Għaliex qed ikun hemm nuqqas ta' spiss taż-Zocor?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li mill-istores tal-Government Health Procurement Services inħarġu 64930 kaxxa (kull waħda fiha 28 pillola) ta’ Simvastatin (Zocor) 20mg lid-diversi spiżeriji tal-Pharmacy of Your Choice, Mater Dei u Ċentri tas-Saħħa fl-ewwel sitt ġimgħat tas-sena 2010. Għad hemm problemi dwar pilloli Simvastatin 10mg.
Bħala kura g]ax-xaham fid-demm (
cholesterol
) il-Gvern bħalissa qiegħed jixtri tliet tipi ta’mediċini, is-Simvastatin, il-Fluvastatin u l-Atorvastatin li jingħataw skond il-protokolli approvati għal kull tip ta’ mediċina.
Il-konsum tal-mediċini bhala kura għax-xaħam fid-demm żdied b’20% fl-aħħar xhur u bħalissa hemm problemi sabiex tintlaħaq iż-żieda fid-domanda li hemm. Qed isiru ordnijiet akbar iżda dawn iridu żmien sabiex jaslu fl-i
stores
u jitqassmu.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 14942, 14594 u 14307 u jgħid kemm tiswa operazzjoni tal-katarretti lill-Gvern?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-eżercizzju tal-costings għadu ma ġiex finalizzat. Għalhekk l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata għalissa.
Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità — Kumpaniji b'maġġoranza tal-ishma
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-programmi, l-inizjattivi, l-iskemi, il-proġetti u x-xogħolijiet li d-dipartimenti tal-Gvern, l-awtoritajiet, il-korporazzjonijiet, l-entitajiet, l-aġenziji, l-organizzazzjonijiet indipendenti statutorji u l-kumpaniji b’maġġoranza ta’ ishma pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu se jwettqu f’Għawdex sena sena, minn din is-sena sal-2013? Kemm hu/kemm hu stmat il-valur ta’ kull proġett, programm, eċċ.? Liema minn dawn il-programmi, inizjattivi, eċċ. huma/se jkunu ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea? Meta bdew jitwettqu/meta mistenni li jibdew jitwettqu u meta huwa mistenni li jitlestew/jispiċċaw?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Nixtieq ninforma lil-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba se tingħata f’seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm se jitħaffru oqbra? Kemm hemm applikazzjonijiet biex jinxtraw l-oqbra mill-pubbliku? Meta se jkunu lesti? Kemm se jkun hemm li mhux se jikkwalifikaw biex jieħdu qabar?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Jista’ l-Onorevoli Interpellant jgħidilna għal-liema ċimiterju qiegħed jirreferi, peress li l-gvern huwa responsabbli għal aktar minn ċimiterju wieħed f’Malta u Għawdex.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija supplimentari għall-mistoqsija parlamentari 13450, jista' l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni elettiva hi ppjanata li ssir skont kif ipprovdut fl-estimi fejn żdiedet in-nefqa għal dan il-għan? F'liema qasam huma ppjanati li jsiru xahar b'xahar minn Marzu sa Diċembru 2010? Kemm saru matul Jannar u Frar 2010?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-operazzjonijiet elettivi fl-Isptar Mater Dei m’humiex ippjanati xahar b’xahar iżda l-listi tal-operazzjonijiet huma ppjanati f’ħafna drabi minn ġimgħa qabel jew ġurnata qabel. Ir-raġuni għal dan huwa għaliex il-pazjent jrid jkun disponnibli biex jagħmel l-operazzjoni f’dik il-ġurnata, kif ukoll irid jkun jiflaħ għal-loppju. Jekk le, pazjent ieħor jitpoġġa minnfloku fuq il-lista. Infatti f’Jannar 2010 kien hemm aktar minn 30 pazjent li ma ġewx għall-intervent li kien ippjanat biex isirilhom.
In-numru ta’ operazzjonijiet elettivi kif ukoll urġenti li saru fix-xahar ta’ Jannar 2010 jidhru fit-tabella hawn taħt:
Source: Surgical Operations register, MDH
No. of Surgical Operation Episodes
Departments
Emergency
Elective
Jan ’10 Total
Dept of Surgery
223
1145
1368
Dept Of Medicine
1
152
153
Cardiac Sevices
51
301
352
Orthopaedics
149
162
311
Ophthalmology
-
292
292
Obst & Gynae
93
388
481
Dept Of Anaesthesia
1
113
114
Dental
19
82
101
Dept Of Paediatrics
0
19
19
A&E
11
-
11
Total
548
2654
3202
L-informazzjoni tal-operazzjonijiet li saru fix-xahar ta’ Frar għadha qiegħda tiddaħħal fid-
database
u għalhekk ma tistax tingħata.
Applikazzjonijiet għal oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata
Question
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess dwar l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal oqbra fiċ-Ċimiterju ta' Santa Maria Addolorata? X'se jiġri mill-applikanti li diġà kienu pendenti? Kemm hu n-numru ta' l-applikanti? X'se jkun il-ħlas għal kull qabar sew għal min diġà applika kif ukoll għal min għad irid japplika?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bħalissa qiegħda tinżamm lista tal-applikanti mit-Taqsima Amministrazzjoni tad-Dfin fi ħdan id-Dipartiment għal Saħħa Ambjentali liema lista qiegħda tiġi aġġornata regolarment. S’issa il-policy dejjem kienet li l-oqbra jitqassmu skond il-waiting list. In-numru aġġornat t’applikazzjonijiet pendenti għal xiri t’oqbra huwa ta’ 4029 u l-prezz kemm għall-applikazzjonijiet pendenti kif ukoll għal dawk futuri jiġi stabbilit skont Avviż Legali li joħroġ fil-Gazzetta tal-Gvern.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw prosthesis - f'irkopop u hips artifiċjali biex jintużaw għall-hip u knee replacment- kull konsulent li hemm fid-Dipartiment tas-Saħħa matul is-snin 2007, 2008 u sa Settembru 2009? Jista' jgħid kemm-il konsulent tal-ortopedija għandna fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jista' jgħid kemm tiswa kull parti ta' prosthesis u kemm allura jiġu ordnati kull sena mid-Dipatiment tas-Saħħa u mid-Dipartiment tal-Ortopedija f'Malta u Għawdex?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-prostheses li jintużaw fl-Isptar Mater Dei għal Hip u Knee replacements ma jingħatawx lill-konsulenti tal-ortopedija imma dawn jintużaw skond il-bżonn. Għaldaqstant in-numru totali ta’ Knee u Hip replacements li saru fis-snin 2007 u 2008 u bejn Jannar u Settembru 2009 fl-Isptar San Luqa/Mater Dei jidhru fit-tabella hawn taħt:
Source:
Surgical Operations Register SLH/MDH
Numru ta' Interventi
Operazzjoni
2007
2008
Jan-Sep 2009
Total Knee Replacement (includes unicondylar replacement)
223 (includes 22 bilateral)
226 (includes 16 bilateral)
215
Revision of Knee Replacement
10
10
7
Total Hip Replacement
62
56
78
Revision of Hip Replacement
13
9
4
In-numru ta’ konsulenti tal-ortopedija matul dan il-perjodu kien kif jidher fit-tabella hawn taħt:
Sena
Numru ta’ konsulenti
2007
6
2008
6 fl-ewwel nofs tas-sena
5 fit-tieni nofs tas-sena
2009
7 fl-ewwel nofs tas-sena
6 fit-tien nofs tas-sena
Il-
prosthesis
tal-
hip implant
tiswa bejn €710 u €900 u dan jiddependi mit-tip ta’
hip replacement
. Il-
prosthesis
tal-
knee implant
tiswa bejn €502 u €1211 u ukoll jiddependi mit-tip ta’
knee replacement
.
Rigward in-numru ta’
prostheses
li intuzaw f’Għawdex jekk jogħgbok irreferi din id-domanda lil Gozo General Hospital.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jistma li tiġi tiswa kull operazzjoni ta' hip u knee replacement? Kemm saru b'mod globali minn dawn l-operazzjonijiet matul is-sena 2007, 2008 u sa Settembru 2009?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li matul il-perjodu indikat in-numru ta’ operazzjonijiet ta’ hip u knee replacements kien kif jidher hawn taħt:
Source: Surgical Operations Register
Numru ta' Interventi
Numru ta' Interventi
Numru ta' Interventi
Operazzjoni
2007
2008
Jan-Sep 2009
Total Knee Replacement
223 (includes 22 bilateral)
226 (includes 16 bilateral)
215
Revision of Knee Replacement
10
10
7
Total Hip Replacement
62
56
78
Revision of Hip Replacement
13
9
4
L-istima ta’ kemm tiġi tiswa kull tip ta’ operazzjoni tiġi żvelata fil-ħin opportun.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex beħsiebu jżid il-pillola EZETROL- ezetimibe 10 mg (pilloli għax-xaħam fid-demm) fil-lista ta' pilloli b'xejn fuq il-kartuna s-safra?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li bħalissa d-Dipartment tas-Saħħa għandu talba biex il-mediċina Ezetimibe tiddaħħal fuq il-formularju u din it-talba qed tiġi evalwata.
Jista' l-Ministru jara jekk hux se jingħata l-chimo 4 in 1 lill-pazjenta li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament meta l-professur ordna dan il-chimo? Jista' jara jekk huwiex se jibgħat il-pazjenta jew iġib dan il-chimo?
Response (CASSAR, JOSEPH)
Ninsab infurmat li t-trattament għall-pazjenta li jinkludi TVTG (Topotecan, Vinerolbine, Thiotepa, and Gemcitabine) gie approvat fil-11 ta’ Frar 2010 u għalhekk ser jingħata lill-pazjenta mingħajr ħlas f’Malta stess.