Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – direct orders

Question

Jista' l-Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, jgħid kemm ingħataw direct orders u kien l-ammont totali tal-valur tagħhom matul l-2022, xahar b'xahar, mis-Segretarjat Parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — rata ta’ pagi lill-ħaddiema ta’ aġenziji tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet ir-rata tal-paga fis-siegħa u l-kundizzjonijiet tax-xogħol imħallsa lill-ħaddiema kollha (elenkati skont ix-xogħol jew kif ġew ippubblikati l-offerti) li huma impjegati minn aġenzija tax-xogħol tal-kumpanija li ngħatat tender tal-gvern u jipprovdu servizz għall-Ministeru u l-awtoritajiet kollha, entitajiet tal-Gvern u kumpaniji tal-Gvern li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu għas-snin 2018, 2019, 2020, 2021, 2022 u 2023?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 10188.

Kulleġġi ta' skejjel — lista ta' stennija għal Educational Psychologists

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10015 u jgħid kemm hija twila l-lista ta’ stennija għal educational psychologist f'kull Kulleġġ ta' Skejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t'hawn taħt: Kulleġġ Lista ta’ Stennija Santa Tereża 24 San Injazju 36 Maria Reġina 79 Santa Margerita 20 Santa Clara 17 San Ġorġ Preca 15 St Thomas More 15 San Nikola 9 San Benedettu 23 Għawdex 25 Niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant li l-proċess ta' assessjar jieħu madwar 12-il siegħa fejn jinkludi sessjonijiet ta' terapija lit-tfal, osservazzjonijiet, laqgħat mal-ġenituri, fost affarijiet oħra, fejn finalment joħroġ ukoll rapport dettaljat fuq l-istudent konċernat.

Kulleġġi ta' skejjel — Educational Psychologists

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10014 u jgħid kemm suppost hemm educational psychologists f'kull Kulleġġ ta' Skejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ educational psychologists huwa bbażat fuq l-esiġenzi ta’ kull Kulleġġ.

Kulleġġi ta' skejjel — Educational Psychologists per capita

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 10013 u jgħid x'inhi r-rata per capita ta' educational psychologist f'kull Kulleġġ ta' Skejjel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant r-rata ta’ educational psychologist tinħadem skont in-neċessità ta’ kull kulleġġ.

Faċilitajiet relatati mal-isport tal-bowling

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-Gvern jinvesti f’aktar faċilitajiet relatati mal-isport tal-bowling? Jekk iva, jista’ jgħid x’se jkun qed jagħmel?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li b’mod kontinwu l-Gvern ikun f’diskussjonijiet ma’ diversi assoċjazzjonijiet sportivi. Minn hemm tittieħed deċiżjoni dwar investiment, għajnuna u assistenza f’diversi dixxiplina sportivi.

Ħal Tarxien — Skola Sir Thomas More – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-Iskola Sir Thomas More, Ħal Tarxien?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija mistenni jsir rinnovar ta’ faċilitajiet eżistenti.

Fgura – skejjel primarji – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-iskejjel primarji tal-Fgura?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija mistenni ssir manutenzjoni ġenerali u xogħol ta’ kisi u tibjid.

Raħal Ġdid – skejjel primarji – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-iskejjel primarji ta’ Raħal Ġdid?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-iskola msemmija mistenni jsir xogħol ta’ rinnovar strutturali.

Iż-Żejtun – skejjel primarji u sekondarji – xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ natura ordinarja jew straordinarja se jsiru tul dan is-sajf fl-iskejjel primarji u sekondarji fiż-Żejtun?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li tlesta proġett ta’ tisbiħ estensiv fl-iskola Sekondarja taż-Żejtun, filwaqt li matul is-sajf mistenni jitkompla l-proġett ta’ tisbiħ fl-iskola Primarja taż-Żejtun.

Żieda fl-ingaġġ ta’ LSEs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'miżuri qed jieħu l-Gvern biex ikunu ingaġġati iktar LSEs?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru joffri diversi opportunitajiet biex jiġu ingaġġati iktar LSEs fosthom sejħiet b’mod regolari u kif ukoll eżamijiet speċifiċi. Barra minn hekk, l-uffiċjali jingħataw l-opportunità biex ikomplu jipprogressaw fil-karrieri tagħhom.

Skejjel tal-Istat – ingaġġ ta’ LSEs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna iktar hemm bżonn li tiġi ingaġġata mal-Gvern bħala LSE fl-iskejjel tal-Gvern, maqsumin skont il-livell primarju u dak sekondarju, sabiex tkun intlaħqet id-domanda għal-LSEs?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — persuni li għandhom car allowance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fil-Ministeru mmexxi minnu, kemm hemm persuni li bħalissa għandhom car allowance, xi grad huma, kemm hemm f’kull grad, kemm hi din l-allowance għal kull xahar u għal kull sena, għal kull wieħed minnhom?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Filwaqt li nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 9592, ninformah li hemm 8 persuni li huma intitolati għall-benefiċċju msemmi bħala parti mill-kuntratt tagħhom, għax huma parti jew jaħdmu mas-Segretarjat.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni — Segretarjat Parlamentari għall-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni - Rwol ta' individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, huwiex membru fuq bord li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministru/Segretarju Parlamentari? Jekk iva, liema hu l-bord, x’inhu r-rwol ta’ dan l-individwu, x’inhuma l-kwalifiki li għandu biex ikun fuq il-bord imsemmi u kemm qed jitħallas fis-sena biex ikun fuq dan il-bord?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 9815.

Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni – Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders u kemm kien l-ammont totali tal-valur tagħhom, mill-Ministeru konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul l-2022, xahar b'xahar?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Contracting Authority tippubblika din l-informazzjoni fuq il-Gazzetta tal-Gvern għal kull procurement li jsir għal kull perjodu ta’ sitt xhur, skont ir-Regolament 111(2) tal-Public Procurement Regulations.

MFHEA – infiq

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 8330 u 8709 u jikkonferma li fl-aħħar erba’ snin l-infiq fil-Malta Further & Higħer Education Authority (MFHEA) qabeż in-€0.5 miljun ta’ dak li kien approvat mill-estimi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin, l-allokazjoni mogħtija lill-MFHEA kienet waħda li żdiedet minn €950,000 għal €1.2 miljun.

Xufiera tat-trasport għall-iskejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xufiera impjegati mill-operaturi diversi tat-trasport għall-iskejjel jgħaddux minn verifiki stabbiliti qabel ikunu jistgħu jwasslu lit-tfal tal-iskejjel? Jekk iva, dawn il-verifiki x'inhuma?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-operaturi kull sena skolastika huma obbligati, skont il-kuntratt, li jippreżentaw kopja valida tal-liċenzja tax-xufier magħrufa bħala Driver’s Tag, maħruġa minn Transport Malta u kif ukoll kopja tar-rikors maħruġ mill-Qorti ta’ Malta skont Artiklu 4, Kap. 518 tal-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri hekk magħruf bħala POMA certificate.

Kuntratt għal sistema ta’ tracking tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienet il-kumpanija li rebħet it-tender u allura ngħatat il-kuntratt li beda fl-1 ta' Settembru tal-2018 u li bih kienet obbligata tforni lill-Ministeru għall-Edukazzjoni sistema ta’ tracking għat-tfal kollha li jużaw it-trasport pubbliku? Jista' jgħid meta dan il-kuntratt jiskadi?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Sistema ta’ tracking tat-trasport pubbliku

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet is-sistema ta' tracking li permezz tagħha t-tfal kollha (mhux il-vetturi) qed ikunu tracked meta jitilgħu u jinżlu mill-vetturi li jwassluhom l-iskola bl-iskema tat-trasport bla ħlas għall-iskejjel, mill-2018 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.

Apparat ta’ tracking tat-trasport pubbliku mqassam lit-tfal

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il apparat ta' tracking tqassam lit-tfal li jużaw it-trasport bla ħlas għall-iskejjel? Jista' jgħid meta tqassmu?

Response (GRIMA, CLIFTON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f’seduta oħra.