Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm applikazzjonijiet li ġejjin minn persuni b'diżabilita' li joqogħdu fid-dar fil-kommunita' u jixtiequ li jibdew jattendu fl-Adult Training Centres? Kemm daħlu fl-ATCs minn dawn il-persuni b'diżabillita' f'dawn l-aħħar sentejn?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li hemm 54 persuna li joqgħodu fid-dar fil-komunita' li jixtiequ jattendu ċ-Ċentri ta' Matul il-Jum għall-Persuni b'Diżabilita'.
Ninsab informat ukoll li f'dawn l-aħħar sentejn daħlu 12-il persuna minn din il-kategorija f'dawn iċ-Ċentri.
Billi minn din is-sena sar possibli li persuna tieħu l-pensjoni u tibqa' taħdem mingħajr ma titlef xejn mill-pensjoni tagħha, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hawn talbiet biex dawk li għalqu l-61 sena jibqgħu jaħdmu, jekk kellhom għalfejn jagħmlu tali talbiet?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li dawk il-persuni li kienu diġa’ qed jirċievu pensjoni tas-Sigurta’ Soċjali għall-irtirar u reġu bdew jaħdmu wara l-5 ta’ Jannar 2008 ma kellhom bżonn jagħmlu ebda talba biex ma jitilfux il-pensjoni.
Ninsab infurmat li mill-2,474 persuna li applikat għall-pensjoni għall-irtirar, bejn l-1 ta’ Jannar u l-aħħar ta’ Ġunju 2008, 2,054 kien għadhom jidhru li kien għadhom jaħdmu.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kollaborazzjoni teżisti bejn l-ETC u l-OHSA biex jiġi assigurat li s-sigurta' fuq il-post tax-xogħol b'mod partikolari fuq siti ta' kostruzzjoni, fabbriki u lukandi tkun dejjem ta' l-ogħla livell?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-kollaborazzjoni bejn il-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħrig u l-Awtorita dwar is-Saħħa u Siġurta’ fuq il-Post tax-Xogħol priċipalment tikkonsisti f’ taħriġ, fil-qasam ta’ saħħa u sigurta’ fuq il-postijiet tax-xogħol, mogħti mill-Awtorita’ kemm lill-impjegati tal-Korporazzjoni kif ukoll lill-parteċipanti ta’ skemi organizzati mill-Korporazzjoni.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1332 u jgħid jekk hemmx carers privati li qegħdin jagħtu servizz fl-Isptar Monte Carmeli? Jekk fl-affermattiv, x'inhu n-numru ta' dawn il-carers u kemm jitħallsu għax-xogħol tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li hemm 24 carers privati li qed jagħtu servizz fis-swali ta' l-Isptar Monte Carmeli u s-Psychiartric Unit ta' l-iSptar Mater Dei. Dawn huma imqassmin hekk :-
Sala tan-nisa 2 - 2
Sala tan-nisa 7 - 1
Sala tan-nisa 3b - 1
Sala St.Jeanne Antide - 6
Psychiatric Unit (MDH) - 2
Qormi Day Centre - 2
Qormi Health Care - 1
Psychiatric Out Patients - 4
Cospicua Day Centre - 2
Office of Community Manager - 1
OT Department - 2
Informat ukoll li dawn il-carers jitħallsu bir-rata ta' 5.45euro kull siegħa fost il-ġimgħa u 8.81euro fil-Ħdud u festi.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1312 li oriġinarjament saret lill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid fiex waslet l-inkjesta dwar id-900 bieb mixtrija extra għall-iSptar Mater Dei ? Jekk din ġiet konkluża, x'kien l-eżitu tagħha?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li qatt ma saret inkjesta dwar id-900 bieb mixtrija għall-iSptar Mater Dei. Spjegazzjoni dwar dan il-każ kienet ingħatat permezz ta’ Press Release maħruġa fil-5 ta’ Ottubru 2004.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn tobba jaħdmu mal-Gvern full time u mingħajr part time jew xogħol privat ieħor? Xi grad għandhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li fl-iSptar Mater Dei ma jinżammux records jekk it-tobba minn grad ta' Senior Registrar 'l isfel jagħmlux xogħol privat jew part-time. It-tobba fil-grad ta' konsulent iffirmaw kuntratt ġdid matul din is-sena. Jekk wieħed ikun għażel li jiffirma l-Kuntratt A dan ifisser li jkun għażel ma jaħdimx part-time jew fil-privat, filwaqt li min iffirma il-kuntratt B dan ikun għażel li jaħdem part-time jew privat.
Ser inpoġġi tabella fuq il-Mejda tal-Kamra li turi n-numri ta' tobba skond il-grad tagħhom, kif ukoll in-numru ta' Konsulenti li għażlu Kuntratt A jew B.
Informat ukoll li fid-Diviżjoni tas-Saħħa n-numru ta’ tobba li jaħdmu mal-Gvern u mingħajr Part-Time huma 9. Dawn it-tobba huma fil-grad ta’ konsulenti.
Informat li fid-Dipartiment għall-Anzjani u Kura fil-Komunita’ t-tobba li jaħdmu
full-time
u mingħajr part-tim
e
jew xogħol privat ieħor huma :
1
SENIOR REGISTRAR
2
REGISTRAR
4
SENIOR HOUSE OFFICER
5
MEDICAL OFFICER
4
CONSULTANT GERIATRICIAN
L-informazzjoni dwar l-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex tista’ tinkiseb mill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li qegħdin jistennew li jsirilhom xi intervent kirurġiku llum? X'tip ta' operazzjoni qed jistennew kull wieħed?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iridu jdumu jistennew pazjenti biex isirilhom appuntament ma' kull konsulent li qed jaħdem fl-Isptar Mater Dei? X'inhi l-ispeċjalita' ta' kull konsulent inkwestjoni?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm swali ta' l-operazzjonijiet fl-iSptar Mater Dei? Kemm minn dawn qed jintużaw? Għaliex mhux qed jintużaw kollha?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fl-iSptar Mater Dei hemm 25 sala ta’ l-operazzjonijiet u sala oħra li tuntuża għal-Labour Ward. Bħalissa qed jintużaw bejn 13 u 15 il-sala kuljum. Il-Labour Ward Theatre jintuża kuljum skond il-bżonn.
Ta’ min ifakkar li l-għan primarju wara l-migrazzjoni ta’ l-isptar kien li nimxu għal-sevizz aħjar u mhux għal tkabbir. Iżjed swali ta’ l-operazzjonijiet ikunu jistgħu jinfetħu malli jkun hemm il-
personnel
neċessarju bħal
nurses,
support
staff
u impjegati fi gradi oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1350 u jgħid x'tagħrif għandu l-gvern dwar diżugwaljanza li għadha teżisti fuq il-post tax-xogħol għan-nisa f'dak li għandu x'jaqsam ma' livell ta' dħul u kundizzjonijiet oħra ta' xogħol? X'differenza hemm fis-salarji bejn irġiel u nisa għall-istess xogħol u fl-istess grad?
Response (DALLI, JOHN)
Fis-settur pubbliku, is-salarji huma bażati fuq sistema ta’ skali u gradi u għalhekk kull impjegat fl-istess grad u skala jirċievi l-istess salarju irrispettivament jekk hux mara jew raġel.
Għal dak li jirrigwarda s-settur privat, ninsab infurmat li t-tagħrif dwar il-
gender pay gap
joħrog mill-
Labour Force Surveys
ippubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1058 u cioe': B'referenza għat-tweġiba mogħtija għal mistoqsija parlamentari 785, jista' jgħid kemm saru visti fid-dajr mid-diversi terapisti skond it-tliet kriterji msemmija matul Mejju 2008?
Matul Mejju 2008, kemm kien hemm talbiet għal trasport minn pażjenti li ġew eżaminati minn:
i) Dieticians
ii) Occupational Therapists
iii) Physcotherapists
iv) Optometrists
v) Speech Therapists
vi) Chiropodists
fiċ-ċentri tas-saħħa u fl-isptarijiet tal-gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li matul Mejju 2008 saru 147 visti fid-djar ta’ pazjenti mid-diversi terapisti li jaħdmu fis-servizzi kollha tas-saħħa.
Matul l-istess perjodu kien hemm 142 talba għal trasport minn pazjenti li ġew eżaminati minn xi kategorija ta’ impjegati elenkati mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 803 u jgħid kemm hemm mediċini li għadhom jiġu manifatturati li kienu jiġu mpurtati f'pajjiżna fl-2006 u li ma baqgħux fl-2007? Kemm minn dawn kienu jiswew anqas minn €7 (Lm3) kull pakkett? Kemm minn dawn qed jiġu provduti mill-ispiżeriji tal-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li mill-2005 sallum kien hemm 29 prodott li ġew itirati mis-suq Malti mill-“marketing authorization holders”. Kien hemm prodott wieħed biss li ġie rtirat mis-suq Malti u li l-Gvern qed jixtrih minn sorsi oħra barra l-pajjiż.
Dwar prezzijiet tal-medicini nitlob l-Onor Interpellant jagħmel id-domanda lil Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid fhiex jikkonsisti l-ftehim li hemm bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ingliż li jwassal assistenza medika reċiproka liċ-ċittadini taż-żewġ pajjiżi? Kemm qed jiswa dan il-ftehim lill-ispiża pubblika? Kemm hu l-valur ta' servizzi relevanti (mediċi/kirurġiċi) li qed jirċievu l-Maltin fir-Renju Unit?
Response (DALLI, JOHN)
Informat li l-ftehim reċiproku li hemm bejn il-Gvern Malti u l-Gvern Ingliż jipprovdi għall-kura b’xejn ta’ persuni mir-Renju Unit li huma residenti jew turisti f’Malta u għall-kura b’xejn ta’ persuni Maltin li jkunu qegħdin fir-Renju Unit bħala turisti. Il-ftehim jipprovdi wkoll għall-kura b’xejn kull sena ta’ 180 pazjenti Maltin fir-Renju Unit li jingħataw kura specjalizzata li ma ssirx f’Malta.
Il-Gvern jalloka madwar €1 miljun kull sena għal spejjeż konnessi ma’ safar u kura ta’ pazjenti barra minn Malta (vide Estimi Health, Programmes & Initiatives Vote Recurrent 39, Item 5055).
Informat ukoll li dwar it-tielet parti tal-Mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din l-informazzjoni ma tistax tingħata peress li jintbagħtux kontijiet mir-Renju Unit.
Jista' l-Ministru jgħid x'somma daħħal il-Gvern minn għajnuna medika/kirurġika mogħtija fl-isptarijiet jew polikliniċi Maltin lil ċittadini barranin li m'humiex intitolati għal din l-għajnuna b'xejn, fl-2005, 2006, 2007 u l-ewwel erba' xhur ta' din is-sena?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba hija kif jidher hawn taħt:
SENA
€
LM
2005
€ 575,418.12
Lm247,027.00
2006
€ 608,022.36
Lm261,024.00
2005
€ 467,682.27
Lm200,776.00
Jannar - April 2008
€ 272,088.00
Lm116,807.37
TOTALI
€ 1,923,210.75
Lm825,634.37
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' single parents kull sena mill-1998 'l hawn li kienu qed jibbenefikaw minn xi forma ta' għajnuna soċjali eċċ?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 739 u jara li jkun hemm nurses fl-Adult Training Centre ta' Ħal Far minħabba li qed ikun hemm numru ta' problemi marbuta ma' tqassim ta' pilloli minħabba li l-carers ma jistgħux jagħmlu x-xogħol ta' nurse anke minħabba l-fatt li mhumiex kwalifikati għal dan ix-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’diżabilita’ bħalissa hemm nurse full-time u qed jinxtara s-servizz ta’ nursing għal sittax il-siegħa oħra fil-ġimgħa kif ukoll servizz ta’ erbgħin siegħa oħra ta’ health assistant.
Dawn is-servizzi huma disponibbli għaċ-Ċentri kollha, inkluż dak ta’ Ħal Far, skond il-bżonn. Dwar it-tqassim tal-pilloli, ninsab infurmat li, fejn ikun hemm bżonn, dan isir mis-
Support Workers/Carers
taħt is-supervizjoni tal-Kap taċ-Ċentru rispettiv.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 890 u cioe' : B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 74 dwar il-waiting list f'ċertu operazzjonijiet u l-istess dikjarazzjoni fit-tweġiba, jista' jgħid x'inhuma l-passi li l-gvern beħsiebu jieħu fiż-żmien li ġej?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 865.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru aċċidenti fuq il-postijiet tax-xogħol matul is-sena 2007? Kemm min dawn kienu fatali? Kemm minn dawn il-vittmi kienu żgħażagħ taħt is-16-il sena? Kemm saru spezzjonijiet mill-esperti tas-saħħa u siġurta' fuq il-post tax-xogħol matul l-istess sena? Kemm sabu ħaddiema li ma kenux libsin ilbies protettiv? Kemm sabu ħaddiema jaħdmu bi prattika mhux rakkmandata fejn tidħol is-sigurta' tal-ħaddiema fuq il-post tax-xogħol?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li matul l-2007 kien hemm 4,386 rapport ta’ korriment fuq il-post tax-xogħol, li minnhom 7 kienu fatali. Ebda wieħed mill-inċidenti fatali ma kien jinvolvi persuni taħt is-16-il sena
Ninsab infurmat ukoll li, matul is-sena l-oħra, saru 1,274 spezzjoni mill-uffiċjali ta’ l-Awtorita’ għas-Saħħa u Sigurta’ fuq il-Post tax-Xogħol. Ma tinżammx statistika kif mitluba fl-aħħar żewġ partijiet tal-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tqassmu siringi lil ċittadini bil-vizzju tad-droga mill-health centres bejn Jannar u Diċembru 2007? Jista' jagħti lista ta' kemm tqassmu siringi lokal b'lokal? Kemm hija l-ispiża globali ta' dawn is-siringi?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li n-numru ta’ siringi li tqassmu miċ-ċentri tas-saħħa lil persuni bil-vizzju tad-droga matul is-sena 2007 huwa kif jidher fit-tabella li ser inpoġġi fuq il-Mejda ta-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Gvern biex fl-iSptar Mater Dei jiġu nstallati sistemi li jagħmlu użu mill-enerġija alternattiva?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab informat li l-binja ta’ l-iSptar Mater Dei tinkludi numru ta’ Environmental Friendly Features, kif jidher fil-lista ta’ hawn taħt:
· Użu ta’
Building Management System
komputeriżżat, b’aktar minn 13,000
input/output points
u
field devices
għal immaniġġjar efficjenti tas-sistema ta’ ventilazzjoni u arja kundizzjonata,
·
Power Factor Correction
Units
li huma mqabbda ma’
low voltage
Switchgear
,
· Użu ta’ ħġieġ
double glazed
(thermal insulation),
· Użu ta’ lampi
energy saving
u
electronic ballasts
għal tubi florexxenti.
· Numru sostanzjali ta’
motion sensing detectors
biex id-dwal jinxtelu u jintfew awtomatikament mal-moviment tal-persuna,
·
Thermal insulation
u
Acoustic Attenuation
fil-ħitan ta’ ġewwa,
· L-użu ta’
water cooled chillers
li jipprovdu
pre-heating
ta’ l-ilma domestiku. Dan inaqqs il-load minn fuq il-b
oilers
u konsegwentement inkun hemm tnaqqis fil-konsum tal-fuel,
· L-
areas
kollha għall-użu tal-pazjenti huma mibnija fuq in-naħa tat-Tramuntana ta’ l-isptar. B’hekk jitnaqqas l-effett ta’ temperaturi gholjin fis-sajf,
· L-apparat ta’ ventilazzjoni huwa mgħammar
b’heat recovery units
,
· Madwar 270
electronic motor variable speed drivers
jintużaw biex jirregolaw l-ispeed ta’ muturi li jaħdmu bl-elettriku (fannijiet u lampi). B’hekk jitnaqqas il-konsum ta’ l-enerġija,
· L-ilma tax-xita jinġabar biex jintuża għall-irrigazzjoni u użi oħra,
· Jigi riciklat il-
Grey Water
(bħal ilma li jintrema minn xi sinkijiet) u jintuża għall-irrigazzjoni.
Informat ukoll li bħalissa il-Management ta’ Mater Dei qiegħed jesplora il-possibilita ta’ l-użu ta’ sorsi ta’ enerġija alternativa bħal riħ, sħana u dawl tax-xemx. Fix-xhur li ġejjin ser isir
feasibility study
dwar l-integrazzjoni ta’ dawn is-sorsi alternattivi mas-sistemi ezistenti.