Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ix-Xemxija – Żona tal-Fekruna – attenzjoni u tindif

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-post/żona (wesgħa pubblika) magħrufa bħala l-Fekruna li jinsab fil-limit tax-Xemxija jingħata l-attenzjoni xierqa billi jitneħħa l-periklu li hemm u possibbilment jitnaddaf u jkun jista’ jitgawda mill-pubbliku?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar li ż-żona tal-Fekruna hi vasta ħafna. Il-parti miż-żona tal-Fekruna magħrufa bħala x-Xagħra tal-Kortin Sit Natura 2000 hija regolata b’ Conservation Order Regulation 17, u tinsab taħt il-ħarsien ta’ Ambjent Malta. Il-Kunsill qiegħed f’diskussjonijiet ma’ Ambjent Malta sabiex jitnaddaf il-post u jsir embellishment taż-żona skont il-Conservation Order. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal xi parti oħra, ġentilment mitlub ikun aktar speċifiku fil-mistoqsija tiegħu.

Libreriji Pubbliċi — xiri ta' kotba

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba mil-Libreriji Pubblici minn Jannar sa Novembru 2020? Jista’ jindika ukoll kemm kienu bil-lingwa Franċiza u Taljana?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li sal-aħħar t’Ottubru inxtraw 10,661 ktieb, inkluż ebooks. Minn dawn kien hemm ħdax-il ktieb bil-lingwa Taljana. Ma kienx hemm xiri ta’ kotba bil-lingwa Franċiża.

Kunsilli Lokali f’Għawdex – ħaddiema taħt l-iskema tal-Community Work Scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt l-iskema tal-Community Work Scheme assenjati ma’ kull wieħed mill-Kunsilli Lokali f'Għawdex? Jista’ jgħid x’qed jagħmel kull wieħed minn dawn il-ħaddiema ma’ kull Kunsill u kemm ilu assenjat kull ħaddiem ma’ dan il-Kunsill?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Librerija Pubblika u l-Arkivji Pubbliċi ta’ Għawdex — Aċċessibilità

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 14721 li ngħatat fil-18 ta' Mejju 2020, jista’ l-Ministru jgħid xi progress sar biex il-Librerija Pubblika u l-Arkivji Pubbliċi ta' Għawdex isiru iktar aċċessibbli peress li bħalissa dawn mhux aċċessibbli kemm għall-anzjani kif ukoll għall-persuni b’diżabilità?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Marsalforn – Triq Santa Marija – xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega għala x-xogħlijiet li qed isiru mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ, Għawdex fi Triq Santa Marija, Marsalforn fuq ir-riħ tal-breakwater ilhom weqfin għal bosta xhur u meta hemm ħsieb illi jitkomplew u jitlestew?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali taż-Żebbuġ li wara li ġie mħammel is-sit inqalgħu xi problemi tekniċi u l-Kunsill talab biex isir survey tal-blat. Kif il-Kunsill ikollu f’idejh is-survey ser jitkompla x-xogħol skont l-offerta u fl-iqsar żmien possibli.

Iż-Żejtun – Hub tal-Posta fi Triq id-Duluri — trasferiment

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’passi qed jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti dwar il-ħafna ilmenti li qed ikun hemm minn residenti ta’ Triq id-Duluri ġewwa ż-Żejtun in konnessjoni mal-hub tal-posta ġewwa din it-triq, peress li dawn l-ilmenti qed ikunu ta’ spiss u b’mod frekwenti minħabba l-istorbju li jirriżulta minħabba l-ħidma kontinwa u ma taqta’ xejn 24 siegħa kuljum li ssir ġewwa dan il-hub tal-Posta li hemm f’din it-triq? Filwaqt li wieħed jifhem in-neċessità li jkun hemm din l-attività kontinwa lejl u nhar minħabba n-natura tax-xogħol, wieħed ma għandux jinsa li din hija żona residenzjali u mhux industrijali u għaldaqstant l-interessi tar-residenti għandhom jiġu l-ewwel u qabel kollox, jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjanijiet min-naħa tal-awtoritajiet sabiex jibdew it-taħditiet mal-management tal-kumpanija li tmexxi s-servizzi postali f’Malta bl-iskop li tinstab soluzzjoni dejjiema għal din il-problema? Jista’, permezz tal-awtoritajiet konċernati flimkien mal-management tal-kumpanija postali jistudjaw u jesploraw il-possibilità u l-fiżibiltà li dan il-hub jiġi mmexxi għal xi żona industrijali li tinsab fil-viċin bħaż-żona industrijali ta’ Bulebel fiż-Żejtun u ġaladarba jidher li diġà ġie deċiż li s-servizz tal-counter se jimxi għal pjazza ewlenija taż-Żejtun fejn qabel kien hemm il-fergħa tal-Mid-Med Bank?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Birżebbuġa – Fortizza ta’ Bengħajsa — restawr

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk l-Awtoritajiet għandhomx ippjanat li jieħdu lura f’idejhom il-pussess tal-Fortizza ta’ Bengħajsa ġewwa Birżebbuġa u jibdew jieħdu ħsieb u jirrestawraw din il-binja militari tal-perjodu tal-Imperu Ingliż hekk importanti u dan peress li din hija binja militari u rridu li nippreservawha u nipproteġġuha għall-ġenerazzjoni futuri?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Tas-Silġ – Fortizza — pjanijiet

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk l-Awtoritajiet għandhomx ippjanati li jagħmlu xogħol ta’ restawr u manutenzjoni fuq il-ħitan ta’ barra u s-swar tal-fortizza ta’ Tas-Silġ li hemm ġewwa ż-żona ta’ Tas-Silġ ġewwa Delimara, Marsaxlokk? Peress li hu ovvju li l-NGO li hemm tokkupa dan il-post bħalissa, li xogħolha hu li tieħu ħsieb u tikkura l-annimali, ma għandix il-finanzi u r-riżorsi sabiex tara li dawn ix-xogħlijiet ta’ tiswijiet u restawr taħt meħtieġ isiru, għaldaqsant jista’ jara li l-Awtoritajiet konċernati jaraw li jieħdu ħsieb li dawn it-tiswijiet u dan ix-xogħol ta’ restawr isir mill-aktar fis possibbli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar — sinjali tat-traffiku ħdejn l-Iskola tal-Qawra

Question

Jista’ l-Ministru jara li s-sinjali tat-traffiku li huma meħtieġa li jsiru mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jew minn xi entità oħra governattiva fiż-żona tal-Iskola Primarja fil-Qawra jsiru mill-aktar fis possibbli u dan fl-interess ta’ dawk kollha li jiffrekwentaw din iż-żona primarjament it-tfal, il-qraba tagħhom, ir-residenti kif ukoll il-ħaddiema kollha li jaħdmu f’din l-iskola?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat li wara diskussjonijiet li saru bejn il-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, il-Kulleġġ Maria Reġina u l-amministrazzjoni tal-Iskola l-ġdida tal-Qawra inħadem pjan tal-immaniġjar tat-traffiku fiż-żona. B’mod immedjat il-Kunsill talab is-servizz tal-Perit, sabiex jiġi koordinat ix-xogħol u jsiru l-applikazzjonijiet neċessarji má Transport Malta.

Il-Mellieħa — skeda ta' knis ta' toroq u qtugħ ta' ħaxix

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda tal-ġranet u l-ismijiet tat-toroq meta suppost isir il-knis fit-toroq u qtugħ ta’ ħaxix fil-lokalità tal-Mellieħa?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

San Pawl il-Baħar — skeda ta' knis ta' toroq u qtugħ tal-ħaxix

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-iskeda tal-ġranet u l-ismijiet tat-toroq meta suppost isir il-knis fit-toroq u qtugħ ta’ ħaxix fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.

Restawr ta’ bini li huma proprjetà tal-Knisja f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid x’mezzi, skemi jew riżorsi jeżistu biex bini antik fil-proprjetà tal-knisja f'Għawdex jiġi restawrat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat illi aktar kmieni din is-sena, id-Direttorat tar-Restawr, b’kollaborazzjoni mal-Arts Council Malta, nieda skema li permezz tagħha NGOs b’koperazzjoni má parroċċi f’Malta u Għawdex ikunu jistgħu japplikaw għall-fondi biex isir restawr fil-parroċċa tagħhom. Fil-fatt, taħt din l-iskema, din is-sena bbenefikat il-parroċċa tax-Xewkija.

Kunsilli Lokali li bbenefikaw minn fondi Ewropej

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kunsill lokali bbenefikaw minn fondi Ewropej u liema huma?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ġejt infurmat li matul is-snin 2017 u 2019 kien hemm 46 Kunsill Lokali li bbenefikaw minn 89 proġett relatati ma’ Fondi tal-Unjoni Ewropea. Il-valur totali tal-proġetti huwa ta €15,935,830.21 li minnhom €13,949,421.61 kienu ffinanzjati mill-imsemmijja fondi. Għaldaqstant qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabells l-informazzjoni mitluba.

Xatt ta' Birżebbuġa — ħut mill-fishfarms li qed jinstab mejjet

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li qed jinstab ħut tal-fishfarms mejjet max-Xatt ta' Birżebbuġa, u għaldaqstant jista’ jispjega x'qed isir biex din il-problema tiġi indirizzata?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ BirŻebbuġa li fil-preŻent m’għadux jinstab ħut mejjet max-Xatt ta’ BirŻebbuġa.

Trasferiti ta’ partiti tal-mużika lil pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 16308 u 15122 u jgħid jekk il-kundizzjonijiet kif kontenuti fl-Att Pubbliku tat-13 ta’ Ottubru 1988 li fih ġew trasferiti lil pajjiżna l-partiti tal-mużika komposta mill-Maestro li d-dettalji dawru qed jingħataw separatament, huwiex qiegħdin jiġu debitament osservati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-informazzjoni miġbura ninsab infurmat illi l-partiti tal-mużika tal-Maestro Carmelo Pace jinsabu miżmumin fl-arkivji tal- Orkestra Filarmonika Nazzjonali. Ninsab infurmat ukoll illi t-Teatru Manoel u l-Orkestra qed jesploraw il-possibilitá li l-opri ġentilment mogħtija mill-Maestro Pace lill-Istat jittellgħu.

PBS – Chairman u CEO – nefqa fuq safar u lukandi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm nefqu f’safar u lukandi, iċ-Chairman u s-CEO tal-PBS sena b’sena mill-2015 sal-lum?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.

Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Kultura – nefqa fuq reklamar u marketing

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra rendikont tal-ispiża ta' marketing u reklamar li ntefqet mill-2013 sal-lum, ma’ liema media houses jew production houses intefqu, bl-ammonti għal kull sena u jekk kenux reklamar fuq TV, print, stampar, internet jew radju jew stampar ta' materjal ta’ marketing?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għada qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra.

Birżebbuġa — skatepark - cameras

Question

B' referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 17033, fejn għamel referenza għal kameras ta' sorveljanza li hemm installati ġol-iskatepark ta' Birżebbuġa, jista' l-Ministru jara li jiġu installati wkoll kameras ta' sorveljanza fejn l-iskatepark biex tkun issorveljata l-area mill-atti vandali li jsiru ta' sikwit?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Bir¿ebbuġa illi l-cameras li hemm installati diġa, jiċċirkondaw l-area tal-madwar minn kull angolu.

Bighi – Smoking room

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jittieħdu sabiex dik li qabel kienet l-Ismoking Room f’Bighi tiġi kkurata u restawrata billi issa sejra ferm iktar lura?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li għalkemm ix-xogħol ta’ restawr u snajja oħra fuq l-iSmoking Room jew Smoking Shed f’Bighi bħalissa wieqaf minħabba prijoritajiet oħra tal-aġenzija, f’Ottubru 2019 saru xi interventi strutturali sabiex ix-Shed tiġi ssudata u ma tkomplix sejra lura.

PBS – Chairman u CEO – nefqa fuq hospitality u restaurants

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont dettaljat ta’ kemm nefqu f’hospitality u f’restaurants, iċ-Chairman u s-CEO tal-PBS sena b’sena mill-2015 sal-lum?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.