Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema huma l-konvenzjonijiet internazzjonali marbuta mal-qasam marittimu li Malta għad trid tirratifika? Kemm ilhom pendenti biex jiġu ratifikati dawn il-konvenzjonijiet? Liema minn dawn il-konvenzjonijiet hu mistenni li jiġu ratifikati fil-futur qarib?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sa llum Malta rratifikat 38 konvenzjoni internazzjonali marbuta mal-qasam marittimu adottati minn aġenzji tal-Ġnus Magħquda, primarjament mill-Organizazzjoni Internazzjonali Marittima (IMO) u mill-Organizazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO). Hemm numru ieħor ta’ konvenzjonijiet li għadhom ma ġewx ratifikati minn Malta fejn dawn qatt ma ddaħħlu fis-seħħ jew li ġew adottati riċentament. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ konvenzjonijiet li Malta għad trid tirratifika. Tajjeb li wieħed isemmi li matul l-ewwel nofs ta’ din is-sena diġa ġew adottati żewġ konvenzjonijiet internazzjonali. Id-Direttorat tal-Bastimenti Merkantili fi ħdan Transport Malta bħalissa għaddej b’xogħol li ser iwassal għar-ratifika ta’ konvenzjonijiet oħra marbuta mal-qasam marittimu fosthom, il-Konvenzjoni ta’ l-2006 Dwar ix-Xogħol Marittimu, iffirmata f’Ġinevra fit-23 ta’ Frar 2006, Annessi IV u VI tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar it-Tħaris mit-Tniġġis li jsir minn Bastimenti ffirmata f’Londra fit-2 ta’ Novembru, 1973 u l-Protokoll tal-2003 mal-Konvenzjoni Internazzjonali tal-1992 dwar it-twaqqif ta’ Fond Internazzjonali għall-Kumpens għal Ħsara mit-Tniġġis biż-Żejt, iffirmat f’Londra fis-16 ta’ Mejju 2003.
Jista' l-Ministru jgħid minn meta sejra titwaqqaf milli titħallas il-liċenzja tat-tv, iktar u iktar meta llum hawn diversi nies li mhux qed jagħmlu użu mill-aerial tradizzjonali u qed jużaw mezzi iktar moderni biex jaqbdu l-istazzjonijiet favoriti tagħhom?
Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta — informazzjoni rigward il-vetturi
Question
JIsta' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' kontrol isir mill-vettura (jew vetturi) li għandha l-Awtorità tal-Komunikazzjoni ta' Malta għal dak li jikkonċerna l-preżenza ta' trasmissjonijiet li jaqbżu l-limitu permess mil-liċenzji li tkun ħarġet l-istess awtorità? Il-vettura/vetturi huma armati b'antenni speċjali biex ikejlu l-frekwenzi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li għal dak li jikkonċerna l-presenza ta’ trasmissjonijiet li jaqbżu l-limitu permess mil-liċenzji li tkun ħarġet l-awtorità, it-tip ta’ kontroll li jsir mill-vettura huwa dak ta’ moniteraġġ għal trasmissjonijiet fuq il-frekwenzi ikkonċernati. Kejl aktar fid-dettal, isir permezz ta’ apparat mobbli li jista' jinġarr minn persuna – anke għall-fatt li ammont sostanzjali ta’ dan it-tip ta’ kejl fid-dettall, isir minn fuq bjut u nħawi ohra li normalment ma jkunux aċċessibli għall-vetturi.
Jien infurmat ukoll li l-awtorità għandha vetturi li huma mgħammra b’apparat speċjalizzat li jaqra l-frekwenzi kif ukoll ikejjel il-livell ta’ l-emissjonijiet li jkunu qed jiġu trasmessi fuq dawn il-frekwenzi.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20916, jista' l-Ministru, flimkien mal-Ministru tal-Finanzi, li hu responsabbli mill-Korporazzjoni Enemalta u l-Gozo Channel, filwaqt li l-Ministeru għall-Infrastruttura hu responsabbli minn Transport Malta jikkoordinaw dak kollu neċessarju biex l-street lighting li qed nagħmel referenza għalih u li jinsab fuq diversi arbli (mhux enumerati) madwar l-area tal-port minfejn jopera l-vapur t'Għawdex jiġi navigat ukoll qabel jitlesta x-xogħol kollu marbut mat-terminal?
Response (GATT, AUSTIN)
Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li fejn għandu x'jaqsam madwar l-area tal-port, it-tweġiba tinsab fir-risposta li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 20457.
Rigward il-parti l-oħra tal-mistoqsija, nassigura lill-Onor. Interpellant li qabel jitlesta x-xogħol kollu marbut mat-terminal issir il-koordinazzjoni kollha li hemm bżonn.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20864 li oriġinarament saret lill-Ministru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid għal kemm żmien ingħata l-kuntratt lill-kumpanija, li dettalji tagħha qed jingħataw separatament għal kuntratti pubbliċi? Jista' jgħid jekk fit-terminazzjoni ta' dan il-ftehim mal-persuna attwali, hux se jinħareġ tender liberalment għal kulmin hu interssat? Jista' jgħid jekk hux qed titħallas kera minn din il-kumpanija għall-postijiet pubbliċi li hija qed tokkupa? Jista' jgħid min qed iħallas lill-ħaddiema tal-Gvern li jagħmlu xogħol għal din il-kumpanija privata? Jista' jgħid jekk il-Gvern jafx kemm qed idaħħal din il-kumpanija privata minn din l-attività? Jista' jgħid kemm qed idaħħal il-Gvern minn dan il-ftehim ma' din il-kumpanija privata? Jista' jgħid jekk din il-kumpanija tagħtix stima minn qabel ta' kemm bejn wieħed u ieħor ikun se jiġu jiswew ir-riċerki fil-mument li jkunu ordnati jew ftit wara, ħalli dak li jkun ikun jista' jirregola ruħu dwar l-ordni tiegħu?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Onorevoli Interpellant huwa mgħarraf li ma hemm l-ebda ftehim fis-seħħ ma xi kumpanija privata biex isiru r-riċerki billi dak il-ftehim li kien hemm għalaq u ma hemm l-ebda ħsieb li dan ix-xogħol jerġa jingħata lil privat.
ll-ftehim oriġinali kien ingħata għal 10 snin. Ma l-għeluq ta’ dan il-ftehim, u wara perjodu qasir ta’
‘handing over’,
is-servizz beda jingħata minn impjegati tal-Gvern. Il-propjeta fejn kienu jiġu maħżuna d-dokumenti u li minna kien jingħata s-servizz qabel mill-kumpanija msemmija issa wkoll reġa għadda għand il-Gvern li qed juża din il-propjeta għall-istess skop.
Il-ħaddiema li qed jagħmlu r-riċerki qed jaħdmu għal Gvern u mhux għal xi kumpannija privata u għalhekk qed jitħallsu mill-Gvern stess u l-qliegħ li qed isir huwa tal-Gvern u mhux qed imur għand xi kumpanija privata. Rigward jekk tingħatax stima ta’ kemm ser tiġi tiswa riċerka, huwa possibli li din tintalab u meta jiġri dan il klijent jiġi infurmat u mitlub jekk jixtieqx jikkonferma l-ordni jew le.
It-Tariffi ta’ kemm jiswew ir-riċerki huma rregolati mit-Taqsima Ċ fl-Ewwel Skeda li tinsab ma’ l-Att dwar ir-Reġistru Pubbliku u mill-Avviż Legali 278 tal-2010.
Rapporti ta' liema huma toroq imkissrin madwar Malta u Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk għandux rapporti f'idejh ta' kemm hemm u liema huma t-toroq li hemm imkissrin madwar Malta u Għawdex kollu? Jista' jgħid kemm għandhom toroq imkissra u ta' liema persentaġġ ta' tkissir huma kull belt u raħal f'Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena kemm kienet f'ċifra ta' flus globali s-somma li tħallset f'dawk li huma registration fees u taxxi oħra relatati mal-importazzjoni tal-karozzi second hand? Jista' ukoll jipprovdi l-istess informazzjoni għal dawk li huma karozzi ġodda fl-istess perjodu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar u l-aħħar t'Ottubru 2010, l-ammont globali ta' registration fees u taxxi fuq karozzi second hand kien ta' 17,694,286.00 Ewro, filwaqt li l-ammont globali miġbur fuq karozzi ġodda kien ta' 13,546,942.00 Ewro.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20910, billi l-pjanti li għandu l-Land Registry jikkonċernaw l-iżviluppi li seħħew fil-bini u li l-Maltin ikollhom bżonnhom biex jirreġistraw l-artijiet tagħhom, biex jimlew formoli tas-suċċessjoni, għall-formoli tal-banek, fost l-oħrajn, u l-informazzjoni fuq il-pjanti għand il-Land Registry (dawk li jinxtraw bi €2.33) huma antikwati, mentri dawk tal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar huma aġġornati, jista' l-Ministru jassigura li dawn l-pjanti tal-Awtorita' jinxtraw jew jinkrew mill-Land Registry Department biex dawk ikkonċernati jiffrankaw ħafna nkwiet iżjed?
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma s-setturi tat-trasport pubbliku li għalkemm hu meħtieġ li jkollhom liċenzja biex ikunu jistgħu joperaw, fil-fatt m'hemmx kontroll fuq in-numru ta' operaturi li jkunu jistgħu jaħdmu fis-settur partikolari tat-trasport f'pajjiżna? Liema huma s-setturi tat-trasport pubbliku li fil-fatt minbarra l-ħtieġa tal-liċenzja hemm ukoll limitazzjoni ta' kemm jista' jkun hemm operaturi f'qasam partikolari?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq Bla Isem (Trejqet il-Ħanqa), Carmelo Dimech, Fabrizio Bartolo, id-9 ta' April, il-Merill, il- Mitħna l-Qadima, il-Poeta u l-Għerien li kollha ġabu 75 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.19575.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq Don Alvaro De Sande, il-Bajtra, il-Bajtar, il-Feniċi, l-Għasel, il-Pont, l-Għonnella, l-Inkurunazzjoni u Madre Maria Tereza Spinelli li kollha ġabu 70 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.19575.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq il-Kulleġġ, it-Trinkatur u Xorxa, li kollha ġabu 65 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.19575.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma: Triq Bla Isem (fi Triq is-Sgħajtar), il-Biedja, il-Bwieqi, il-Kappella tal-Isperanza, ix-Xitwa, Marco Montebello, Mons. Mikiel Azzopardi, San Silvestru u Serafin Zarb li kollha ġabu 60 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.19575.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18820, jista' l-Ministru jgħid jekk b'dan huwiex qed jikkonferma li mhux se jsir l-eżerċizzju li jinbidlu l-ID Cards kif kien sar xi snin ilu? Għalfejn dan l-eżerċizzju mhux se jsir? Jikkonferma li l-Kummissarju tal-Pulizija allura m'għadux responsabbli mill-ħruġ ta' dawn l-ID Cards?
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20140, minħabba li fil-maltemp li kellna f'dawn l-aħħar ġranet it-triq imsemmija kienet mgħarrqa u diffiċli ħafna biex it-traffiku jgħaddi minnha, jista' l-Ministru jikkonsidra li dawk konċernati jagħmlu żjara fuq il-post u jaraw x'inhu meħtieġ bis-serjetà ħalli l-problema tiġi mtaffija sew?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn spezzjonijiet li saru matul il-ġranet tal-maltemp, irriżulta li l-culverts fit-triq imsemmija kienu mblukkati minn diversi weraq, għeruq u zkuk tas-siġar li hemm fil-viċin u dan minħabba xogħol ta’ tiżbir li sar riċentament. Dawn il-culverts reġgħu tnaddfu mal-ewwel u nbena ilqugħ tal-concrete tul il-culverts biex kemm jista’ jkun ma jerġgħux jimblukkaw meta jerġgħu jinżabru dawn is-siġar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 19340, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li wara li bidlu l-makna tal-vettura tagħhom, fil-fatt spiċċaw iħallsu liċenzja mnaqqsa b'riżultat tal-bidla fil-makna, matul l-aħħar 12-il xahar bejn Ottubru 2009 u Settembru 2010?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li bejn l-1 t’Ottubru 2009 u t-30 ta’ Settembru 2010 kien hemm 58 sidien ta’ vetturi li bidlu l-magna tal-vettura tagħhom u spiċċaw iħallsu liċenzja mnaqqsa.
Il-modifikazzjonijiet fil-magni kienu jew għax il-magna mibdula kellha inqas kapaċità (cc) jew kellha anqas emissjonijiet ta’ CO2.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati mal-MITA? X'inhu x-xogħol tagħhom? X'inhuma l-pagi rispettivi ta' l-istess impjegati?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li mal-MITA hemm tliet mija u erbgħa u erbgħin (344) impjegat. Aktar dettalji dwar ix-xogħol tagħhom u l-pagi rispettivi tagħhom jinsabu fit-tabella mehmuża.
Jista' l-Ministru jiċċekja jistax issir loading/unloading bay fi Triq Valletta Ħal Qormi (fejn Triq il-Bajjada) speċjalment quddiem l-istabbiliment tal-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separament, u wkoll minħabba stabbilimenti oħra ta' ħatt u tgħabbija li hemm f'din il-parti tat-triq?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li talbiet bħal dawn għandhom isiru lill-kunsill lokali rispettiv li mbagħad ikun jista' jikkunsidra jagħmilx talba lil Transport Malta.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013 it-toroq fil-Mosta li huma Triq ta' Alofju Wignacourt, Dun Karm Schembri, Bernard Callejja, il-Ballata, il-Bonnijiet, il-Familja Cumbo, il-Kwies, il-Parjan, il-Waqqafa, it-Taħħan, l-Antinni, l-Assemblea Nazzjonali, l-Istrinġel, Silvestru Fiteni ta' Mlit u Ta' Vnezja li kollha ġabu 100 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbiltajiet tal-kunsilli lokali huma determinati mil-liġi mhux mill-fuljetti li jippubblika xi kunsill. Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 19277, li tagħti triq triq it-toroq kollha responsabbiltà ta' Transport Malta u li huma ppjanati li jsiru fis-snin li ġejjin.
Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex ippjanat li bejn il-perjodu 2010 sal-2013, it-toroq fil-Mosta li huma Triq Antonio Miruzzi, Bla isem (Ma' Triq is-Snajja), Dun Gwann Pullicino, Il-Bennej, Il-Bergamott, Il-Farinal, It-Tabib Tumas Chetcuti, L-Isperanza Sqaq Nru.3, Madre Tereza, Nerik Mizzi, Rafel Caruana Dingli, Salvu Aquilina, Salvu Barbara, Salvu Zahra, Ta' Bistra, Tal-Qares u Tal-Wej, li kollha ġabu 95 punt mill-istudju tal-Awtorità dwar it-Trasport u kif intqal fil-fuljett tal-kunsill tal-Mosta bl-isem Il-Kunsill Tieghek bin-numru 39, il-ħarġa ta' Awwissu 2010, ikkwota rapport tal-Awtorità dwar it-Trasport fuq l-istat tat-toroq fil-Mosta fejn isemmi fost oħrajn li aktar ma l-punti jkunu għolja aktar ifisser li s-sitwazzjoni tat-triq tkun gravi u ukoll li dawk it-toroq li għandhom iktar minn 60 punt jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati? Peress it-toroq insemmija hawn fuq huma taħt ir-responsabbiltà tal-gvern ċentrali biex jiġu rranġati, liema toroq qed jikkawżaw ħafna ħsara u periklu kemm fil-karozzi tar-residenti kif ukoll għar-residenti nfushom, jista' jgħid meta huwa ppjanat li jsir xogħol biex dawn it-toroq jiġu rranġati u r-residenti jingħataw dak li ġew imwiegħda mill-gvern preżenti?