L-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali - Kirjiet qabel is-sena 2022 mingħand il-ġenituri
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 33797 u 33865 u jgħid jekk persuni li wirtu kirja mingħand il-ġenituri tagħhom u li kienu jirrisjedu f’post mikri mingħand l-Awtorità tal-Akkomodazzjoni Soċjali qabel is-sena 2022, iżda wirtu l-kirja wara s-sena 2022, jekk dawn humiex eleġibbli taħt l-iskema Sir Sid ta’ Darek biex jixtru l-post? Jekk ir-risposta hi fin-negattiv, jista’ jispjega kif din mhix diskriminatorja ma’ persuni oħra li jkunu xtrawha, ġaladarba dan baqa’ l-istess titolu ta’ kirja?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li it-talba għar-rikonoxximent tiġi deċiża mill-Ad Hoc Committee u li, jekk ikun il-każ, twassal għal kuntratt ġdid. Kull talba li tiġi milqugħa u aċċettata mill-istess Kumitat twassal sabiex l-inkwilini l-ġodda jidħlu f’kuntratt ta’ kera skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-policy li tkun fis-seħħ fiż-żmien li fih isir il-kuntratt.
Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet applikabbli għall-każijiet li ġew deċiżi mill-Kumitat minn Jannar tal-2022 ’l hawn jinkludu klawżola li tistipula li l-fond ma jistax jinxtara.
Prodotti kannabinojdi - Marketing u reklamar - Restrizzjonijiet
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’restrizzjonijiet jeżistu fuq marketing u reklamar ta' prodotti kannabinojdi li ma jkunx fihom iktar minn 0.2% tetrahydrocannabidiol u prodotti bit-tikketta “not approved for human consumption” (For In Vitro Research)?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat mill-ARUC illi l-istess Awtorita' hija konxja ta' tali prodotti u f'diversi istanzi ikkomunikat mal-entitajiet kkonċernati dwar l-istess.
In oltre, infurmat illi tali materja ser tkun inkluża u regolata f'abbozz ta' liġi li l-istess ARUC qed tipproponi.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34252, 34429, 34634 u 34846 u jgħid kemm kien jitħallas (financial package) kull CEO u/jew Chairperson, tal-entitajiet li llum jaqgħu taħtu, matul dawn l-aħħar ħames snin, maqsuma sena b’sena?
Sena 2023 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34849, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2023, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati;
ii. x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.);
iii. in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
iv. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Sena 2022 - Servizz Ċivili - Ħaddiema li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 34848, jista’ l-Prim Ministru jagħti n-numru ta’ ħaddiema ingaġġati permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi (li nxtara s-servizz tagħhom permezz ta’ proċess ta’ procurement u mhux outsourced) sabiex ħadmu fis-servizz ċivili matul l-2022, maqsuma xahar b’xahar?
Jista’ wkoll jindika:
i. f’liema Ministeru jew dipartiment ġew assenjati;
ii. x’tip ta’ xogħol wettqu (eż. security, clerical, cleaning, technical, care work, eċċ.);
iii. in-nazzjonalità tagħhom (Maltin, ċittadini tal-Unjoni Ewropea, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi [TCNs]); u
iv. l-isem tal-aġenzija tal-impjiegi?
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jgħid jekk it-tender tal-car spaces fil-basement tal-blokka mibnija tal-Gvern fi Triq id-Demnuq fis-Siġġiewi hux ser jiġi ppubblikat u jekk le, x'inhu jżomm dan il-proċess?
Servizz Pubbliku - Trainee Tradespersons - Sejħiet ta’ ingaġġ
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li applikaw għall-aħħar sejħa ta’ ingaġġ ta’ Trainee Tradesperson li jwassal fil-gradi ta’ Trainee Tradesperson Stream fis-servizz pubbliku? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma Għawdxin u kemm minnhom huma Maltin?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li r-rizultat tat-Trainee Tradesperson wasal fl’aħħar fażi u minn kien eliġibbli u għadda se jiġi appuntat.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx persuni fit-tmexxija tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) li għandhom relazzjoni familjari ma’ min għandu liċenzja biex jopera Cannabis Harm Reduction Association? Jista’ jgħid ukoll x’miżuri qed jittieħdu biex tiġi osservata l-governanza f’dan ir-rigward?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi każijiet ta' kunflitt t'interess fi ħdan l-Awtorita' għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis huma regolati f'konformita mad-Direttiva 16 entitolata 'Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika'.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi membru tal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) li daħal bi sħab u/jew qed joffri servizzi diretti jew anċillari lill-Cannabis Harm Reduction Associations?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi każijiet ta' kunflitt t'interess fi ħdan l-Awtorita' għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis huma regolati f'konformita mad-Direttiva 16 entitolata 'Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika'.
Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi membru tal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) li għandu interessi jew huwa assoċjat fil-bejgħ u/jew importazzjoni ta' Cannabinoids?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi każijiet ta' kunflitt t'interess fi ħdan l-Awtorita' għall-Użu Responsabbli tal-Kannabis huma regolati f'konformita mad-Direttiva 16 entitolata 'Qafas Governattiv għall-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Amministrazzjoni Pubblika'.
Jista' l-Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ispiża marbuta mal-Bord tal-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), bejn l-2022 u l-2025, maqsuma sena b'sena u jispjega minn liema budget jew fond bdiet titħallas din l-ispiża?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li l- ħlasijiet saru u qed issiru f'konformita mal-Manwal applikabbli.
Sena 2022 - Elezzjoni ġenerali - Assistenti Kummissarji - Għajnuna
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien in-numru ta’ persuni li talbu l-għajnuna tal-Assistenti Kummissarji Elettorali biex jivvutaw fl-elezzjoni ġenerali tas-sena 2022, maqsuma distrett b’distrett?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninforma lil Onor Interpellanta li din l-istatistika tinżamm mill-Kummissjoni Elettorali li hija korp kostituzzjonali li ma’ taqax taħt id-direzzjoni ta’ l-ebda Ministru.
Ninforma ukoll lill Onor Interpellanta li dan it-tagħrif jinsab fir- Rapport dwar l-Elezzjonijiet Ġenerali Marzu 2022 maħruġ mill-Kummissjoni Elettorali u li tpoġġa fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul April 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza – Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista' l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, matul April 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Infiq fuq reklamar u promozzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34143, 34290 u 34646 u jipprovdi dettalji dwar l-ammont totali ta’ nfiq fuq reklamar u promozzjoni, kemm mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll mid-dipartimenti u awtoritajiet kollha li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, mill-2022 sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid ukoll:
i. it-tip ta’ promozzjoni (eż. midja stampata, midja online, billboard, influencer, sponsored posts, eċċ.);
ii. data tal-pubblikazzjoni, promozzjoni, kampanja, eċċ.; u
iii. ammont totali tal-infiq?
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 34628 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-qligħ li għamlet l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) iġġenerat minn liċenzji u mill-harm reduction u/jew community contributions marbutin mal-operat tal-cannabis harm reduction associations bejn Jannar 2023 u Diċembru 2025, maqsuma sena b’sena?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi bejn l-2023 u l-2025, l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis ġabret il-kontribuzzjonijiet li ġejja
:
Tip ta' Dritt
Total
Tariffa Amministrattiva
€24,000
Kontribuzzjoni għat-Tnaqqis tal-Ħsara
€149,780
Kontribuzzjoni ta' Proġetti Komunitarji
€17,092
Tariffa ta' Liċenzja
€431,533
Total
€626,453
Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 34138, 34296, 34475 u 34625 u jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull informazzjoni relatata man-nefqa għal riklamar fuq gazzetti, televiżjoni u midja soċjali mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC) bejn Jannar 2024 u Jannar 2026?
Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jagħmlu xogħol ta’ apprentistat fi ħdan is-servizz pubbliku preżentement? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom huma residenti Għawdex u kemm minnhom huma residenti Malta?
ARUC, Pulizija, awtoritajiet u entitajiet - Koordinazzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’mekkaniżmi formali ta’ koordinazzjoni jeżistu bejn l-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC), il-Pulizija, l-awtoritajiet tas-saħħa, l-entitajiet tal-protezzjoni tal-konsumatur u l-Awtorità tal-Ippjanar dwar:
i. spezzjonijiet u konformità;
ii. ilmenti pubbliċi; u
iii. azzjoni rapida f’każijiet fejn jista’ jkun hemm espożizzjoni ta’ minorenni?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat illi s-sorveljanza tal-Cannabis Harm Reduction Associations (CHRAs) tiġi mwettqa unikament mill-Awtorità dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis (ARUC).
Uffiċċju tal-Prim Ministru - Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni - Direct orders ta’ inqas minn €5,000
Question
Jista’ l-Prim Ministru permezz tas-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali u l-Akkomodazzjoni jagħti lista tad-direct orders ta' inqas minn €5,000 maħruġa mis-segretarjat parlamentari konċernat, inkluż l-entitajiet u d-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, matul Marzu 2025?
Response (ABELA, ROBERT)
Għal darb'oħra ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet u d-dipartimenti tal-Gvern japplikaw ir-regoli għall-Offerti Dipartimentali u l-Metodi ta’ Akkwist skont il-Valur tal-Kuntratt joħorġu mill-Public Procurement Regulations.
Intant nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari
15419
.