Legislature:
Category:
Reset
Active:

CDAU – Servizz ta’ speech and language pathologist

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965 rigward is-servizzi offruti miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta' stennija għas-servizz ta' speech and language pathologist? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il tifel jew tifla qegħdin fuq din il-lista biex jibdew jingħataw dan is-servizz? Meta jiġi kkonfermat li tifel jew tifla jkollhom bżonn dan is-servizz, kemm idumu jistennew biex jingħataw dan is-servizz għall-ewwel darba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li mhemmx lista ta’ stennija għas-servizz ta’ speech and language pathologist ġewwa CDAU. Kull riferta tiġi ipproċessata u jingħata appuntament fi żmien 15-il ġurnata ta’ xogħol.

CDAU – Servizz ta’ Psikjatrija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965 rigward is-servizzi offruti miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta' stennija għas-servizz ta' psikjatrija? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il tifel jew tifla qegħdin fuq din il-lista biex jibdew jingħataw dan is-servizz? Meta jiġi kkonfermat li tifel jew tifla jkollhom bżonn dan is-servizz, kemm idumu jistennew biex jingħataw dan is-servizz għall-ewwel darba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li każijiet fejn jkun mitlub is-servizz ta’ psikjatrija, dawn jiġu mgħoddija lil CYPS. Għar-rigward tal-informazzjoni mitluba nirreferi lill-Onor. Interpellant biex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13448.

CDAU – Servizz ta’ infermiera

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965 rigward is-servizzi offruti miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta' stennija għas-servizz ta' infermiera? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il tifel jew tifla qegħdin fuq din il-lista biex jibdew jingħataw dan is-servizz? Meta jiġi kkonfermat li tifel jew tifla jkollhom bżonn dan is-servizz, kemm idumu jistennew biex jingħataw dan is-servizz għall-ewwel darba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda tifel/tifla jistennew biex jingħataw xi forma ta’ servizz minn infermier.

CDAU – Test tas-smigħ

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965 jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta' stennija għat-test tas-smigħ ġewwa l-Audiology Section 1 - ENT Outpatients tal-Isptar Mater Dei ta’ tfal li jiġu riferuti miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU)? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il tifel jew tifla qegħdin fuq il-lista biex isirilhom dan it-test?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ma hemm l-ebda tifel u tifla fuq lista ta’ stennija fis-sezzjoni tal-awdjoloġija tal-isptar Mater Dei. Kull riferta li tiġi ivvetjata mill-Konsulent tingħata appuntament.

Każijiet tal-kanċer

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 16020 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10979, jista’ Ministru jgħid kemm kienu l-każijiet totali tal-kanċer mit-twelid sa 16-il sena u minn 16-il sena 'l fuq għal kull sena matul dawn l-aħħar 15-il sena? Jista’ jgħid ukoll: i. Kemm mietu kull sena? ii. Kemm kienet in-nefqa totali għall-kura tal-kanċer kull sena?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant li n-numri ta’ persuni li mardu b’ kanċer qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Persuni li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei — Età u nazzjonalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-eta u n-nazzjonalità tat-tmien persuni li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei wara li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li f’sitwazzjonijiet inizjali bħal dawk li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant, id-Dipartiment tal-Emerġenza ma jkollux l-informazzjoni mitluba għax ma jkollhomx passaport jew xi mezz ta’ identifikazzjoni fuqhom. Il-pazjenti kienu kollha adulti.

Persuni li ddaħħlu l-Isptar Mater Dei wara li ġew salvati mill-AFM – Ċertifikati ta’ ġrieħi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu ċ-ċertifikati tal-ġrieħi li ġarrbu t-tmien persuni li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei wara li ġew salvati mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM)?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Persuni li ttellgħu mejta mill-baħar mill-AFM nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024 — Funerali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsiru l-funerali tal-persuni li ttellgħu mejta mill-baħar mill-Forzi Armati ta’ Malta (AFM) nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex isaqsi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Persuni li tilfu ħajjithom traġikament nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024 – Età u nazzjonalità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-etajiet tal-persuni li tilfu ħajjithom traġikament nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Frar 2024, kif ukoll in-nazzjonalità tagħhom?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex isaqsi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Sptar Mater Dei –Dipartiment tal-Emerġenza

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 15113 u 16413 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi xift b'xift (jew partijiet minnhom) minn 00:00AM tal-15 ta' Jannar, 2024 sa 00:00AM tas-16 ta' Jannar, 2024, ta’ kemm persuni ngħataw servizz fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, u kemm kien l-istaff f'kull grade u trade li kien assenjat fl-istess dipartiment fil-ħin imsemmi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li bejn nofs il-lejl tal-15 ta’ Jannar sa nofs il-lejl tas-16 ta’ Jannar (24 siegħa) fid -dipartiment tal-Emerġenza ġew ikkurati 267 pazjent. L-informazzjoni l-oħra tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Bormla – Dar tal-Anzjani – Sodod

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ser ikun in-numru ta' sodod fid-Dar tal-Anzjani ta' Bormla issa li ħareġ it-tender rigwardanti?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla għandha takkomoda mhux anqas minn mija u għaxar (110) sodod bħal ma hemm indikat fit-tender dettaljat li ħareġ u li huwa fid-dominju pubbliku.

Bormla – Dar tal-Anzjani – Footprint

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma illi l-footprint u s-sulari eżistenti tad-Dar tal-Anzjani ta' Bormla mhux ser ikunu qed jiżdiedu?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-għoli u l-volum tad-dar ser jibqgħu l-istess bħal dik eżistenti bħal ma hemm indikat fit-tender dettaljat li ħareġ u li huwa fid-dominju pubbliku.

Bormla – Dar tal-Anzjani – Timeline

Question

Fid-dawl li t-tender rigwardanti d-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla ġie ippubblikat, u wara li l-proċess ikun magħluq u t-tenderer magħżul, jista' l-Ministru jagħti timeline ta' meta ser titwaqqa' u jibda l-bini mill-ġdid ta' din id-dar u meta ser tkun lesta?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operatur għandu jlesti d-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla fi żmien mija tmienja u sebgħin (178) ġimgħa minn meta jiġi ffirmat il-kuntratt bħal ma hemm indikat fit-tender dettaljat li ħareġ u li huwa fid-dominju pubbliku.

Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali – Ilmenti riżolti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-ilmenti li daħlu fuq il-Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali li jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2330 4444, ġew riżolti f’persentaġġi?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li ġew riżolti 98.7% tal-ilmenti li daħlu fuq il-Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali li jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2330 4444.

Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali – Ilmenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema lmenti jiġu ttrattati mill-Customer Care tas-servizzi tas-Saħħa Mentali li jista’ jiġi kkuntattjat fuq 2330 4444 u liema lmenti jiġu ttrattati mill-Kummissarju għas-Saħħa Mentali?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li li l-Customer Care tas-Servizzi tas-Saħħa Mentali jittratta lmenti varji fosthom: • Talba għall-bidla tal-Konsulent kuranti • Talba għall-bidla fit-Trattament • Imġieba ta’ pazjenti • Kwistjonijiet Kliniċi • Appuntamenti • Talba għal rekords Mediċi • Talbiet varji għall-informazzjoni Infurmat ukoll li l-uffiċċju tal-Kummissarju għas-Saħħa Mentali jindirizza lmenti li għandhom x’jaqsmu mad-drittijiet tal-persuni bi problemi ta’saħħa mentali, kif elenkati fl-istess Att tas-Saħħa Mentali Kap 525.

Sptar Mater Dei — Persuni taħt l-influwenza tal-Alkoħol u/jew droga li daħlu fl-Emerġenza

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14899 dwar in-numru ta’ attendenzi li daħlu fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei taħt l-influwenza tal-alkoħol u/jew droga, jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-istess informazzjoni għal kull Diċembru bejn l-2013 u l-2022?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qed tinġabar.

Għawdex – Sptar Ġenerali – Tibdiliet fit-tmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex ser ikunu jikkonsistu t-tibdiliet fit-tmexxija li hemm ippjanati li jsiru fil-ġimgħat li ġejjin ġewwa l-Isptar Ġenerali ta' Għawdex?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant, li mit-8 ta’ Frar 2024, id-Direttur Ġenerali Sa Carmen Ogilive-Galea bdiet tmexxi tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex u ser tkun tirrispondi lis-Segretarju Permanenti tas-Saħħa, is-Sur Joseph Chetcuti.

Sensory Integration Therapy Centre – Servizz ta’ Feeding

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ġie sospiż is-servizz ta’ feeding fis-Sensory Integration Therapy Centre (SITC)? Jista' jgħid jekk dan is-servizz ġiex sospiż minħabba nuqqas ta' provvisti? Jekk iva, liema kienu dawn il-provvisti? Jista' jgħid ukoll jekk dan is-servizz reġax beda’ jingħata? Jekk iva, meta? Jekk le, meta hu ppjanat li dan is-servizz jerġa’ jibda jingħata?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li s-servizz ta’ Feeding fis-Sensory Integration Therapy Centre ġie sospiż fit-12 ta’ Frar. Dan is-servizz tkompla mit-23 ta’ Frar 2024.

Mediċini Aripiprazol u Circadin

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mediċini Aripiprazol (mistura jew pilloli) u Circadin humiex inklużi fil-formularju tal-Gvern? Jekk le, jista' jgħid għaliex dawn il-mediċini m’humiex inklużi fil-formularju? Jista' jikkonsidra li dawn il-mediċini jiġu inklużi fil-formularju tal-Gvern?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li l-mediċina Aripiprazol ser tidħol fil-formularju iktar tard din is-sena għall-kundizzjoni skont lis-skeda ħamsa. Il-mediċina Circadin mhiex fil-formularju, pero hemm proċess kif il-mediċini jidħlu fil-formularju.

CDAU – Servizz ta’ Neurodevelopmental Paediatrician

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 14965 rigward is-servizzi offruti miċ-Child Development Assessment Unit (CDAU), jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx lista ta' stennija għas-servizz ta' Neurodevelopmental Paediatrician? Jekk iva, jista' jgħid kemm-il tifel jew tifla qegħdin fuq din il-lista biex jibdew jingħataw dan is-servizz? Meta jiġi kkonfermat li tifel jew tifla jkollhom bżonn dan is-servizz, kemm idumu jistennew biex jingħataw dan is-servizz għall-ewwel darba?

Response (ABELA, JO ETIENNE)

Ninsab infurmat li m’hemm l-ebda lista ta’ stennija biex jaraw it-tfal in-Neurodevelopmental Paediatricians. Ir-riferrals ġodda jingħataw is-sevizz ta’ dawn il-pedjatri fi ftit ġranet wara li jiġu referuti.