Flus ivvotati biex jgħinu lill-istudenti li ħadu scholarship
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ivvotati flus biex jgħinu lill-istudenti li ħadu scholarship matul 2009 u meta sejrin jingħataw dawn il-flus?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul is-sena 2009, ġew ivvutati dawn l-ammonti ta’ flus f’boroż ta’ Studju:
Strategic Educational Pathways Scholarships
(STEPS)
1. L-Ewwel Sejħa € 1,532,470
(29 ta’ Jannar – 6 ta’ Marzu 2009)
2. It-Tieni Sejħa € 2,488,939
(1 ta’ Mejju – 15 ta’ Ġunju 2009)
Total ta’ €4,021,409
Malta Government Scholarships Scheme
(MGSS)
1. Post-Graduate €466,000
Fir-rigward tal-livell
Undergraduate
ta’ l-iskema MGSS, il-flus li jingħataw f’boroż ta’ studju jinħarġu mill-fond amministrat mill-
iStudents’ Maintenance Grants
Board, kif stabbiliet fir-raba’ parti ta’ l-Avviż Legali 372 tat-2005.
Matul is-sena 2009 tħallsu €307,285.62 f’boroż ta’ studju għall-istudenti
Undergraduate
. L-ammont mogħti lill-istudenti fil-livell
Undergraduate
ta’ l-MGSS ma jinkludiex 11-il borża ta’ studju li għadhom pendenti minħabba li għad ma waslitx il-verifika mill-Kunsill Malti tal-Kwalifiki
Total ta’ € 4,794,694.62
Tista' l-Ministru tgħid jekk hemmx ippjanat li joħorġu iktar scholarships matul is-sena 2009/2010 u f'liema suġġetti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul l-2009/2010, ser ikun hemm dawn is-sejhiet għal Boroż ta’ Studju:
STEPS (
Strategic Educational Pathways Scholarships
)
(a) 1 ta’ Novembru u li għalqet fil-15 ta’ Jannar 2010.
(b) 1 ta’ Mejju 2010 u tagħlaq fil-15 ta’ Ġunju 2010.
(c) 1 ta’ Novembru 2010 u tagħlaq fil-15 ta’ Jannar 2011.
Taħt l-iskema STEPS jistgħu japplikaw dawk kollha li jixtiequ jkomplu għal Masters (
full-time, part-time u distance learning
) u Dottorat (
full-time
biss) fl-oqsma ta’ l-edukazzjoni,
skills mismatch
, xjenza u teknoloġija.
MGSS (
Malta Government Scholarship Scheme
)
(a)
Post-Graduate
– skem li tiftaħ f’Ġunju 2010
Taħt l-iskema
Post-Graduate
, jistgħu japplikaw dawk kollha li jixtiequ jkomplu
Masters
(
full-time
,
part-time
u
distance learning
) u Dottorat (
full-time
,
part-time
u
distance learning
) fl-oqsma kollha minbarra x-xjenza u t-teknoloġija.
(b)
Under-Graduate
– skema li tiftaħ f’Lulju/Awwissu 2010.
Taħt l-iskema
Under-Graduate
, jistgħu japplikaw dawk kollha li jixtiequ jġibu l-ewwel
degree
rikonoxxuta f’diversi oqsma offruti f’istituzzjonijiet privati jew ċentri ta’ tagħlim liċenzjati f’Malta jew istituzzjonijiet barranin.
MAS (
Malta Arts Scholarships
)
(a) skema li preżentament hi miftuħa u tagħlaq fit-30 t’April 2010.
Taħt din l-iskema jistgħu japplikaw dawk kollha li jixtiequ jispeċjaliżżaw fl-oqsma kollha ta’ l-arti bħat-teatru, l-mużika, żfin, id-disinn, il-kitba kreattiva, il-film jew l-arti viżiva.
Jista' l-Ministru jgħid min hi/hu ċ-Chief Executive tal-Awtorità tad-Djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorita’ tad-Djar tixtieq tagħmel referenza għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari numru 13662, li sakemm l-Awtorità qiegħda fil-proċess biex timpjega persuna biex timla din il-pożizzjoni, l-post huwa vakant u bħala Acting Head hemm ic-Chairman li hu s-Sur Charles Borg.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-famlija, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li applikaw għal waħda mill-iskemi tal-Awtorità tad-Djar, għadhom ma rċevewx ic-cheque għax-xogħol li għamlu fil-fond li jgħixu fih?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Awtorità tad-Djar kienet approvat is-somma massima ta’ € 6,988.12 fit-13 ta’ Lulju 2007 sabiex isiru x-xogħlijiet approvati mit-tekniku tal-Awtorità sabiex il-fond allokat lilhom jiġi up to standard. Minn spezzjoni li għamel it-tekniku nkarigat irriżulta li parti mix-xogħlijiet ma sarux ta’ livell aċċettabli. Konsegwentament l-ammont relatat ma’ dawk ix-xogħlijiet ġie mnaqqas u għalhekk is-somma massima ġiet mnaqsa relattivament. Il-persuna msemmija ġiet infurmata b’din is-sitwazzjoni u fit-13 ta’ Marzu 2008, ffirmat dikjarazzjoni li huma kuntenti bix-xogħlijiet magħmula u li mhux ser jitolbu aktar flus mill-Awtorita’ tad-Djar.
kwestjoni fuq prinċipali tal-kulleġġi li ma jkunux involuti b'dak li jkun qed jiġri
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex fit-tfassil ta' politika edukattiva ma jiġux involuti l-prinċipali kollha tal-kulleġġi u waqt li hemm minnhom li jiġu involuti f'kollox u oħrajn li qed jiġu mwarrba u ġieli jsiru jafu bl-affarijiet b'dak li joħroġ mix-xandir? Fuq liema kriterji jiġu magħżula dawk involuti u fuq liema kriterji jiġu mwarrba l-oħrajn?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Id-Direttorati Edukattivi meta qed jiddiskutu politika edukattiva, din id-diskussjoni dejjem isseħħ fi ħdan l-Education Leadership Council li hu magħmul mill-għaxar Prinċipali, is-sitt Diretturi u d-Diretturi Ġenerali. Sabiex jitressqu lill-Education Leadership Council tibdiliet fil-politika edukattiva ġieli ikun hemm bżonn ta’ working group biex ifassal dokument jew proposta biex tiġi uffiċjalment ippreżentata. Ħafna drabi n-nies li jiffurmaw parti mill-working group joffru huma skont l-esperjenza u l-ħiliet tagħhom. Mhux minnu li xi Prinċipal jiġi mwarrab. Id-deċizjonijiet ewlenin dejjem jittieħdu flimkien.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li huma intitolati għall-karta r-roża? Min hu intitolat għaliha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
In-numru ta’ karti roża ġodda li ħargu għal dawk intitolati għaliha matul is-sena 2009 kien ta’ 7,249
Biex persuna tkun intitolata għall-Karta r-Roża trid tissodisfa t-Test tal-Mezzi li jikkonsisti f’żewġ partijiet, Test tal-Kapital fejn il-Kapital ma jridx jeċċedi €16,310 għal koppja miżżewġa u €9,320 għal persuna waħedha. Hemm ukoll test tad-Dħul għall-persuni impjegati jew li jaħdmu għal rashom, u ieħor għal-persuni li m’humiex jaħdmu bħal m’huma pensjonanti, persuni li jgħixu b’manteniment jew persuni li jgħixu minn xi renti.
Għal-persuni li huma mpjegati jew jaħdmu għal rashom id-dħul fil-ġimgħa ma jridx jeċċedi € 133.66 għall-persuna waħedha wara li titnaqqas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali b’zieda ta’ € 8.15 għal kull persuna oħra.
Għal-persuni li mhumiex la mpjegati u l-anqas jaħdmu għal rashom, jikkwalifikaw għall-Karta r-Roża kemm-il darba ma jeċċedux id-dħul ta’ € 136.76 għal persuna waħedha b’żieda ta’ € 8.15 għal kull persuna oħra, u ma jeċċedux € 162.38 għal koppja miżżewġa b’żieda ta’ € 8.15 għal kull persuna oħra.
Ta’ min isemmi wkoll li persuni li jbatu minn mard bħal
tubercolosis
, lebbra,
poliomilitis
jew diabete u persuni li qegħdin jirċievu l-Għajnuna Soċjali jew pensjoni mhux kontributorja jikkwalifikaw għall-Karta r-Roża mingħajr ma jsirilhom test tal-mezzi.
Tista' l-Ministru tgħid għaliex l-MCAST ma tatx extension għas-sottomissjoni tat-teżi lill-istudenti li qed jagħmlu l-kors tal-B.A. Hons fl-Art and Design u dan meta l-MCAST jafu li fil-perjodu li qed jiġu mitluba jissottomettu t-teżi, iridu jlaħħqu ma' module kull xahar u li l-istudenti qed jaħdmu bla heda biex ilaħħqu ma' dawn il-modules, tant li ġieli jibqgħu jaħdmu sa' nofs iljieli u ġieli anke ħadmu sal-għada filgħodu mingħajr ma jmorru d-dar? Ma jidhriliex il-Ministru li l-MCAST għandha tikkonċedi din l-extension għas-sottomissjoni tat-teżi biex, xogħol l-istudenti jsir b'aktar attenzjoni u reqqa kif jixtiequ u mhux bl-għaġġla kif fil-mument qed jiġu mitluba li jagħmlu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-istudenti tal-BA Hons (Art & Design) jibbenefikaw minn numru totali ta’ siegħat li jingħataw lill-istudenti kollha li qed isegwu korsijiet fil-livell sitta. Dawn is-siegħat jinkludu l-ħin dovut għall-lectures, il-ħin tal-istudju d-dar, tutorials, eċċ.
Dan id-degree programme ġie ppjanat b’mod li joffri lill-istudenti l-ħin addattat biex jaħdmu fuq it-teżi mistennija minnhom, u biex din titlesta fil-ħin.
L-immaniġġjar tajjeb tal-ħin marbut mal-modules, jiġifieri t-tqassim bil-għaqal tax-xogħol minn naħa tal-istudenti (biex la jsir xogħol żejjed u lanqas nieqes), hija ħila fiha nnifisha. Wara kollox, din hija kompetenza li, għada pitgħada, twassal biex persuna tkun iżjed ippreparata u effiċjenti meta tidħol fid-dinja tax-xogħol.
Tfal bid-dyslexia — spiża għall-ġenituri biex jiġu ċċertifikati dawn it-tfal
Question
Tista' l-Ministru tgħid hijiex konxja dwar kemm qed ikollhom iħallsu spejjeż ġenituri bi tfal bil-kundizzjoni tad-dyslexia biex jiġu ċċertifikati bil-kundizzjoni u jingħataw l-għajnuna u dan peress li l-għajnuna li tingħata mill-istat mhix qed tlaħħaq mad-domanda? Tista' tgħid x'se jsir biex is-Children Development Assessment Unit jingħata aktar riżorsi ħalli ġenituri b'mezzi finanzjarji limitati ma jidħlux fi spejjeż żejda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li xi ġenituri jgħażlu li jħallsu għal servizzi privati minflok jistennew l-għajnuna mid-direttorat tal-Edukazzjoni. Ta’ min wieħed jgħid li waqt Frar-Marzu 2010, 270 applikazzjoni tal-Junior Lyceum ġew eżaminati. 230 minnhom ġew ipproċessati mill-iSpecific Learning Difficulties (SpLD) Unit filwaqt li l-kumplament, 40 ġew mgħodija lill-iSchool Psychological Services.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Interpellant tagħmilha lill-Minstru kkonċernat.
Ministeru tal-Edukazzjoni, Xogħol u l-Famlija — salarji u kundizzjonijiet tax-xogol
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' persuni li bdew jaħdmu mal-Ministeru u/jew id-dekasteru li jaqa' taħtha mill-1 ta' Jannar 2010 'l quddiem? F'liema kategorija u x'salarji u kundizzjonijiet għandhom? Kemm minnhom huma abbażi ta' kuntratt u kemm huma ta' nazzjonalità barranija?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni li jibbenefikaw minn pensjoni tal-invalidità
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li jibbenefikaw minn pensjoni tal-invalidità f'Jannar 2009? Kemm hu n-numru llum? Jista' jaqsamhom skond il-lokalità?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid min huma l-prinċipali tal-kulleġġi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Prinċipali tal-Kulleġġi huma dawn:
Kulleġġ Santa Margerita
Is-Sur Stephen Cachia
Kulleġġ San Benedittu
Is-Snra. Marilyn Sciortino
Kulleġġ San Ġorġ Preca
Is-Sur Joseph Buttigieg
Kulleġġ Sant’ Injazju
Iis-Sur Horace Caruana
Kulleġġ Santa Klara
Is-Snra Maria Ciappara
Kulleġġ Maria Reġina
Is-Sur Mario Testa
Kulleġġ San Nikola
Is-Sur Anthony Sammut
Kulleġġ Santa Tereża
Iis-Sur Francis Fabri
Kulleġġ San Tumas More
Is-Snra Josephine Mifsud
Kulleġġ Għawdex
Il-Kav. Frank Gatt
Tista' l-Ministru tara li fl-Iskola Primarja ta' Raħal Ġdid, meta tkun ġurnata xita bħalma kienet fit-8 ta' Marzu 2010, jipprevali s-sens komun u t-tfal jitħallew jidħlu l-iskola qabel il-ħin tat-tmienja u nofs minflok jitħallew jistennew barra mal-ġenituri fix-xita sakemm isir il-ħin normali tad-dħul?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca informa l-Kap tal-Iskola Primarja A ta’ Raħal Ġdid biex meta tkun ġurnata xita t-tfal jitħallew jidħlu l-iskola qabel il-ħin tat-tmienja u nofs minflok jitħallew jistennew barra.
B'referenza għat-talba tal-inkwilin biex jingħata għajnuna finanzjarja taħt l-iskema W (HAW 9/2009) x'inhi r-raġuni li l-applikant qiegħed jiġi rifjutat din l-għajnuna għas-sempliċi raġuni fid-denunzja ta' missieru hemm indikat porzjoni art li hija b'ċirka kejla u mhijiex fabbrikabbli u l-istess awtorità qegħda konsisti mill-applikant li iġġib site plan u pjanta b'din il-kejla raba, meta l-applikant stess ma jafx fejn hi u l-valur tagħha huwa altru minn ovvju li hu nil?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-applikant ġie mitlub jipproduċi site plans u informazzjoni fuq biċċa art li nstabet mir-riċerki tiegħu. Skont il-kundizzjonijiet tal-iskema, trid issir valutazzjoni tal-art sabiex jiġi meħud il-valur bħala parti mill-assi, li skont il-kundizzjonijiet, ma jridux jeċċedu l-€10,482.18 sa sena qabel id-data tal-applikazzjoni. Mingħajr dan id-dokument, l-applikazzjoni ma tistax tiġi pproċessata.
Tista' l-Ministru tara l-każ ta' omm separata b'tifel li kellha problemi kbar fil-bini, li dettalji dwarha u r-rapport tal-perit qed jintbagħtu separatament, li kienet talbet lill-Awtorità tad-Djar u dawn ġew mingħajr avviż, ix-xogħol beda jsir mill-privat u ġew jagħmlu insepection u għax sabu l-post bla għamara qed jgħidu li din ma tgħix hemm? Din hija familja bi dħul baxx u allura wieħed jistaqsi jekk jeħdulha l-post fejn se tmur tgħix?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-post li qiegħed issir referenza għalih kien mibni mil-Awtorità u mikri mil-Awtorità lil persuna kkonċernata. L-Awtorità infurmat lill-kuntrattur li kien responsabbli tal-bini bil- ħsarat li l-inkwilina tgħid li hemm jew li kien hemm. L-Awtorità għadha qegħda tistenna' tweġiba min-naħa tiegħu peress li l-kuntrattur għadu responsabli mil-binja.
Minn diversi spezzjonijiet f’ħinijiet differenti jirriżulta li l-persuna mhix qiegħdha tagħmel użu mill-fond.
eżamijiet ta' studenti bil-kundizzjoni tad-Dyslexia
Question
Tista' l-Ministru tgħid x'qed jsir sabiex studenti b'kundizzjoni ta' dyslexia jkunu jistgħu jagħmlu l-eżamijiet b'inqas diffikultà? Tista' tgħid jekk hux se jkun possibbli li studenti bil-kundizzjoni tad-dyslexia jagħmlu eżamijiet orali minflok bil-kitba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kundizzjoni tad-dyslexia tvarja minn individwu għal ieħor u għalhekk l-aċċess għall-eżamijiet jingħata skont il-gravita’ tad-diffikultajiet. Dan ifisser li hemm studenti li jkollhom bżonn wieħed jew aktar minn dawn: ħin itwal għall-eżami; karta b’tipa mkabbra; persuna kompetenti biex taqra lill-istudent il-karta tal-eżami kollha jew dawk il-kliem li ma jistgħax jaqra waħdu; persuna biex jikteb b’mod ċar dawk il-kliem li ma jkunx jista’ jintgħaraf minn min jikkoreġi l-eżami.
S’issa mhemm l-ebda ħsieb li student dyslexic jiġi eżaminat taħt kundizzjonijiet differenti.
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu xogħol ta' care competence teachers? F'liema kulleġġi jinsabu u f'liema oqsma qed jaħdmu? Kemm huwa stmat li jqattgħu ħin f'kull kulleġġ dawn l-għalliema? Kemm huwa stmat li jieħdu ħsieb studenti kull wieħed minn dawn il-care competence teachers u kemm iqattgħu ħin ma' l-istudenti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Hemm 6 persuni li qed jagħmlu xogħol ta’ Core Competence Teachers li jaħdmu fl-iskejjel primarji ta’ dawn il-Kulleġġi: San Benedittu, Santa Margerita, Santa Klara, San Injazju, San Ġorġ Preca u San Tumas More.
Kemm jista’ jkun il-Core Competence Teachers iqattgħu ġurnata fil-ġimgħa f’kull Kulleġġ.
Bħalissa l-għalliema huma impenjati biex jiġbru l-informazzjoni fuq it-tfal u l-bżonnijiet individwali tagħhom skont iċ-checklists.
Il-ħin li jqattgħu ma’ l-istudenti jvarja skont il-bżonnijiet individwali tat-tfal.
borża ta' studju fl-iskema MGSS — ħlasijiet lill-universitajiet mhux mħallsa
Question
Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm każijiet ta' persuni li ngħataw borża ta' studju fl-iskema MGSS u kien hemm qbil li jsiru l-ħlasijiet lill-universitajiet fejn qed isir l-istudju? Tista' tgħid jekk bħalissa hux qed isiru l-ħlasijiet dovuti għal xi raġuni jew oħra bil-konsegwenza li l-persuni milquta ma jkunux jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Fl-iskema Malta Government Scholarships Scheme (Postgraduate) hemm qbil li jsiru l-ħlasijiet lill-Universitajiet dwar 141 borża ta’ studju.
Bħalissa hemm każ wieħed fejn il-ħlasijiet qed jintalbu lura minħabba ksur tar-Regolamenti.