Legislature:
Category:
Reset
Active:

Laħam tat-tjur tas-simna — Produzzjoni attwali

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7936, jista' l-Ministru jgħid kemm huwa stmat li hija l-produzzjoni attwali tal-laħam tat-tjur tas-simna f'Malta u Għawdex għall-ewwel erba' xhur tas-sena? Jista' jipprovdi l-istess dettall sena b'sena mill-2003 'il quddiem u jagħti din l-informazzjoni għal Malta u Għawdex b'mod separat?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

reġistrar ta' tmiem ir-raba' — sussidju

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8789 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jagħti tagħrif dwar kemm kien f'ammont ta' tmiem ir-raba li ġie reġistat għal skop ta' sussidju mill-bdiewa Maltin, matul din is-sena? Liema kienu l-prodotti li ġew registrati biex jingħataw sussidju għal dan l-iskop?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Tas-Salina — Sukkors - xogħol

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk waqt ix-xogħol li qed isir fis-sukkors tas-Salina, instabx li fil-fatt dan is-sukkors għandu l-qiegħ tiegħu magħmul biċ-ċangaturi, kif dejjem ingħad mill-anzjani tal-madwar? Jekk iva, qed isir xi xogħol partikolari biex dan il-qiegħ fil-fatt ikun priżervat sew?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Triq il-Pwales — xogħol fuq triq

Question

Billi jidher li l-Gvern qed juża l-parti ta' ġewwa ta' Triq il-Pwales (jew area ħdejha) bħala post fejn ipoġġi xi makkinarju u jidher li fil-fatt qed jitħalla xi materjal fit-triq in kwestjoni, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan il-materjal jitneħħa minn hemm? Jista' jieħu l-passi biex tiġi msewwija t-triq mill-ħsarat li saru fiha?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għammieri — studju fuq farm esperimentali

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il-ministeru tiegħu waqa' daqstant lura u falla f'dik li hija riċerka fil-farm esperimentali tal-biedja fl-Għammieri u dik li hija edukazzjoni fis-setturi tal-biedja u sajd matul dawn l-aħħar snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru illi r-riċerka fil-farm sperimentali tal-biedja la falliet u lanqas waqgħet lura għalhekk il-premessa tiegħu hija żbaljata. Ir-riċerka hija fuq bażi kontinwa bħal ma hi dik ta’ konservazjoni ta’ speċi differenti ta’ annimali u pjanti indiġeni, nutrizjoni ta’ l-annimali, tkabbir ta’ varjetajiet ta’ dwieli u produzzjoni ta’ nbid, tnissil ta’ rġejjen Maltin għall-produzjoni ta’ għasel u tnissil ta’ siġar tal-frott. Rigward il-livell tal-Edukazzjoni fis-settur Agrikolu, infakkar l-Onor Membru li dan il-Gvern waqqaf l-ewwel l-Istitut tal-Agrikoltura fi ħdan l-Università ta’ Malta minn fejn l-istudenti joħorġu b’Diploma jew b’Baċellerat fl-Agrikoltura. Infaakru wkoll li l-Gvern waqqaf il-fergħa Agribusiness Institute fi ħdan l-MCAST minn fejn l-istudenti joħrġu b’Diploma fl-Agrikoltura.

żvilupp tal-inoteka tal-tal-inbid

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il-ministeru tiegħu waqa' daqstant lura u falla f'dik li hija l-iżvilupp tal-inoteka tal-inbid li hemm fil-ġonna tal-Buskett matul dawn l-aħħar snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Ninforma l-Onor Membru li fil-limiti tal-ġonna tal-Buskett m’hemmx enoteka izda post qadim li snin ilu kien jintuża bħala winery. Il-ħsieb tal-Ministeru illum hu li jiżviluppa l-ewwel enoteka f’Malta, fil-Belt Valletta u mhux fil-winery il-qadima tal-Buskett.

Buskett — tal-Bagħal - iżvilupp tar-riabilitazzjoni tar-razzett

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex il-ministeru tiegħu waqa' daqstant lura u falla f'dik li hija l-iżvilupp tar-riabilitazzjoni tar-razzett magħruf bħala tal-Bagħal, fil-Buskett matul dawn l-aħħar snin?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Il-premessa tal-Onor Membru hija żbaljata. Jien infurmat li wara li saru surveys u pjanti saret applikazzjoni għall-fondi mill-EAFRD biex dan ir-razzett jiġi mibni u rrestawrat. Saret applikazzjoni mal-MEPA u anki ġie sottomess method statement għar-restawr tiegħu.

Valletta Waterfront — xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8647 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Kommunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux qiegħed isir monitoraġġ tax-xogħlijiet previsti skond il-kuntratt tal-Valletta Waterfront mill-Viset? Jekk fl-affermativ, x'xogħlijiet fadal li jsiru sabiex il-proġett ikun komplut kif previst fil-kuntratt?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Nitlob l-Onor Membru biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Salina, Is-Salini tal-Melħ u Kennedy grove — xogħol mistenni li jsir

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta hu mistenni li jitlesta ix-xogħol kollu li għandu bżonn isir (konxju li hemm ammonti kbar ta' xogħol li hu delikat) fl-inħawi ta' Tas-Salina, is-Salini tal-Melħ u Kennedy Grove? Kemm hu mistenni li jiswa dan il-proġett?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Kors ta' assessuri tal-Bini

Question

Jista' l-Ministru jagħti indikazzjoni dwar meta ħarġu l-applikazzjonijiet biex persuni Maltin ikunu jistgħu jagħmluha ta' assessuri tal-bini f'Malta u f'Għawdex? Meta sar il-kors relattiv? Kemm applikaw nies? Kemm temmew b'suċċess il-kors imsemmi? Meta hu mistenni li jerġa' jkun hemm kors ieħor u xi kwalifiki jrid ikollu min japplika għal dan il-kors?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li l-ewwel avviż għall-applikazzjonijiet għall-kors tal-assessuri dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija nħareġ fuq il-website tal-Ministeru fit-23 ta’ April 2009 filwaqt li fil-gazzetti sar fit-30 ta’April. Sa llum applikaw b’kollox 115-il persuna għal dan il-kors. S’issa tlestew żewġ korsijiet fejn attendew 28-il parteċipant u sar l-eżami ta’ dawk li ħadu sehem fl-ewwel kors. Ir-riżultat joħroġ dalwaqt. Matul Ġunju u Lulju ser isiru ħames korsijiet oħra fejn hu mistenni li ser jattendu 70 parteċipant ieħor. Wara s-sajf ser jerġa’ jiftaħ il-kors biex jinqdew dawk kollha li applikaw u li għadhom ser japplikaw. Il-kwalifiki li jrid ikollu minn japplika huma skond kif jidher fl-avviż legali 261 ta’ 2008.

individwi, kumpanniji u entitajiet — xogħol promozzjonali, edukattiv, ta’ brand identity jew publicity campaigns

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8703 u jippublika lista sħiħa u komprensiva ta’ dawk l-individwi, kumpanniji u entitajiet kollha li ingħataw xogħol promozzjonali, edukattiv, ta’ brand identity jew publicity campaigns b’xi mod relatati mal-Ministeru u id-dipartimenti u azjendi li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħek kemm b’public tender, fuq bażi ta' sempliċi konsulenza jew inkella bħala direct orders bejn l-1 ta' Diċembru, 2008 u l-15 ta' Mejju 2009?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

On Site — pubblikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8650 u jgħid kemm-il edizzjoni ta' l-On Site ġew ppublikati minn Mejju 2008 sal-lum? Kemm-il kopja ta' din il-pubblikazzjoni tiġi ipprintjata? Kemm tiswa flus, inkluż persentaġġ kull edizzjoni ta' On Site? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja tal-On Site li ġew ippubblikati minn Mejju 2008 sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li bejn Mejju 2008 u Mejju 2009 kienet ippubblikata edizzjoni waħda tal-magazine Onsite. Għal din l-edizzjoni ġew ippubblikati 10,000 kopja li swew €3,188.85. Qed inpoġġi fuq l-Mejda tal-Kamra kopja ta' din l-edizzjoni.

Diviżjoni tax-Xogħljiet Pubbliċi — fringe benefits ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-rwol tal-persuna li d-dettali tagħha qegħdin jingħataw separatament li ġie ingaġġat b'kuntratt mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi? X'inhuma l-fringe benefits li jgawdi minnhom? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt ta' din il-persuna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Jien infurmat li ma teżisti ebda persuna bl-isem indikat li hi ingaġġata mad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi.

MDC — Ex Ħaddiema - allowance - basic wage

Question

Jista' l-Ministru jgħid fejn jidħlu l-ex ħaddiema impressed li llum għadhom jaħdmu ma' l-Malta Development Corporation? Jikkonsidra l-Gvern li l-allowance imħallsa għat-truck tiġi inkluża mal-basic wage biex eventwalment dawn l-istess ħaddiema jkunu jistgħu jkollhom pensjoni ftit iktar diċenti minn dik li jkollhom fuq il-basic wage presenti?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Għammieri — raħħala reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jindika kemm fadal raħħala reġistrati mal-Għammieri f'Malta u f'Għawdex? Jista' jindika sena b'sena l-ammont ta' raħħala reġistrati minn Jannar 2004 sal-lum?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Produtturi tal-majjal — għajnuna mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3035 u cioè: fid-dawl tal-iskontentezza li qed tiddomina fil-pajjiż naxxenti minn sensazzjoni li l-gvern naqas bil-kbir li jżomm il-wegħdiet tiegħu mal-produtturi tal-majjal, jista’ l-Ministru jgħid xi pjan għandu il-gvern sabiex jgħin lil din l-industrija, meta l-istess gvern lejliet elezzjoni ipprometta u dikjara li l-prodotti Maltin huma fost l-aqwa kwalità li għandna fis-suq lokali u wkoll li l-prodotti friski għandhom valur aħjar ta’ nutrijenti minn dawk il-prodotti li jkunu importati?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Skuna Spanjola — Qbid tal-ħut

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4345 u jgħid x’kienet ir-raġuni li kontra kull direttiva ta' uffiċjali għolja fi ħdan id-Dipartiment tas-Sajd u kontra kull prassi, l-iskuna Spanjola li nstabet ħatja ġiet mogħtija lura l-qabda tal-ħut?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Tfaqqis u tkabbir ta' ħut

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 3612 u jgħid x’programm għandu għal ġejjieni biex skoperti ta’ tfaqqis u tkabbir ta’ ħut li r-ricerkaturi Maltin irnexxielhom jiksbu fiċ-Ċentru ta’ San Lucian f’ Marsaxlokk, irendi impatt kummerċjali? Jista’ jgħid kemm hu kalkulat iż-żmien li Malta tibda tkabbar b’mod kummerċjali ħut mfaqqas u mkabbar f’pajjizna?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Qbid tas-siċċ — regoli ġodda

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk iddaħħlux xi regoli ġodda li jikkontrollaw il-qbid tas-siċċ mill-art bl-użu ta' siċċa marbuta għaliex dan l-aħħar irċevejt numru ta' ilmenti minn persuni li qed jallegaw li twaqqfu milli jaqbdu s-siċċ b'dan il-mod? Jekk iva, meta ddaħħlu dawn ir-regolamenti u min qed jinfurzahom?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.

Pjazza ta' quddiem il-Parlament — Proġett ta' tisbiħ

Question

In vista tal-proġett tat-tisbiħ tal-Pjazza ta' quddiem il-Parlament, jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 8619 u 8365 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Infrastruttura, Trasport u Komunikazzjoni u li issa ġiet riferuta lilu u jindika: 1) fejn se jinżamm il-monument tas-Sette Giugno sakemm dan jitqiegħed biswit il-bini l-ġdid tal-Parlament; 2) jekk intlaħaqx ftehim għar-rilokazzjoni tal-karozzini u fil-każ fejn se jiġu rilokati dawn il-karozzini? 3) fejn se jiġu rilokati l-parkeġġi uffiċjali kollha (jiġifieri tal-Avukat Ġenerali, staff tal-Public Service Commission, staff tal-Parlament u l-membri tiegħu u oħrajn)?

Response (PULLICINO, GEORGE)

Risposta tingħata f’xi seduta oħra.