Ammont ta’ flus allokati mill-Ministeru għall-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali ta’ Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, jekk hemmx il-ħsieb illi l-Ministeru tagħha jalloka ammont ta’ flus biex jintużaw għall-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali ta’ Għawdex? U jekk iva, tista’ l-Ministru tgħid x’inhuma dawn il-proġetti?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex huwa kommess li jwettaq diversi progetti relatati mal-ħarsien tal-wirt storiku u kulturali ta’ Għawdex. Minnbarra l- manutenzjoni kontinwa taċ-Ċittadella, ser jibda r-restawr tal-Fanal tal-Ġurdan u tal-Akwedotti. Għaddejjin wkoll l-istudji neċessarji sabiex jiġi kkonsolidat l-għar ta’ Kalipso. Barra minn hekk permezz ta’ Fondi Ewropej, l-Ministeru ser jirrestawra l-Mitħna fix-Xewkija u ser jiżviluppa l-Mużew ta’ Għawdex fir-Rabat.
Ninforma wkoll li permezz tal-istrategija EkoGħawdex ġiet mnedija inizjattiva ta’ restawr ta’ postijiet storiċi fil-lokalitajiet Għawdxin. L-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva hu li l-Kunsilli Lokali Għawdxin jidentifikaw postijiet storiċi fil-lokalitajiet tagħhom li jistgħu jiġu restawrati.
Hemm inizjattivi oħra li qed ikunu ippjanati biex nivvalorizzaw aħjar il-wirt kulturali tagħna. Dawn imorru ‘l hemm mir-restawr tal-wirt tanġibbli. Għaddejjin pjanijiet dwar attivitajiet kulturali li jolqtu oqsma diversi tal-wirt storiku tagħna, bil-għan li jkun hemm kuxjenza u apprezzament pubbliku ikbar ta’ dak li jiddistingwina kulturalment u li rridu nsaħħu u nipproteġu.
Ir-Rabat (Għawdex) – Triq l-Arċisqof Pietru Pace — xogħlijiet
Question
Tista' l-Ministru tgħid, issa li qed issir trinka ġdida għad-drenaġġ fi Triq l-Arċisqof Pietru Pace, fir-Rabat, Għawdex, jekk kif għaddej dan ix-xogħol, hux se ssir storm water culvert f'din it-triq, peress li f’din it-triq jgħaddi u jżomm ħafna ilma? Tista’ tgħid ukoll jekk hux se jinbidlu l-bankini ta’ din it-triq li jinsabu fi stat ħażin?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li dan ix-xogħol huwa tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u qed isir permezz ta’ tender maħruġ mill-Enemalta. Waqt ix-xogħol ħareġ il-fatt li kellhom jinbidlu s-servizzi tal-ilma u tad-drenaġġ tal-ħamsa u sittin (65) propjetà li jinsabu bejn wara l-Knisja ta’ San Franġisk u l-Bishop Conservatory Secondary School, u l-Ministeru għal Għawdex ħass li r-residenti ta’ din it-triq għandu jkollhom dawn is-servizzi l-ġodda u fil-fatt l-ispiża tagħhom ser titħallas mill-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministeru ser ikopri wkoll l-ispejjeż għall-kisja tat-tarmac li ser tingħata u b’hekk fl-istess ħin jitranġaw il-livelli tat-triq.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2118 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża totali li għamel il-Ministeru għal Għawdex biex jippjana l-bini ta' Qorti ġdid inkluż fi pjanti, permessi, testijiet, ħruġ ta' tenders eċċ fl-aħħar ħames snin? Tista’ tgħid kif kienet maqsuma din l-ispiża u f'kull każ tista’ tgħid ukoll jekk min tħallas, ingħatax ix-xogħol b'direct order, wara tender jew wara ġbir ta' kwotazzjonijiet?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta għal din il-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għajnsielem – Dar San Ġużepp – ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kurja ta’ Għawdex
Question
B'referenza għar-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 2119, tista’ l-Ministru tgħid għaliex il-ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kurja ta' Għawdex dwar l-użu ta' Dar San Ġużepp f'Għajnsielem huwa ta' natura kummerċjali sensittiva meta dan jinvolvi flus pubbliċi u dan il-ftehim sar dirett u mingħajr l-ebda sejħa pubblika? Ma taħsibx li dan il-ftehim għandu jiġi ppubblikat biex ikun hemm trasparenza assoluta?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ntenni mar-risposta li diġà tajt li r-rapport huwa ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma jistax jiġi ppublikat.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1843 u ċjoè: Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw metri kubi ta' konkos (ready mix) xahar b' xahar mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-31 ta' Lulju 2017? Tista' tgħid minn min saret it-talba għar-ready mix (konkos) u f'kull każ fejn intuża' (raħal/belt, triq u dettalji oħra)? Min kien il-perit jew persuna/i inkarigat għal kull waħda minn dawn ix-xogħlijiet u f'kull każ min kien li ċċertifika l-kwalità tar-ready mix (konkos) u f’liema laboratorju saru t-testijiet biex ikun assigurat il-kwalità tal-konkos li ntuża?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1795 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Ministeru għal Għawdex — sistema tal-informatika mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tagħha li għad għandhom l-użu tas-sistema tal-informatika tagħhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ tista’ tgħid liema huma d-dipartimenti/entitajiet u x’qed isir biex din issir aċċessibbli?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li l-Gvern ilu jsegwi l-linja-gwida tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) mindu din twaqqfet fis-sena 2000.
Ir-Rabat (Għawdex) – Triq Għajn Qattet — xogħlijiet
Question
Tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li għadu ma bediex ix-xogħol fuq parti minn Triq Għajn Qattet fir-Rabat, Għawdex u fuq Triq Ġorġ fix-Xagħra, Għawdex minkejja l-istat ħażin ħafna tagħhom u dan minkejja wkoll li kienu nħarġu t-tenders fit-28 ta' April 2017 u għalqu fit-30 ta' Mejju 2017, biex isir dan ix-xogħol? X’inhi r-raġuni għaliex dawn it-tenders għadhom ma ġewx awarded u meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fuq dawn it-toroq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex lesta l-eżerċizzju opportun u qed jistenna biex issir il-publikazzjoni mid-DOC (Dipartiment tal-Kuntratti)
Ministry for Gozo Non-Governmental Organisation Assistance Scheme 2017 – għaqdiet volontarji li applikaw
Question
Tista’ l-Ministru tgħid liema huma s-16-il għaqda volontarja f’Għawdex, li applikaw b’suċċess għall-ewwel edizzjoni tal-Ministry for Gozo Non-Governmental Organisation Assistance Scheme 2017? Kemm ingħatat kull għaqda u għal liema proġetti jew inizjattivi ngħataw il-flus? Liema kienu l-għaqdiet li applikaw u ma ngħatawx għajnuna?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Nterpellant illi l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Fondi Ewropej — Ammont allokat għal proġetti f’Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid, kemm hu l-ammont illi se jiġi allokat għall-proġetti f’Għawdex mill-Fondi Ewropej allokati għal Malta għall-perijodu 2014-2020?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 2464.
Ministeru għal Għawdex — konsulenzi minn individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-ebda entità li taqa’ taħt il-Ministeru għal Għawdex ma tat xi xogħol legali jew ta’ konsulenza lill-persuna jew id-ditta legali msemmijin wara Marzu 2013.
Ministeru għal Għawdex — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, tista’ tgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Il-Ministeru għal Għawdex huwa konxju ħafna dwar l-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità u għaldaqstant qed isir eżerċizzju intensiv biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-aċċessibilità hekk kif titlob l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità kif ukoll l-Politika Nazzjonali. Aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jittieħdu mill-Ministeru tagħha sabiex fi Triq l-Imġarr fin-Nadur jitneħħa l-periklu li hemm peress li parti mit-triq qed iċċedi u hemm diżlivell bejn naħa u oħra tat-triq f'iżjed minn post wieħed tal-istess triq? Tista' tgħid x'qed isir mill-Ministeru tagħha biex ir-riħa qawwija ta' drenaġġ li jkun hemm fl-istess triq kull tant żmien, tiġi eliminata?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-Ministeru qed iħejji t-terms of reference għall-istudju meħtieġ biex isiru l-interventi f’din it-triq.
Għawdex – toroq ippjanati b’ko-finanzjament tal-fondi tal-Unjoni Ewropea
Question
B'referenza għar-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 2157, issa li kkonfermat li għas-sena li ġejja (2018) mhu ser isir l-ebda xogħol fuq toroq f'Għawdex b'kofinanzjament Ewropew, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet biex fis-snin 2019 u 2020 isiru toroq f'Għawdex b'fondi Ewropej u jekk iva liema ser ikunu dawn it-toroq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ħejja pjan ta’ diversi studji li ser jiġu kkummissjonati fuq l-istat tat-toroq ġo Għawdex u ser ikun qed jesplora wkoll l-possiblita’ ta’ akkwist ta’ fondi, anke b'kofinanzjament Ewropew, biex isiru x-xogħolijet meħtieġa.
Nadur Għawdex — Triq it-Tiġrija - Użu ta’ dar u art
Question
B'referenza għar-risposta tal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali għall-mistoqsija parlamentari 1773, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ftehim iffirmat bejn il-Ministeru għal Għawdex u d-Djoċesi ta’ Għawdex u/jew il-Parroċċa tan-Nadur dwar l-użu ta' dar u art magħha fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur, Għawdex? Jekk hemm ftehim tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diversi diskussjonijiet fuq dan il-proġett. Sa issa, ġie ffirmat Memorandum of Understanding mad-Djoċesi t’Għawdex f’sens aktar wiesgħa. Dan l-Memorandum of Understanding ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1772.
Għawdex – parroċċi li ngħataw kontribuzzjonijiet jew għajnuna mill-Ministeru
Question
B'referenza għar-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 1799, tista’ l-Ministru tgħid f'kull każ ta' kull kontribuzzjoni jew għajnuna fi flus li ngħataw lill-parroċċi f'Għawdex skont l-iskeda ppreżentata mar-risposta, taħt liema skema ngħataw dawn il-flus u min ħa d-deċiżjoni finali jekk kellhiex tingħata għajnuna u kemm kellha tkun l-għajnuna li tingħata f'kull każ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex – konsulenzi minn individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 72 u tagħti lista tad-direct orders li ngħataw mid-dipartimenti u l-entitajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li tmexxi u dan għall-perjodu mill-1 ta’ Mejju 2017 sat-2 ta’ Ġunju 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra
Attachments:Copy of PQ Numru 1949 - Direct Orders_Tabella.pdf
Ministeru għal Għawdex — ħaddiema b'diżabilità - ilmenti
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk matul din is-sena kienx hemm ilmenti (kemm jekk huma lmenti ġodda jew fis-seħħ mis-snin preċedenti) minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom? Jekk iva, tista’ tagħti n-numri għal kull dipartiment/entità (mingħajr ma jsemmi l-ismijiet tal-persuni)?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li ma kien hemm l-ebda lmenti minn ħaddiema b’diżabilità li ma jkunux jistgħu jwettqu x-xogħol mogħti lilhom minħabba l-limitazzjoni imposti mid-diżabilità tagħhom.